|
L-IMHABBA TGHINEK TITTAMA
Fl-artiklu tal-gimgha li ghaddiet rajna diversi aspetti
mill-esperjenza tal-bniedem, u d-dawl li tista’ taghti t-tama
Nisranija f’dawk is-sitwazzjonijiet, dejjem jekk il-bniedem jaccetta
dan id-don ta’ Alla. Rajna x-xewqa jew ir-rifjut tal-bniedem
ghall-hajja ta’ dejjem. Rajna wkoll kif xi hassieba, kemm Insara kif
ukoll mhumiex, harsu lejn il-hajja – jew b’lenti mimlija tama, jew
b’lenti fejn it-tama ma ghandhiex post. Rajna wkoll li t-tama
Nisranija hija essenzjalment komunitarja.
Il-lum sa naraw x’inhi s-sura vera tat-tama Nisranija. Il-Papa
jfakkarna li ghalkemm jezistu hafna strutturi mehtiega biex id-dinja
timxi ’l quddiem (nghidu ahna l-ordni socjali, il-libertà umana,
l-ghazla tat-tajjeb, is-successi tax-xjenza), “il-bniedem jinfeda
bl-imhabba... imhabba bla kundizzjonijiet” (26). Ir-realtà enormi li
Gesù Kristu fdiena hi realtà ta’ mhabba assoluta. Benedittu XVI
ifakkar li hija din l-imhabba infinita li taghtina t-tama.
Min ma gharafx lil Alla u ma ghandux relazzjoni mieghu, “ghad
li jista’ jkollu bosta tamiet, fil-fondnett hu bla tama” (27).
Is-sies ta’ kull tama li ghandna huwa Alla. Kull min jaghmel din
l-esperjenza ta’ l-imhabba ta’ Alla, jibda jifhem x’inhi l-hajja
vera u jibda jistenna bit-tama l-hajja ta’ dejjem. Dak li bit-tama
nibdew induqu minn issa f’din il-hajja, jilhaq il-quccata tieghu
fil-hajja ta’ dejjem.
Hawnhekk, Benedittu XVI jerga’ jaqbad dak li tkellimna dwaru
l-gimgha li ghaddiet – jigifieri li s-salvazzjoni mhiijiex xi haga
individwali. Ir-rabta taghna mal-Mulej li “qieghed hemm ghal
kulhadd” timpenjana biex nahsbu f’xulxin. Il-Papa jwasslilna xi
taghlim minn fomm San Massimu l-Konfessur u Santu Wistin. Min huwa
qrib tal-Mulej jahseb f’haddiehor. Santu Wistin, quddiem
sitwazzjonijiet socjali difficli, ixandar “it-tama li kienet tigih
mill-fidi” (29).
Cert li nifhmu l-kliem ta’ l-Enciklika meta l-Papa jghid li
fil-hajja taghna jkollna hafna tamiet, kemm zghar kif ukoll kbar.
Hemm tamiet li nhossuhom qawwija fiz-zghozija; hemm tamiet ohra li
jkollna meta nimmaturaw. Il-Papa jfakkarna – u nahseb li din hija
l-esperjenza ta’ hafna minna – li meta tamiet bhalma semmejna jsiru
realtà, nibdew nintebhu li ma kenux kollox: “issir haga cara li
l-bniedem jehtieg tama li tmur lil hinn” (30). Ahna mistiedna npoggu
din it-tama f’Alla li huwa hallieq kollu mhabba. Huwa Alla li fi
Kristu ha “wicc ta’ bniedem u li habbna sa l-ahhar” (31).
L-esperjenza li inti taghmel ta’ din l-imhabba – kemm personalment
kif ukoll bhala parti minn komunità li temmen – tghinek ma titlifx
il-hegga tat-tama.
Dun Hector Scerri |