Uri lilna, Mulej, it-tjieba tieghek u s-salvazzjoni tieghek aghtina.
 

NIES DISTRATTI

Robert ma kienx jghaddi jekk filghodu ma jihux il-bajda. Inzerta mghaggel u kellu seba’ mitt sena sakemm il-mishun jaghli. Ghajnejh ma qalaqghhomx minn fuq l-ilma jbaqbaq u l-minutiera tal-arlogg. Imma x-xitan m’ghandux halib; meta gie biex itella’ l-bajda mill-mishun, induna li b’distrazzjoni l-bajda ma kienx waddabha.

Il-gwaj hu li nghaddu hajjitna l-hin kollu distratti.

M’iniex qed nirreferi ghal dawk li jghixu izjed fil-qamar milli b’riglejhom fl-art. Imma qed nghid ghal tant bnedmin li jahasra ghadhom ma ndunawx li:

• Gesù gie jgibilhom il-paci… filwaqt li huma ghadhom ifittxuha min jaf fejn;

• Gesù gie jurihom it-triq... filwaqt li huma ghadhom jimxu f’tant sqaqien imharbta tal-hajja;

• Gesù gie jurihom il-verità... meta jahasra huma qed ighixu f’gidba kontinwa, imdawrin bil-kilba ghall-flus, ghall-poter u l-popolarità.

Insomma: qed jghaddu hajjithom isahhnu l-ilma, kuntenti jarawh ibaqbaq u haj, biex imbaghad isibu li fl-ahhar mill-ahhar hajjithom ma kinitx hlief... ilma jbaqbaq!

Sikwit Gesù jigi jiltaqa’ maghna. Kull jum hu l-jum tieghu. Imma forsi mhux kull jum tieghu huwa tieghi.

Ghax jekk meta jigi jiltaqa’ mieghi jisibni distratt, mohhi band’ohra, jien ma nkunx iltqajt mieghu.

Imma hemm jum li hu zgur il-jum ghalina t-tnejn: ghalih u ghalija. Huwa l-ahhar jum, il-jum meta jigi biex jiltaqa’ mieghi biex jaghtini l-premju. Dakinhar mhemmx cans li nkun ghajnejja maghluqa, widnejja mizduda, jew distratt. Dakinhar inkun imqajjem. Ferhan jew bezghan? Kuntent jew imdejjaq? Kalm jew irrabjat?

Ghaliex: JUM IL-MULEJ ikun skont kif qed nghix ISSA.

Jekk int distratt, thares lejn l-ilma jbaqbaq u lejn il-minutiera tal-arlogg, ftit ghandek cans li JUM IL-MULEJ ikun ghalik jum ta’ glorja.

P. Elija Vella OFMConv.

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn