Ha nqum u mmur ghand missieri, u nghidlu: Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tieghek.
 

Konverzjoni:
decizjoni ta’ bidla

Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika, fin-numri 73-78 jitkellem hekk fuq id-dnub:
• Nehduha kontra xi hadd li ghandu wicc u qalb, li jifhem u jhobb.
• Huwa ingratitudni, jigifieri ma nhobbux lil min imissna nhobbu.
• Inqieghdu dak li jaqbel biss lilna u li joghgobna, qabel kull imhabba u rikonoxxenza.
• Ifisser "nitilqu" minn dar Missierna.
• Infittxu l-hena u dak li joghgob lilna xi mkien iehor.
• Huwa tkissir ta’ rabta personali.
• Hu tkazbir tal-imhabba ta’ Alla lejna.
• Ribelljoni kontra Alla.

Minn dan jidher car li biex wiehed jikkonverti mhux bizzejjed li jpatti ghall-hsara bhal meta wiehed ihallas xi multa. Mhux biss stqarrija bil-fomm tal-hazen li nkunu ghamilna. Mhux biss l-ghemil ta’ penitenza li jaghtina l-konfessur. Izda jehtieg li naghrfu l-hazen u l-ingratitudni taghna, jisghobbina minn qalbna u bl-akbar fiducja fil-hniena ta’ Alla nergghu lura lejh. Hekk ghamel l-Iben il-hali biex ikkonverta. Mela meta wiehed jikkonverti, ikun fehem x’inhu d-dnub! U jkun ghamel ezami ta’ kuxjenza.

Sfortunatament hafna llum igibu ruhhom bhall-Farizej li kienu jgergru kontra Gesù ghax kien jilqa’ ghandu lill-midinbin u xi drabi kien jiekol maghhom. Hekk ghamel l-iben il-kbir li skandalizza ruhu u gerger kontra missieru ghax dan hafer u laqa’ ghandu lil huh iz-zghir li kien offendih hekk bl-ikrah. Imma Alla hu dak il-missier li jistenna b’idejh miftuha lill-midneb jerga’ lura lejh.

Il-Farizew jew l-iben il-kbir nista’ nkun jien stess!

"Imma l-izball li naghmlu huwa meta niccensuraw il-kelma ta’ Kristu biex tkun taqbel mal-ideat tal-lum!" (Mons. Pawl Cremona O.P. f’diskors fl-Università).

Homework:

Irrifletti fuq in-Novissmi : Mewt, Gudizzju, Infern, Genna.

P. Paul Attard OFM

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn