Tumas, emmint ghax rajtni, jghid il-Mulej; henjin dawk li ma rawx u emmnu.
 

IL-FIDI TNISSEL L-IMHABBA

 

Fil-Vangelu tal-lum niccelebraw il-Fidi. Min-naha niltaqghu mal-fidi ghajjiena ta’ Tumas; huwa ma jafdax wisq u jrid “imiss” u “jara”. Drabi ohra fil-Vangelu Gwanni digà juri din il-karatteristika. Niftakru fir-reazzjoni li kellu quddiem ix-xewqa ta’ Gesù li jmur il-Lhudija meta sema’ bl-ahbar tal-mewt ta’ Lazzru: “Immorru mela ahna wkoll u mmutu mieghu!” (11: 16). Anki fl-ahhar ikla dar lejn Gesù li kien qed ihabbar it-tluq tieghu minn maghhom u b’mod xettiku jghidlu: “Mulej, ahna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistghu nafu t-triq?” (14: 5). Huwa ma kienx jaf kif sa jirbah il-krizi tal-Gimgha l-Kbira. Imma dak li jitlob minnu Kristu mhux biss dak li jaghrfu bhala Mghallem u Messija; huwa jrid li Tumas jasal ghall-istqarrija shiha tal-fidi, dik fl-Iben ta’ Alla mibghut mill-Missier biex jifdi l-umanità. Il-laqgha tieghu mal-Irxoxt twassal lid-dixxiplu ghal din il-quccata suprema tal-fidi.

U issa l-kredu tieghu huwa perfett: “Mulej tieghi, u Alla tieghi!” Izda hdejn il-fidi mrieghda imma vera ta’ Tumas, Gesù jipprezenta u jgholli fidi ohra li lilha hu jsejhilha beatitudni: dik ta’ dawk li jemmnu b’mod shih, safi, hieles, minghajr kundizzjonament li “jaraw” jew imissu”.

Nistghu ghalhekk nigbru din ir-riflessjoni taghna tal-Hadd bil-kliem ta’ qaddis tal-ewwel sekli tal-Kristjanezmu, Massimu l-Konfessur: “L-Ghid inissel il-fidi u l-fidi tnissel l-imhabba: dan kollu huwa l-Vangelu!”

(Siltiet mehuda minn: Gianfranco Ravasi,
Secondo le Scritture. Piemme 2005)

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn