|
|
|
|
San Pawl fl-Ewwel Ittra tieghu lill-Korintin jikteb hekk : “Jien ircevejt minghand il-Mulej it-taghlim li ghaddejt lilkom, jigifieri, li l-Mulej Gesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ha l-hobz u wara li radd il-hajr qasmu u qal : “Dan hu gismi li jinghata ghalikom, aghmlu dan b’tifkira tieghi” (1 Korintin 11, 23-26). Din hi l-verzjoni ta’ Pawlu. Fiha tifsira kbira li Pawlu jpoggi l-Ewkaristija fil-qalba tal-Bxara li hu rcieva u li xandar.
Mill-bidunett, il-mument tal-qsim tal-hobz kien il-qalba tal-hajja tal-komunità nisranija f’Gerusalem. Anke llum il-qsim tal-hobz jehtieg ikun fil-qalba tal-hajja tal-Knisja, l-espressjoni tal-istess essenza taghha. Ikollna cans il-quddiem f’dawn il-katekezi nirriflettu fuq kif l-Ewkaristija taghmel il-Knisja u l-Knisja taghmel l-Ewkaristija. Fil-fatt mill-Koncilju Vatikan it-Tieni ippruvajna hafna nergghu niskopru l-Ewkaristija bhala l-ghajn u l-quccata tal-hajja tal-Knisja kollha kemm hi. Il-Koncilju fil-fatt sejjah: l-ewwel ghal sehem iktar shih, attiv, ta’ min jaf x’qed jaghmel; it-tieni ghal spirtu u stil gdid tac-celebrazzjoni; u t-tielet ghal fidi iktar iccentrata mhux tant fuq il-presenza reali fil-hobz u l-inbid, daqskemm ghal presenza ta’ Kristu li niltaqghu maghha tul ic-celebrazzjoni kollha. |
|
|
|