Kif diga kellna cans nghidu minn dawn il-kolonni, l-istedina kbira li Gesù ghamel lid-dixxipli tieghu dak inhar tal-ahhar cena u li llum ghadu jaghmel lilna lkoll kull darba li naghmlu dan b’tifkira tieghu, hija li nibqghu ingeddu l-istess gest li ghamel hu meta ta hajtu ghax habb u habb sal-ahhar. Kristu, il-verita’ li ppriedka mhux qatel ghaliha, imma miet ghaliha.

Grazzi ghall-hidma tal-Ispirtu s-Santu u permezz tal-ministeru tal-Knisja li fid-dinja hija l-gemgha ta’ dawk li jemmnu fi Kristu, Kristu stess ikompli l-opra tieghu ta’ salvazzjoni biex jibqa’ jehles u jirrikoncilja l-holqien kollu kemm hu. Hu fil-holqien hieles u rikonciljat li jista’ jidher il-wicc ta’ Alla, li ahna nemmnu gie rivelat fil-forma umana tieghu fl-istess Gesù Kristu. Ghalhekk kull meta ahna nilqghu l-istedina biex ningabru mal-mejda, qed nimpenjaw ruhna fid-dixxipulat tieghu u fl-istess missjoni tieghu, qed naghtu xhieda ta’ fidi u tama, fi glieda kontra dawk il-forzi ta’ jasar, ta’ qerda, u ta’ mewt li ghadhom jahkmu lilna, il-holqien, u l-univers kollu. 

Meta nitqarbnu, qed nidhlu b’mod sagramentali fl-istess hajja, mewt u rebha ta’ Gesù; m’ahniex spettaturi, ma nistghux inkunu bhal Pilatu u nahslu jdejna minn kull responsabbiltà, ma nistghux noqghodu nharsu cassi u impotenti quddiem dak li qed jigri, li d-dinja u l-bniedem ghaddej minnu u qed isofri llum. L-ghaqda ma’ Kristu suppost taghmilna haga wahda ma’ dak li qed jghix haddiehor, l-iktar min qed ibati u suppost taghtina ghajnejn godda li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni socjali, mill-kulur, mir-razza, mir-religjon, mis-sess. 
Meta ahna ncedu l-armi u nhossuna bla hila, bla hegga biex nghajjtu kontra l-ingustizzja, kontra dak kollu li hu hazin, kontra dak kollu li fid-dinja u fostna stess ghadu qed igib tbatija zejda, dik hija cahda ta’ fidi fi Kristu. Ghad hawn wisq nies fid-dinja mcahhda mill-hobz, mill-gustizzja u mill-paci. L-Ewkaristija li niccelebraw ahna bhala nsara suppost tohrog izjed fid-dieher dan l-iskandlu li sikwit jahkem anke lill-istess Knisja u l-komunitajiet insara. Il-firdiet bejn l-insara huma skandlu.  Il-mibgheda, l-ghira, il-gudizzji li ahna kultant ingorru go qalbna ghal xulxin anke waqt li telghin nitqarbnu huma skandlu. Dawn l-iskandli sikwit nidraw nghixu bihom u ma jibqghux jaghtuna fastidju. Naccettaw facilment li mhemmx x’taghmel. Hija l-impotenza assoluta tan-nisrani li jkun waqaf fil-Gimgha l-Kbira u m’ghandux tama li se jasal sbieh-il Hadd meta l-blata ta’ mal-qabar tnehhiet u Kristu ma baqax katavru impotenti imma hareg rebbieh. Il-firda bejn dak li niccelebraw kull darba li niehdu sehem fl-ewkaristija u dak li naraw isehh quddiemna u nhalluh ghaddej hija l-ikbar erezija ta’ zmienna.