Meta bniedem ikun kapaci, ikollu biex, nghidu li
ghandu "talent", bla ma nafu li t-talent hu munita famuza mhollija
f’idejn il-qaddejja tal-parabbola. Mela ghandna xi talenti, u din hi
ahbar tassew sabiha: min hafna, min ftit, lil kull wiehed thalla
kapital biex ihaddmu ghall-gid ta’ kulhadd. Ahna lkoll, minghajr
eccezzjoni, ghandna xi talenti: anki dawk in-nies li ma jintebhux
jew – aghar – li jqattghu l-hin jghiru ghat-talenti tal-ohrajn
filwaqt li taghhom jahbuhom taht l-art.