Dan hu l-Islam
Tahrig ta’ Tifsir
Awturi: Edmund Teuma
2009
p.130
Prezz: €7.00
ISBN:  978-99909-47-85-4

Fil-ktieb gdid tieghu Dan hu l-Islam. Tahrig ta’ Tifsir, P. Edmund Teuma b’oggettività kbira u minghajr ebda sens polemiku, b’carezza liema bhalha jurina min gewwa, x’inhu l-Islam, fejn u kif twieled, x’aspirazzjonijiet profondi ghandu x’valuri jiddefendi u kif zviluppat id-duttrina tieghu. B’Malti mill-isbah u mexxej, b’sens kbir ta’ sintesi li timmira ghall-essenzjal, P. Teuma jizviluppa t-temi tal-Islam fil-kwadru tat-tnissil taghhom fil-Qur’ân. Dan il-ktieb huwa sforz biex wiehed jara l-Islam mhux b’lenti mcajpra imma kif jidher fid-dawl tal-verità tieghu.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-  Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’ € 8.00 indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara, BKR4611
 





 


Gesù u Pawlu
hajjiet jixxiehbu

Awturi: Jerome Murphy - O'Conner
Traduzzjoni: P. Marcello Ghirlando OFM
2009
p.130
Prezz: €9.25
ISBN:  978-99909-47-84-7

Ktieb gdid dwar San Pawl f’kuntrast ma’ Gesù. Murphy-O’Connor O.P. qabbel il-hajja ta’ Gesù ma’ dik ta’ Pawlu u wera aspetti mill-personalitajiet u c-cirkustanzi taghhom li mhux dejjem ircevew l-attenzjoni misthoqqa. Bhala zghazagh huma ghazlu liberament stili ta’ hajja li talbu minnhom ubbidjenza shiha lejn il-Ligi ta’ Mosè. Bhala rizultat huma cahdu kompletament il-Ligi. Fl-ahhar it-tnejn mietu taht idejn ir-Rumani. Ktieb sabih maqlub ghall-Malti minn P. Marcello Ghirlando OFM.
 



Nishru mal-Mulej Gesù

Awturi: Charlo Camilleri
2009
p.16
Prezz: €0.35
ISBN:  978-99909-47-3-0

Sahra ta' talb fil-lejl qaddis ta' Hamis ix-Xirka

Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet u il-visti ta' Hamis ix-Xirka u ghal zmien ir-Randan

 


Qjies tal-ktieb: 19x12cm
Qjies tal-ikona: 13x10cm


Jghix fija Kristu + Ikona ta' San Pawl

Awturi: Giuseppe Pulcinelli
2008
p.120
Prezz: €14.00/Lm6.00c
ISBN:  978-99909-47-82-3

Ktieb fuq San Pawl ghas-sena ddedikata lilu. JGHIX FIJA KRISTU.
San Pawl: il-hajja, l-ittri, il-hsieb u l-imkejjen.

Min kien sewwasew Pawlu? X’kien jahseb fuq in-Nazarenu u fuq id-dixxipli tieghu? X’sehem kellu fil-Knisja li kienet ghadha titwieled? U dak li ghadda minnu – kif jidher l-aktar fil-kitbiet tieghu – jista’ jghid xi haga lilna l-Insara jew mhux Insara, irgiel u nisa tas-seklu XXI li nfittxu l-verità? L-iskop ta’ din il-kitba huwa li nippruvaw inwiegbu dawn il-mistoqsijiet billi noffru t-taghrif baziku u informazzjoni indispensabbli biex nibdew dehlin fid-dinja ta’ Pawlu, l-Appostlu tal-gnus. Dan il-ktieb qed johrog ghad-dawl fil-ftuh tas-Sena Pawlina imnedija mill-Papa Benedittu XVI f’gheluq l-2000 sena mit-twelid tal-Appostlu Missierna. Religjon u Hajja ghal din l-okkazjoni qed toffri flimkien mal-ktieb ikona Griega sabiha ta’ San Pawl.
 




 


Meeting Him
Changed Our Lives

Awturi: Selim Sayegh
2008
p.123 - Illustrated
Prezz: €7.00/Lm3.00c
ISBN:  978-99909-47-81-6

The Gospel experience is still alive and new, and has so much to teach us specially today in such a commercial and highly technological world. Our world today, tells only the story of catastrophic events, disasters, wars and death; a world in which good deeds do not make news. We need to find the door that leads to real happiness and peace, the door that leads to the real
meaning of life; and this book might be a small key to that door.



You can receive this book at home - by sending cheque or money order of € 8.00 address - EMMAUS, CAK Triq S.Sommier Birkirkara, BKR4611
 





 


Bellahtni Mulej!

Awturi: Patri Elija Vella OfmConv
2008
p.159
Prezz: €5.75/Lm2.47c

KTIEB GDID TA’ PATRI ELIJA VELLA. Alla kapaci jbiddilna, jittrasformana, fuq kollox ibellahna. Kif bellah lil Wistin ta’ Ippona, lil Frangisk ta’ Assisi, lil Gorg Preca ta’ Malta. Dawn, u kull qaddis u qaddisa ohra, iltaqghu mal-Kelma u din bellhithom bl-imhabba profonda li Alla ghandu ghal kull min jintelaq f’hogru, qalbitilhom hajjithom ta’ taht fuq, b’rizultat li skoprew l-iskop veru taghha u l-ferh interjuri li l-ebda ntopp u tentazzjoni, l-ebda tbatija u persekuzzjoni ma setghet ittellifhulhom. Ghal darb’ohra Patri Elija Vella qed joffrilna ktieb iehor biex jghinna niskopru x’qawwa ghandha din il-Kelma ta’ Alla. Kull storja u l-kummenti dwarha juruna kemm Alla taghna hu qribna f’kull sitwazzjoni ta’ hajjitna.


TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-  Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’ € 6.50 indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara, BKR4611
 



 


Lilek Irrid, Mulej
Awturi: Alfred Calleja
2008
Prezz: €0.35/Lm0.15
ISBN:  978-99909-47-79-3

Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet ta' Hamis ix-Xirka u ghal zmien ir-Randan.
 





Spe Salvi

Awturi: Papa Benedittu XVI
Migjub ghall-Malti: P. Edmund Teuma
2008
Prezz: €2.50/Lm1.07
ISBN:  978-99909-47-78-6
:          
Bhad-dokumenti kollha tal-Papiet, it-tieni Enciklika tal-Papa Benedittu XVI tiehu isimha mill-ewwel kelmiet taghha. Hawnhekk, il-Papa qed jislet silta mill-ittri ta’ San Pawl: “Ahna salvi bit-tama” (Rum 8: 24). F’din l-Enciklika li harget fit-30 ta’ Novembru 2007, il-Papa qieghed jghallimna dwar it-tama Nisranija. F’inqas minn xahrejn ghandna f’idejna din l-enciklika bil-Malti biex kulhadd jehodha f’idejh u jifhem sewwa taghlim il-Papa. Il-pubblikazzjoni hija ta’ Religjon u Hajja waqt li t-traduzzjoni ghall-Malti hija ta’ P. Edmund Teuma.


TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-  Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’ € 3.10 indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara.
 




Ir-Rakkont il-Kbir tal-Bibbja
It-Testment il-Qaddim irrakkuntat lit-tfal
It-Testment il-Gdid irrakkuntat lit-tfal

Awturi: Maria Vago
Migjub ghall-Malti: P. Thomas Calleja
2007
Prezz: €10.48/Lm4.50 (kull ktieb)
ISBN:  978-99909-47-76-2
:           978-99909-47-77-9
 

 


L-Ikona
Il-Vangelu bil-kulur

Religjon u Hajja 2007
p. 255 - Illustrat - Qoxra Ibsa
Qjies: 21x29.7cm
Prezz:
€24.46/Lm10.50

L-ikona hija rifless tad-Dawl Etern. L-ikona tistedinna nidhlu fid-dinja sagra ta’ fidi u misteru, ta’ gabra u ta’ skiet, ta’ dawl u kuluri. Dawn il-kuluri, biex tarahom sewwa, trid thares lejhom mit-tubu tal-fidi. L-ghan ewlieni ta’ dan il-ktieb hu biex min ma jaf xejn dwar l-ikona jsir jaf xi haga. Il-ktieb huwa mahsub biex jimla vojt. Dan il-ktieb bl-ebda mod ma hu mifhum li jghid l-ahhar kellma fu
q l-ikoni, imma biex jaghti taghrif baziku u elementari, bhallikieku apperittiv biex iftah l-aptit.
 


 


Il-Hajja ta' San Frangisk

Awturi: Giovanni M. Colasanti
Migjub ghall-Malti: P. Edmund Teuma
2007
Prezz: € 4.50/
Lm1.93
ISBN:  978-99909-47-74-8

Frangisk ta' Assisi (1181?-1226): il-bniedem li, permezz tal-ghazla ferrieha tal-fqar, skopra u ghex b'mod uniku s-sens tal-fraternità universali.


TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-  Imla il-formola u ibghat cheque jew money order ta’ € 5.24 indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara.
 


Gesù ta' Nazaret

Awturi: Joseph Ratzinger Benedittu XVI
2007
Prezz: € 16.31/
Lm7.00
ISBN:  978-99909-47-73-1

“Ippruvajt nipprezenta lil Gesù tal-Vangeli bhala Gesù l-veru, Gesù ta’ l-istorja fis-sens uniku. Ninsab konvint u nittama li anki l-qarrej jista’ jara li din il-figura hija aktar logika kif ukoll, meta wiehed iqisha storikament, aktar tiftiehem mir-rikostruzzjonijiet li ltqajna maghhom f’dawn l-ahhar sekli.
Nahseb li sewwasew dan Gesù - dak tal-Vangeli - huwa figura storikament bis-sens u konvincenti.”
                                                        
                                                Benedittu XVI
 


San Gorg Preca
fid-dawl ta' l-ittri tieghu

Awtur: P. Alexander Bonnici
Irrivedut: P. Edmund Teuma
2007
p.300
Prezz:  € 6.99/Lm3.00
ISBN 978-99909-47-72-4

L-ittri kollha mibghuta minn Dun Gorg jistghu jitqiesu tassew personali. Huma lkoll, wahda b'mod u ohra b'iehor, juru x'kien il-ghan ewlieni ta' hajtu, x'ghajnuna xtaq jaghti lil haddiehor, u fuqiex kienet mibnija l-ispiritwalit
à tieghu.
L-ittri sa juruna kemm San Gorg kien bniedem tar-ruh u Nisrani fis-sens gewin tal-kelma, jigifieri wiehed li qatt ma ried jinghalaq fij innifsu. It-tjieba tieghu ried dejjem jghaddiha lill-ohrajn.
 


X'futur ghandhom iz-zwieg u l-familja?
Dak li taf u li ghandek tkun taf
Awtur: Dun Charles G. Vella
2007
p.176
Prezz: € 5.24/Lm 2.25
ISBN 978-99909-47-71-7

Bi stil mexxej u marbut ma' zmienna, dan il-ktieb jittratta sensiela ta' problemi fid-dawl tal-bidliet li qed isehhu f'Malta u Ghawdex. L-awtur, espert fil-problemi tal-familja u l-etika, li 51 sena ilu waqqaf il-Moviment ta' Kana, fit-twegibiet tieghu jhares 'il quddiem lejn il-bidliet li s-sicjeta pluralistika u s-sbuhija fl-Unjoni Ewropea jistghu jgibu fil-qasam socjali, etiku u legislattiv fil-familja Maltija.
Dan hu ktieb li jiswa ghat-thejjija tal-gharajjes ghaz-zwieg i ghall-edukazzjoni li tinghata lill-genituri. Hu ta' fejda kbira wkoll ghall-operaturi u ghalliema li jahdmu mal-familja f'kull qasam, specjalment fi hdan il-Moviment ta' Kana u l-Grufan.
 


Mieghu sa l-ahhar waqt
Awtur: Dun Karm Bezzina
2007
p.16
Prezz: € 0.35c/Lm 0.15
ISBN 978-99909-47-70-0

Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet ta' Hamis ix-Xirka u ghal zmien ir-Randan.
L-Appostlu Gwanni, mart Pilatu, Marija Madalena, in-niesa ta' Gerusalemm, il-halliel it-tajjeb, ic-centurjum u Ommna Marija kienu mieghu sa l-ahhar waqt.... u int fejn kont meta sallbu lill-Mulej?
 


Flimkien
Gharajjes u Mizzewgin jistaqsu
Awtur: P. Elija Vella OFMConv
2006
p.252
Prezz: € 5.82/Lm 2.50
ISBN 978-99909-47-68-7

F’dan il-ktieb P. Elija jwiegeb ghal hafna mistoqsijiet. Il-kitba tieghu mhix mibnija biss fuq it-taghlim tal-Knisja, imma bil-pinna mexxejja u umana, hu jidhol fil-qalb tal-qarrejja. Hu jwiegeb “flimkien” ma’ min jibghat il-mistoqsija, ghaliex jaghraf jisma’ u jaqsam is-sentimenti ta’ min ghandu problema fil-kuxjenza. Dan mhux facli, imma l-karizma ta’ dan iben San Frangisk hija fis-semplicità, fl-umiltà u fil-hniena li juri lejn min jistaqsi. Kull twegiba hierga minn qalb li thobb u taghder bla ma qatt tikkundanna. Il-medicina tieghu hi fil-prevenzjoni u l-hniena tal-Mulej.
 


Il-mixja tar-RUH lejn ALLA
Awtur: San Bonavedtura
Migjub ghall-Malti: P. Edmund Teuma
2006
p.90
Prezz: € 4.66/Lm 2.00
ISBN 978-99909-47-69-4

Migjub ghall-Malti minn P. Edmund Teuma OFMConv., u bl-istudju intorduttiv ta’ P. Guzepp Benedit Xuereb OFM. Bla ma nizbaljaw nghidu li din hi kitba li tintegra fiha l-aspett mistiku, teologiku u filosofiku, u aktar ukoll. San Bonaventura, ‘id-Duttur Serafiku’, jaf jghaqqad kollox flimkien b’mod meraviljuz. Mhux ta’ b’xejn li mal-medda taz-zmien l-Itinerarium kien meqjus bhala l-aktar kitba popolari u moqrija. B’danakollu, m’hijiex kitba li taqraha bl-ghagla u tahseb li sa tifhimha mill-ewwel. Hi kitba li titlob li kull kapitlu jinqara f’atmosfera ta’ talb u meditazzjoni dejjiema.
(Mill-istudju introduttiv ta’ P. Guzepp Beneditt Xuereb OFM)
 

Pubblikazzjonijiet CAK
 


Min jixtieq jakkwista xi haga min dawn il-pubblikazzjonijet
icempel fuq Tel:21498343
jew