TALBIET TA’ INTERĊESSJONI

Aħna u nfaħħru lil Alla u Missier Sidna Ġesł Kristu li mliena b’kull xorta ta’ barka, nitolbuh bħala ulied għeżież: Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Nitolbu għall-Knisja sabiex tul il-mixja tagħha fuq l-art tagħraf li kull ġid tagħha jinsab f’Ġesł ir-ragħaj tagħna: Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Nitolbu għal dawk li jxandru l-Vanġelu sabiex ikunu dejjem xhieda tas-Saltna t’Alla fis-sempliċitą u fl-imħabba b’fedeltą għas-sejħa li rċevew: Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Nitolbu għall-morda sabiex il-Kelma tal-Mulej u s-sagramenti li jirċievu jsaħħuhom fil-mixja tagħhom lejn is-sema: Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Nitolbu għall-bnedmin kollha sabiex jagħrfu l-imħabba kbira ta’ Alla lejhom u r-rieda tiegħu li jsalva lil kulħadd: Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

Fit-tjieba kbira tiegħek, Mulej, isma’ talbna u ferraħ id-dinja bil-ġustizzja u s-sliem tiegħek, Bi Kristu Sidna. Ammen.