X’ghamel ezattament Gesù f’dik l-ahhar ikla mal-Appostli, dak li ahna fuqu nibnu dak li nemmnu dwar l-Ewkaristija bhala s-sagrament tal-gisem ta’ Kristu? Gesù m’ghamilx biss xi rit, ma kienx dak il-hin qed jiffunzjona bhala sacerdot bhas-sacerdoti li kellhom il-Lhud fir-religjon taghhom. Gesù ma nistghux insejjhulu sacerdot fil-linja tas-sacerdozju Lhudi. Il-hidma tieghu kienet izjed fil-linja profetika, kif ghandna car fil-Vangelu ta’ San Luqa meta Gesù fis-Sinagoga s-Sibt qara dak li kien kiteb il-profeta Isaija u mbaghad qal : “Din il-kitba sehhet illum, intom u tisimghu” (Luqa 4, 21). L-ghotja ta’ Gesù, issigillata fil-mewt u l-qawmien tieghu, kienet il-bidu ta’ sacerdozju gdid kif imfisser minn San Pawl innifsu fl-ittra lir-Rumani fejn jikteb : “Nitlobkom huti, ghall-hniena ta’ Alla, offru gisimkom b’sagrificcju haj, qaddis, joghgob lil Alla, jigifieri l-qima spiritwali taghkom” (Rumani 12, 1).

Fil-patt il-gdid, mhemmx izjed is-sacerdot li jitlob ghall-poplu u f’isem il-poplu. Ghaliex ahna, kif jikteb Pietru fl-ewwel ittra tieghu, poplu sacerdotali. Din hi l-Knisja. Hu f’dan is-sens li l-ewkaristija tibni l-Knisja. L-ewkaristija hija l-memorjal ta’ dak li sehh f’Gesù Kristu, il-fidwa taghna. Dak li Gesù kien qieghed jaghmel f’dik l-ahhar ikla tal-Ghid mal-Appostli fic-Cenaklu, kien l-ikla li ghall-Lhud kienet thabbar mill-gdid il-qawwa tad-driegh ta’ Alla li heles lill-Lhud mill-iskjavitu’ tal-Egittu. Imma l-ikla tal-Ghid mal-Appostli kellha tifsira radikalment differenti mill-ikla tal-Lhud. Ghalhekk l-Ewkaristija hija c-celebrazzjoni tat-tama tan-nisrani, tama li Alla hu haj u li kif dehret fl-istorja ta’ Izrael, dehret ukoll fl-Ghid tal-Mulej. L-ewkaristija hija l-memorjal ta’ dak l-Ghid, ta’ dik l-ghotja. Issa ahna f’hajjitna tirrepeti ruhha l-istorja ta’ Gesù, l-istorja tal-habba tal-qamh li taqa’ fl-art u tmut biex taghmel hafna frott (Gw 12, 24). Meta Gesù qal “Aghmlu dan b’tifkira tieghi”, ma kienx qed jirreferi ghal xi rit li kien qed jiccelebra, imma ghal din l-ghotja tieghu stess li kien qed ikollha l-bidu u t-temmija taghha f’dawk l-ewwel tlett ijiem imqaddsa.