TALBIET TA’ INTERCESSJONI

Il-Mulej ghamlilna weghda qabel it-tlugh tieghu fis-sema, li sa jbqa’ maghna matul iz-zminjiet; nghidulu b’xewqa kbira: Ibqa’ dejjem maghna, Mulej!

Mulej, ahna u nharsu lejk inti u tiela’ s-sema, fakkarna li inti dejjem tinsab fil-qalba ta’ qalbna, biex waqt li ghadna hawn, nibqghu nhossuk maghna tqawwina u twettaq il-fidi taghna. Nitolbu...

Sawwab fuqna, Mulej, l-Ispirtu tieghek biex mimlijin bil-gherf, nimxu warajk u nxandru l-imhabba u t-tjieba tieghek fl-aktar mumenti ordinarji tal-hajja taghna ta’ kuljum. Nitolbu...

Dawlilna qalbna, Mulej, biex kuljum naghrfu x’inhi r-rieda tieghek u naghmluha, u dan ikun ghalina ghajn ta’ ferh u tama. Nitolbu...

Ghinna, Mulej, niehdu fuqna r-responsabbiltà shiha li nkunu xhieda tat-twemmin li nhaddnu, li nghixu ahna l-ewwel dak li nippritkaw. Nitolbu...

Aghtina, Mulej, l-ghajnuna tieghek, biex imqanqla mill-urgenza li qed joholqu l-problemi ambjentali, inkunu ahna minn tal-ewwel li niehdu azzjoni. Nitolbu...

Grazzi, Mulej, talli zzomm dejjem il-weghdiet tieghek, tfakkarna dejjem li int maghna, izzommilna jdejna, thaddanna mieghek, l-aktar nett fil-mumenti ta’ nuqqas ta’ tama meta nhossuna wahedna; int li tghix u saltan ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen.