Il-Beatitudnijiet li nisimghu fil-Vangelu tal-lum huma l-kmandamenti
ta’ l-ispirtu Nisrani. Dawn jitolbu minna li nghixu l-istess
sentimenti ta’ Kristu, li nkunu maghquda mieghu. Dan naghmluh jekk
inhobbu lill-proxxmu taghna ghax fih inkunu qed inhobbu u nilqghu
lil Kristu nnifsu. Bil-fiducja f’qalbna nafu li jekk naghmlu dan
hlasna jkun kbir fis-smewwiet!