Il-Vangelu llum jitkellem fuq l-istorja tragika
ta’ Alla u tal-bnedmin, ta’ nuqqas ta’ ftehim, ta’ wgigh ta’ Alla,
li jliggem u jistaqsi. Hi x-xbieha tal-umanità li ma taghrafx il-Hallieq
taghha, il-limiti taghha, din hi l-gabra fil-qosor tal-istorja bejn
Alla u Israel, bejn Alla u l-bnedmin. Il-bniedem ma jaghrafx il-Hallieq
tieghu, jehodlu postu: dan hu d-dnub fis-sustanza tieghu, id-dghufija
tragika tal-bniedem, li jahseb li ma ghandu bzonn hadd, li ma
ghandux id-dmir li jaghti kont ta’ ghemilu, li ma jaghrafx il-limiti
tieghu.