|
IVA GHALL-IMHABBA TA’ ALLA
Fil-Kredu ahna nistqarru l-fidi taghna f’Gesù li ghandu
jerga’ jigi fil-glorja biex jaghmel haqq mill-hajjin u mill-mejtin.
Il-Papa Benedittu jigbdilna l-attenzjoni li l-gudizzju, b’diversi
modi, influwenza l-hajja ta’ l-Insara. Il-gudizzju jfakkarna, fost
l-ohrajn, fit-tama tal-gustizzja ta’ Alla (41).
Il-Papa jsemmi l-fatt, specjalment fiz-zmien modern,
tal-bniedem li tbieghed minn Alla. Quddiem sitwazzjonijiet u
esperjenzi ta’ bnedmin jew popli li pprotestaw kontra Alla jew
cahduh, Benedittu XVI jafferma b’qawwa: “Iva, il-qawmien tal-gisem
jezisti. Il-gustizzja tezisti... Ghalhekk il-fidi fil-gudizzju
ahhari hija qabel xejn tama – dik it-tama li l-htiega taghha dehret
bic-car sewwasew fit-taqlib ta’ l-ahhar sekli” (43). Il-Papa jishaq
ukoll li “dinja bla Alla hija dinja bla tama” (44). Ghalkemm
il-gudizzju jbezzaghna, ifakkarna fir-responsabbiltà taghna, u huwa
wkoll xbieha ta’ tama.
Il-Papa jghaddi wkoll biex iwasslilna t-taghlim dwar
in-novissimi. Ifakkar li wara l-mewt, hemm il-gudizzju individwali
li jwassal ghall-premju jew kastig. Fil-qosor jghallimna dwar
il-genna ghal dawk “li hallew ’l Alla jidhol fihom ghal kollox”, u
l-infern ghal dawk “li fihom kollox sar gidba, nies li ghexu
l-mibeghda u kasbru l-imhabba fihom infushom” (45).
Ikellimna wkoll dwar il-purgatorju, li huwa stat ta’ tisfija u
fejqan li jhejji r-ruh ghall-ghaqda ma’ Alla (45-47). Benedittu XVI
isemmi wkoll il-“farag u l-konfort” li ahna l-Insara nistghu naghtu
lill-erwieh tal-purgatorju permezz tat-talb, tac-celebrazzjoni ta’
l-Ewkaristija u ghotjiet ta’ karità. Hawn tidher cara espressjoni
ta’ dik li tissejjah x-xirka tal-qaddisin, jigifieri
l-komunjoni bejn il-qaddisin fil-genna, dawk li qed jissaffew
fil-purgatorju u ahna li ghadna f’din id-dinja. Kif ghidna
f’okkazjoni ohra, it-tama hija komunitarja. Ghalhekk, bhala Nsara
mhuwiex bizzejjed li nsalva jien. Il-Papa jheggigna biex nistaqsu:
“X’nista’ naghmel biex l-ohrajn isalvaw u titla’ ghalihom ukoll
il-kewkba tat-tama?” (48).
Fl-ahhar pagni ta’ l-enciklika, il-Papa jdur lejn Marija, u
jindirizzaha bhala kewkba tat-tama. Jghidilna li tul il-mixja
ta’ hajjitna niltaqghu ma’ bosta persuni tajbin li kienu bhal
kwiekeb ta’ tama f’mumenti mudlama li ghaddejna minnhom. Kristu
jibqa’ d-dawl tad-dinja, imma jinqeda b’persuni li jwasslulna d-dija
tieghu. Fost dawn hemm il-Vergni Marija.
Il-Papa jsemmi l-mumenti ta’ prova li ghaddiet minnhom
Marija... mill-“iva” li lissnet lill-anglu, sa fuq il-Kalvarju. Tul
il-hajja taghha, baqghet tidwi fil-qalb ta’ Marija l-kelma ta’
l-anglu: “La tibzax, Marija!”
(Lq
1: 30). Marija baqghet temmen u tittama taht is-salib ta’ Binha.
Baqghet tittama fil-hemda tas-Sibt, qalbha mimlija bic-“certezza
tat-tama” (50) li wasslitha ghall-esperjenza tar-rebha tal-Ghid ta’
Binha.
Dun Hector Scerri |