Kristu huwa dak li
jfejjaqna mill-gdim tas-serp: id-dnub taghna. Hekk kif il-Lhud kienu
jharsu lejn is-serp tal-bronz imwaqqaf minn Mosè, hekk ukoll ahna
nfiqu mill-mard ta’ dnubietna meta nharsu lejn Kristu Msallab li
ntrefa’ mill-art biex jigbed lejh il-bnedmin kollha. Kristu ghalhekk
gie: mhux ghal dawk f’sahhithom izda ghall-morda, biex ahna nsibu l-fejqan.
Jehtieg biss nitolbuh bil-herqa!