Il-bniedem mhux bil-hobz biss jghix, imma b’kull kelma li tohrog minn fomm Alla.
 

IT-TAMA TAGHNA HIJA F’ALLA

     Bhad-dokumenti kollha tal-Papiet, it-tieni Enciklika tal-Papa Benedittu XVI tiehu isimha mill-ewwel kelmiet taghha. Hawnhekk, il-Papa qed jislet silta mill-ittri ta’ San Pawl: “Ahna salvi bit-tama” (Rum 8: 24). F’din l-Enciklika li harget fit-30 ta’ Novembru 2007, il-Papa qieghed jghallimna dwar it-tama Nisranija. Huwa jistqarr: “Il-fidwa nghatatilna fis-sens li nghatatilna t-tama, tama soda, li bis-sahha taghha nistghu nhabbtu wiccna mal-prezent” (1).

     Fl-ewwel parti ta’ l-Enciklika, niltaqghu ma’ bosta siltiet mehudin mill-Bibbja biex nifhmu x’inhi t-tama. San Pawl, fl-ittra tieghu lill-Efesin, ifakkarhom li qabel il-laqgha taghhom ma’ Kristu, huma kienu “bla tama u bla Alla fid-dinja” (Ef 2: 12). Jishaq ma’ l-Insara li t-tama taghhom ghandha tkun f’Alla. Jistqarr li ma ghandkomx “issewdu qalbkom bhall-ohrajn li ma ghandhomx tama” (1 Tes 4: 13).

     Fid-dawl tas-siltiet mill-Bibbja, il-Papa jfakkar li element li jiddistingwi lilna l-Insara huwa l-fatt li ahna ghandna gejjieni, jigifieri li hajjitna ma tintemmx fix-xejn. Dak li naqraw fil-Vangelu m’huwiex biss ahbar sabiha li nistghu nitghallmuha, imma fih niltaqghu ma’ realtà li ghandha l-qawwa li tibdel il-hajja taghna (2).

     Jolqotna l-fatt li biex ifisser dak li huwa qieghed jghid, Benedittu XVI jirrakkonta l-istorja ta’ qaddisa Afrikana, Santa Guzeppina Bakhita (c.1869-1947). Din kienet Musulmana mis-Sudan, u fi tfulitha ghaddiet minn hafna tbatijiet peress li kienet ilsira. Batiet hafna, anki fizikament. Wara li ghaddiet minghand sid ghal iehor, spiccat l-Italja fejn haddnet il-fidi Nisranija, u ’l quddiem dahlet soru Kanossjana. Il-Papa jitkellem kemm dwar il-helsien uman li hija akkwistat, kif ukoll dwar “il-helsien li hadet bil-laqgha ma’ Alla” (3). Ghaddiet minn belt ghal ohra fl-Italja tferrex messagg ta’ tama.

     Il-Papa jkompli jfisser il-kuncett tat-tama fid-dawl tat-Testment il-Gdid u ta’ l-esperjenzi ta’ l-Insara ta’ l-ewwel sekli. Juri kif l-ewwel Insara, hafna drabi, kienu nies foqra u minn klassijiet aktarx zvantaggati. Hu ghalhekk li kienu aktar “miftuhin ghall-esperjenza tat-tama l-gdida” (5) li taghti l-fidi fi Kristu. Anki dawk li kienu kolti jew gejjin minn klassijiet aktar gholja gharfu li l-allat, il-miti u r-religjonijiet l-ohra ma kellhomx kredibbiltà.

     Dan ifissirhulna tant tajjeb il-Papa meta jiehu silta mill-kitbiet ta’ San Girgor Nazjanzenu. Jghid li mill-mument li l-magi li mxew wara l-kewkba u qiemu lil Gesù, l-astrologija giet fi tmiemha, “ghax issa l-istilel iduru fuq l-orbita mfassla minn Kristu” (5).

Dun Hector Scerri

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn