|
NINSAB FIL-QALB TA’ ALLA
L-imhabba hija t-tema ewlenija tal-liturgija tal-lum.
L-imhabba tidher ’l hawn u ’l hinn fil-pagni ta’ Gwanni. Fis-silta
tal-lum din tidher l-aktar bi tliet karettiristici.
Qabel xejn l-ewwel dehra hija l-ghoqda: ir-rabta qawwija bejn imhabba u
kmandament. Imhabba u ubbidjenza jistriehu fuq xulxin ghaliex l-imhabba
li jissuggerixxi, anzi “jikkmanda” Gesù, mhijiex biss sentiment jew xi
haga spontanja izda impenn sod u radikali. Gesù jrid jissupera
l-kuntrast klassiku bejn ligi u mhabba ghaliex il-ligi li hu joffri
mhijiex norma bla sens imma proposta ta’ impenn shih ghall-hajja.
Karatteristika ohra tal-imhabba Nisranija ssib ruhha fl-infinit u hija
mibnija fuq l-imhabba stess ta’ Alla u ta’ Kristu. L-imhabba ghandha
bhala l-ghajn taghha lil Alla. Huwa hu l-punt tat-tluq assolut, dak li
“jhobb l-ewwel”.
U jekk infinita hija l-ghajn, infinit huwa wkoll l-ghan tal-imhabba.
Il-livell tal-imhabba taghna ghandu jkollu bhala qjies l-imhabba ta’
Kristu: “Hobbu lil xulxin bhalma nhobbkom jien”. U nafu li Gesù habb u
habb sal-ahhar.
It-tielet element f’din il-meditazzjoni stupenda ta’ San Gwann fuq
l-imhabba hu li l-imhabba tnissel l-ulied ta’ Alla, hbieb ta’ Kristu u
thassar il-biza’ li huwa proprju tal-“qaddej” biex tiled l-intimità ta’
iben jew habib. Fid-diskors tal-muntanja Gesù digà kien uriena l-gheruq
ta’ din l-imhabba: “Hobbu lill-ghedewwa taghkom... biex tkunu wlied
Missierkom li hu fis-sema.” U l-poeta Khalil Gibran fix-xoghol sabih
tieghu “Il-Profeta” jghidilna: “Meta thobb lil Alla ma tridx tghid:
ghandi lil Alla f’qalbi. Izda aktar ghid: ninsab fil-qalb ta’ Alla.”
(Siltiet mehuda minn: Gianfranco Ravasi,
Secondo le Scritture. Piemme 2005) |