|
IT-TAMA NGHIXUHA FLIMKIEN
Fl-enciklika, il-Papa Beneditu XVI – fid-dawl tat-tama Nisranija –
jghallimna x’inhi l-hajja ta’ dejjem.
Hawnhekk huwa jfakkarna f’parti mir-rit tas-sagrament tal-maghmudija.
Wara li s-sacerdot jistaqsi ’l-genituri l-isem li sa jaghtu lit-tarbija,
idur fuqhom u jissokta: “X’titlob mill-Knisja?”
Twegiba: “Il-fidi.” “U x’taghtik il-fidi?” “Il-hajja ta’ dejjem.”
Il-Papa jissokta jispjega li “l-fidi hija s-sustanza tat-tama.”
Hawnhekk il-Papa jqajjem xi punti li huma ferm attwali. Jghid li
hawn bosta bnedmin fid-dinja li l-hajja ta’ dejjem ma
tinteressahomx. Mohhhom biss fil-hajja prezenti. Ghalihom il-fidi
fil-hajja ta’ dejjem hija xkiel (10). Il-Papa jfittex li jwiegeb
ghal dawn il-punti billi jaqsam maghna dak li kitbu xi whud minn
Missirijiet il-Knisja, fosthom Sant’Ambrog u Santu Wistin. Fid-dawl
ta’ dak li qalu dawn l-ghorrief, il-Papa jfakkarna li minn naha
“nixtiequ l-hajja nfisha”, u minn ohra lanqas nafu “dak li lejh
inhossuna mixhutin” (12). Huwa jikkonkludi li hija t-tama vera li
tista’ tassew tmexxina.
Benedittu XVI jghaddi wkoll biex jurina li t-tama mhix xi haga
individwalistika, jigifieri ghalija wahdi. Daqs kemm id-dnub huwa
realtą komunitarja, hekk ukoll is-salvazzjoni li tana Gesł hija
komunitarja. It-tama, ukoll, ghandha “karattru komunitarju” (14). Fi
kliem iehor, it-tama li nhaddan personalment irrid nghixha fi
hdan il-Poplu t’Alla, jigifieri flimkien ma’ huti l-Insara.
Sahansitra l-patrijiet tal-monasteri – li qishom hallew id-dinja –
ghandhom responsabbiltą lejn il-Knisja, anzi lejn l-umanitą kollha
(15).
Fil-parti li jmiss ta’ l-Enciklika (16-23), il-Papa jghaddi biex
jipprezenta kif il-bnedmin taz-zmien modern harsu lejn it-tama.
Jaghmel dan billi jirreferi ghal ghadd ta’ hassieba kbar, fosthom
Francis Bacon, Immanuel Kant, Theodor Adorno, u dak kollu li wassal
ghat-teorija ta’ Marx u kif din kellha titwettaq. Jesplora r-raguni
u l-libertą. Isemmi l-bidliet kbar li sehhew fis-socjetą fis-seklu
dsatax bl-industrijalizzazzjoni.
Jidhol imbaghad biex janalizza l-hsibijiet ta’ Marx u r-rivoluzzjoni
li huwa holom. Il-Papa jikkonkludi li l-izball ta’ din it-teorija
huwa li Marx donnu “nesa li l-bniedem jibqa’ dejjem bniedem. Nesa
l-bniedem u l-libertą tieghu” (21). L-izball fundamentali ta’ din
il-linja – jishaq il-Papa – huwa l-materjalizmu.
Il-bniedem ma jimxix ’il quddiem billi tohloqlu kundizzjonijiet
ekonomici tajbin biss (21) jew progress fit-teknika (22). Hija
mehtiega formazzjoni interna – jigifieri li l-bniedem jikber
fil-gewwieni tieghu. Irid jidra jhaddem ir-raguni maghguna mal-fidi.
Irid juza tajjeb il-libertą li Alla zejnu biha. Fi ftit kliem,
“il-bnedem jehtieg lil Alla, inkella jibqa’ minghajr tama” (23).
Dun Hector Scerri |