Fost dawk li jemmnu ma
jezisti hadd li jahdem wahdu, il-kredibbiltà kollha tax-xandir
tinsab fl-isfida tal-bini tal-komunità. Gesù jaghmlilna mhatra li
nghixu flimkien ghall-imhabba tal-Vangelu. ’Il fuq mis-simpatiji u
mill-karattri, Gesù jistedinna mmorru ghall-essenzjal, ma niqfux fuq
il-qoxra. Meta ninghaqdu nkunu qed inqieghdu limitu ghad-dellijiet
li hemm f’kull wiehed minna: bla ma jnehhihom, id-dawl li jgibilna
l-Vangelu jdawwalna, u b’hekk jaghmilna dawl ghal xulxin.