Ghandi ghalfejn nattendi ghal-laqghat ta' preparazzjoni biex nircievi  s-Sagrament tal-Grizma ta' l-Isqof?  X'sa nitghallem gdid?

X'sa nitghallem differenti minn dak li nitghallem l-iskola? Mhux bizzejjed li nghix tajjeb u mmur il-quddies kull nhar ta' Hadd?

Fid-dinja tal-lum kulhadd irid jitghallem izjed. Il-genituri jibaghtu lil uliedhom l-iskola minn ckunithom;  numru kbir ta' zghazagh ifittxu li jkomplu l-edukazzjoni terzjarja, hemm ukoll numru ta' nies li jattendu l-università tat-tielet età. Ma jitghallmux ghax tobbligahom il-ligi imma ghax jemmnu li t-taghlim jghinhom jimmaturaw u jikbru.

Bhala Nsara ghandu jkollna interess li nifhmu ahjar lil Kristu u t-taghlim tieghu. Il-laqghat ta' preparazzjoni ghat-tfal li sa jircievu s-Sagrament tal-Grizma ta’ l-Isqof jghinuhom jifhmu l-impenn gdid taghhom fil-knisja. Jitghallmu ahjar x'ifisser tkun membru shih tal-Knisja u r-responsabbiltà li ggib il-hajja Nisranija. Huma wkoll laqghat fejn jiltaqghu flimkien jitolbu u jiehdu sehem fl-Ewkaristija  fejn wiehed jista' jistaqsi u juri d-diffikultajiet tieghu. Aspett iehor importanti fil-preparazzjoni hu li jsiru jafu aktar lil xulxin u jkollhom esperjenza ta' kif tghix f'komunità. Din l-esperjenza ta' komunità tikber meta jiltaqghu flimkien u jiehdu sehem fl-Ewkaristija.

Fil-hajja tallum kulhadd irid jiehu brejk. Niehdu brejk ukoll  fit-taghlim Nisrani. Nibdew b'entuzjazmu biex naghmlu l-Ewwel Tqarbina, jitkompla, ghalkemm jonqos xi ftit fi zmien il-preparazzjoni ghall-Grizma u mbaghad niehdu brejk twil sa ma naslu biex nizzewgu.

Ir-relazzjoni bejnietna u ma' Alla trid tikber kontinwament. Ghalhekk m'ghandniex niehdu brejk fil-gharfien taghna ta' Kristu u fl-isforz biex nikbru bhala familja.