Jiena d-dawl tad-dinja, jghid il-Mulej; min jimxi warajja jkollu d-dawl tal-hajja.
 

IT-TALB U T-TBATIJA

      Sa issa rajna l-ewwel nofs ta’ l-enciklika li l-Papa ppubblika f’Novembru li ghadda. Jekk forsi sibna dik il-parti xi ftit difficli, it-tieni parti hija aktar facli biex nifhmuha billi huwa jaghtina hafna ezempji kif nitharrgu fit-tama.

     Jghidilna li l-ewwel mod kif nikbru fit-tama huwa permezz tat-talb. Alla huwa dejjem maghna, u jismaghna dejjem. Anki jekk thossok abbandunat minn kulhadd – u kwazi tigik it-tentazzjoni li titlef it-tama – Alla jibqa’ mieghek. Il-Papa jsemmi l-esperjenza iebsa li kien ghadda minna il-Kardinal Nguyen Van Thuan (1928-2002) li kien ghamel tlettax-il sena fil-habs f’pajjizu, il-Vjetnam, bejn is-snin sebghin u tmenin. Minkejja li kien f’sitwazzjoni mill-aktar difficli, kien it-talb li zamm it-tama hajja fih.

     Bhal f’diversi partijiet ta’ l-enciklika, il-Papa jerga’ jirreferi ghal Santu Wistin. Ifisser kif it-talb jghinna nissaffew, u juza xbieha sabiha biex nifhmuh. Il-qaddis jghid: “Sthajjel li Alla jrid jimliek bil-ghasel (simbolu tal-hlewwa ta’ Alla u tat-tjieba tieghu). Jekk int, izda, tinsab mimli bil-hall, fejn sa tqieghdu l-ghasel?” Jghidlek li qalbek qisha qolla li “l-ewwel trid titwessa’ u mbaghad titnaddaf: tehles mill-hall u mit-toghma tieghu” (33). It-talb isaffina: qabel kollox, nitghallmu nitolbu; jissaffew ix-xewqat taghna; nitghallmu ma nitolbux affarijiet superficjali; naharbu l-illuzjonijiet. It-talb, ghalhekk, isir skola ta’ tama.

     It-tama nitghallmuha wkoll permezz ta’ l-impenn taghna fil-qadi ta’ dmirijietna u permezz tat-tbatija li lkoll nghaddu minnha. Il-Papa jishaq fuq is-sehem taghna biex intaffu l-hafna tbatijiet ta’ madwarna. Izda ghandna dejjem niftakru li Alla sar bniedem, “dahal personalment fl-istorja” (36) u bata maghna u ghalina. Din il-verità kbira taghmlilna kuragg, ghax kif qalilna Benedittu XVI, “nibtet fl-istorja t-tama fil-fejqan tad-dinja” (36). Dan il-fejqan bdieh Kristu stess, imma ghadu ma sehhx ghal kollox.

     Il-Papa jitkellem fid-dettall dwar it-tbatija. Jaghtina fit-tul l-esperjenza ta’ wiehed mill-martri tal-Vjetnam, San Pawl Le-Bao-Tinh, li xerred demmu fl-1857. In-nota principali li nistghu nisiltu mill-karba kollha tbatija ta’ dan il-martri hija wahda ta’ tama Nisranija fil-qawwa tal-Mulej. Il-Papa jfakkarna fil-valur gholi ta’ meta tbati ma’ xi hadd. Huwa Alla li jghallimna dan meta “ried ibati ghalina u maghna” (39).

     It-tama – kbira jew zghira li ghandna – tghinna naffaccjaw it-tbatija li lkoll nghaddu minnha. It-tama tghinna wkoll naghtu xhieda, l-aktar f’mumenti ta’ prova, u naghmlu ghazliet favur il-verità u d-dinjità tal-bniedem.

Dun Hector Scerri

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn