Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Hajja, jghid il-Mulej; hadd ma jmur ghand il-Missier jekk mhux bija.
 

THALLINIX NISTENNA...
GHINI

San Luqa, li ghandu l-fama ta’ pittur, b’ekonomija ta’ kliem jaghtina stampa elokwenti u movimentata tal-faqar u l-karità, aktar milli kieku tkun impingija bl-aqwa kuluri. Minn mistoqsija li studjuz tal-ligi ghamel lil Gesù, "X’ghandi naghmel biex nikseb il-hajja ta’ dejjem?" johrog ir-rakkont ta’ Ges`u kif ragel li kien iterraq minn Gerusalemm ghal Geriko, waqa’ f’idejn il-hallelin li nezzghuh, darbuh u hallewh nofsu mejjet. Haga li kienet tigri ta’ spiss dak iz-zmien u li ghada tigri sal-lum mhux biss f’dak il-post. Qassis, u wara levita, li ghaddew mit-triq rawh imma baqghu ghaddejjin, waqt li Samaritan li rah, waqaf, thassru, resaq lejh rabatlu l-griehi u wara li sawwablu zejt u nbid fuq il-feriti, rikkbu fuq il-bhima tieghu u hadu f’lukanda u ha hsiebu.

Ghaliex jezistu l-pajjizi sinjuri u l-pajjizi foqra? Ghaliex jezisti min hu mejjet fis-sakra u min hu mejjet ghall-qatra? Dawn jezistu ghaliex xi darba, xi mkien, kien hemm manipulazzjoni, tbabis jew htif mit-tqassim ta’ dak li halaq Alla ghal kulhadd. Dan it-tbabis jista’ jkollu l-isem ta’ negozju, politika, wirt jew hafna ismijiet sbieh ohra. Il-kisba jew bejgh tal-artijiet jista’ jkun parti minn dan it-tbabis.

Biex niehdu punt iehor mill-parabbola nistghu naraw b’dak li tibda l-parabbola: L-istudjuz tal-ligi jistaqsi lil Kristu mistoqsija tant semplici: "X’naghmel biex niret il-hajja ta’ dejjem?" It-twegiba taghha kienet tant semplici u bazika, li Kristu jitlob lill-istudjuz biex iwegibha hu stess billi dan kien propju studjuz tal-ligi. Biex jiggustifika ruhu l-istudjuz rega’ fettaq billi ghamel mistoqsija ohra semplici daqsha: "Min hu l-proxxmu?"

Ahna quddiem kull sitwazzjoni ta’ faqar nistghu niehdu l-istess attitudni ta’ dan l-istudjuz tal-ligi billi noqghodu "nduru mal-lewza" b’hafna mistoqsijiet biex fl-ahhar naraw kif nistghu naslu u nserhu l-kuxjenza taghna u ma nkunu ghamilna xejn fil-konkret. Ghalhekk Gesu lil dan l-istudjuz tal-ligi poggielu quddiemu din ix-xena biex ghinu jifhem li bid-diskors biss ma naghmlu xejn imma meta nkunu lesti li mmiddu jdejna u naghtu sehemna nkunu tassew qeghdin nifhmu min hu l-proxxmu u kif nghixu mal-proxxmu l-kmandament tal-imhabba.

Kumitat Gimgha ta’ Karità, 2011

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn