TALBIET TA’ INTERCESSJONI

Huti gheziez, induru bil-fiducja lejn Alla Missierna li baghat lil Ibnu Gesł biex ifejjaq lil dawk kollha li kienu morda u nitolbuh il-fejqan mill-mard spiritwali taghna.

Biex il-Knisja tilqa’ lill-foqra u l-midinbin bl-istess hniena ta’ Kristu. Nitolbu...

Biex tinghata ghajnuna sanitarja lill-lebbruzi fil-pajjizi foqra tad-dinja mill-ghaqdiet ta’ volontarjat u gvernijiet. Nitolbu...

Biex nitghallmu nirrispettaw il-kuxjenza ta’ hutna u ma naghmlu xejn li jista’ jfixkilhom fil-mixja taghhom lejn Kristu. Nitolbu...

Biex ahna nilmhu lil Kristu prezenti fl-emarginati ta’ zmienna, kif San Frangisk gharaf lil Kristu meta ltaqa’ mal-lebbruz. Nitolbu...

Missier, salvana mid-dnub li jifridna, u aghtina li naraw fil-wicc tal-lebbruz ix-xbieha ta’ Kristu msallab, biex nahdmu ghas-salvazzjoni ta’ kulhadd u nuru lil hutna l-hniena kbira tieghek. Bi Kristu Sidna. Ammen.