F’Malta u Ghawdex minn dejjem
kien hawn devozzjoni qawwija lejn Sant’Antnin ta’ Padova. Biex din
id-devozzjoni tkompli dejjem tikber, f’Jannar 1911, il-Frangiskani
Konventwali kienu hargu l-ewwel numru tar-rivista bil-Malti, Il-Habbâr
ta’ Sant’Antnin. Il-fundatur kien Patri Wig Tonna Barthet OFMConv.,
Ministru Provincjal (1908-1917). Hu kien ukoll l-ewwel direttur
tar-rivista. Din mill-ewwel saret popolari fost il-Maltin u l-Ghawdxin.
Hafna kienu l-abbonati, tant li l-ewwel numri tar-rivista nhatfu wara
ftit. Fil-bidu tieghu Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin qala’ l-barka ta’
l-Isqof ta’ Malta Mons. Pietru Pace u dik ta’ Mons. Gorg Caruana, Isqof
Malti fi Puerto Rico, li kien abbonat fir-rivista.
Ghall-ewwel Il-Habbâr
kienu jistampawh fl-istamperija tad-Dar ta’ San Guzepp, il-Hamrun.
Fis-snin 20 ix-xoghol beda jsir fit-tipografija ta’ Chrétien, fi Triq
l-Ifran, il-Belt. Wara t-tieni gwerra dinjija (1939-45), ir-rivista
regghet ittiehdet ghall-istampar fid-Dar ta’ San Guzepp. Fil-bidu tas-snin
hamsin marret fil-Lux Press tal-Hamrun, imbaghad ghal ftit xhur fl-Orphans’
Press ta’ l-Istitut ta’ San Guzepp f’Ghajnsielem.
Minn Jannar ta’
l-1957 Il-Habbâr ittiehed ghand id-ditta Giov. Muscat ta’ Triq
il-Merkanti l-Belt. Imbaghad fl-1962, il-patrijiet xtraw stamperija u bdew
jistampaw ir-rivista huma stess fil-kunvent ta’ San Frangisk il-Belt.
Aktar tard il-magni tas-St. Francis Press ittiehdu fil-kunvent
il-gdid ta’ Birkirkara, fi Triq l-Imsida. L-ahhar faxxikli tar-rivista
hargu minn hemm.
Fis-snin sittin saru hafna
sagrificcji biex ir-rivista tibqa’ tohrog. Din, ghalkemm kienet tinbiegh
bi ftit flus, kienet saret piz tqil biex tigi ppubblikata. Dik il-habta
kien hawn hafna rivisti religjuzi ta’ l-istess xehta ta’ Il-Habbâr.
L-interess naqas u r-rivista kienet isserrah fuq l-ghajnuna finanzjarja li
kienu jaghtu s-superjuri u l-benefatturi.
Kien ghadu kif spicca
l-Koncilju Vatikan II li ta hafna importanza lill-mezzi ta’
komunikazzjoni. Fl-1967 grupp ta’ erba’ patrijiet Frangiskani
Konventwali waqqfu board editorjali. P. Alessandu Bonnici sar l-ewwel
editur u flimkien ma’ P. Alfred Calleja, P. Ruggier Camilleri u P.
Elija Vella xtaqu jaghtu xejra gdida lill-Habbâr
ta’ Sant’Antnin. Ghalkemm kien deciz li Il-Habbâr jibqa’
johrog, huma xtaqu jhejju pubblikazzjonijiet ta’ xehta u ghamla gdida
fil-qasam tal-letteratura religjuza. Dan wassal ghat-twaqqif tad-Dar
Editrici "Religjon u Hajja" li sas-sena 2000 ippubblikat iktar minn 150
ktieb. Ghalhekk il-bord editorjali beda jippubbilka kitbiet fuq argument
wiehed bi
ss ghal kull numru li kien jigi stampat b’zewg qoxriet
differenti: wahda bl-isem Religjon u Hajja u l-ohra bl-isem
Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin.
Il-Habbâr dam johrog ghal sentejn
ohra (1966-68) b’din il-libsa l-gdida, imma ftit wara kellu jieqaf
minhabba problemi finanzjari. L-ahhar darba li deher kien f’Dicembru 1968.
Wara kwazi 32 sena, fis-sena 2000
Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin rega’ beda johrog b’libsa moderna, li
tixraq liz-zminijiet li qeghdin fihom u b’artikli li jinteressaw lil
kulhadd. Qed johrog ukoll bil-ghajnuna u l-kollaborazzjoni tal-Grafiche
Messaggero ta’ Padova, id-dar editrici li tippubblika "Il
Messaggero di Sant’Antonio" b’diversi lingwi ghall-popolazzjonijiet
tad-dinja. Ahna, permezz tar-rivista taghna, nixtiequ nissiehbu mad-devoti
ta’ Sant’Antnin madwar id-dinja biex permezz ta’ qari siewi nitghallmu,
nikbru u niddevertu.
* * * * * * *
Id-Diretturi tar-Rivista
"Il-Habbâr
ta’ Sant’Antnin"
mill-bidu sa zmienna
1911-1917 - P. Wig Tonna Barthet
1917-1925 - P. Anton Buhagiar
1926-1929 - P. Pawl Bezzina
1929-1932 - P. Gorg Grima
1932-1934 - P. Bernardin
Attard
1935 - Grupp ta’ patrijiet.
1936-1940 - P. Bonaventura
Fiorini
1940-1946 -
ma harigx minhabba l-gwerra
1946-1947 - P. Bonaventura
Fiorini
1947-1948 - P. Ilarju Dimech
1948-1950 - P. Tarcisju
Chetcuti
1950-1960 - P. Bonaventura
Fiorini
1960
(Jannar-April)
- P. Alfons Sammut
1960-1962 - P. Frangisk
Muscat
1962-1964 - P. Mikiel Bezzina
1964-1966 - P. Dumink Bonello
Edizzjoni Religjon u Hajja
1967
(Jannar-Novembru)
- P. Alessandru Bonnici
1967-1968 - P. Elija Vella
Edizzjoni Gdida
2000-2001 - Manwel D Schembri
2001-illum - P. Edmund Teuma