Is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda jigi ccelebrat diversi drabi fl-isptarijiet.  Illum, l-idea popolari hija li persuna marida li ma tkunx tiflah sew tittiehed l-isptar biex isiriha minn kollox.  Minn naha l-ohra, insibu xi ghaqdiet religjuzi li jzuru lill-morda fid-djar taghhom u jissuggerulhom dan is-Sagrament; huma jsibulhom sacerdot biex jamministralhom dan is-Sagrament f’darhom stess.  Jigri wkoll li mhux l-ewwel darba fit-thejjija ghall-festa tal-parrocca tigi ccelebrata l-quddiesa ghall-morda u x-xjuh, li fiha jigi amministrat lilhom dan is-sagrament.

Il-persuna li tkun sa tircievi s-Sagramaent tad-Dlik tal-Morda ghandha tithejja biex tircievih billi tinghata taghrif siewi dwar it-tifsira tas-sagrament u kif jigi amministrat.  Ghaliex dan is-sagrament, meta jigi amministrat fid-djar jista’ jkun imsieheb mal-qrar, u gie li wkoll isir it-tqarbin f’ghamla ta’ vjatku.

Is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda, huwa rrakomandat li jigi amministrat fil-prezenza tal-qraba u l-hbieb ta’ min ikun sa jircievih, u ta’ dawk li jkunu qed jghinu lill-persuna marida.  Is-sens ta’ dan huwa, li flimkien mal-fidi tas-sacerdot li jkun sa jamministra s-sagrament u tal-fidi tal-persuna marida, tizdied l-intercessjoni tat-talb ta’ dawk li jkunu prezenti.  Ghaldaqstant, hi haga tajba li l-qraba u n-nies ta’ madwar il-persuna marida jkunu pperparati u infurmati huma wkoll dwar dan is-sagrament.  F’kaz li l-persuna tkun marida serjament, is-sacerdot ghandu jissejjah minn qabel biex il-persuna tkun tista’ tithejja sew biex tircievi s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda bil-fidi u d-devozzjoni.

Dawk li jistghu jircievu s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda huma: dawk li ghandhom certa età avvanzata meta tonqos is-sahha, u dawk li jkollhom xi marda li twassal ghall-mewt jew li jkunu waslu biex imutu.  Is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda jista’ jigi amministrat ukoll qabel xi operazzjoni serja; sahansitra meta dak li jkun jintilef minn sensih jew jitlef ir-raguni, ghaliex bhala Nisrani, kieku baqa’ f’sensih, seta’ jitlob dan is-sagrament.  Jekk is-sacerdot, meta jsejhulu, ma jkunx cert jekk il-persuna hijiex mejta, jista’ jamministra dan is-sagrament taht kundizzjoni.

Insibu wkoll, li s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda jista’ jerga’ jigi amministrat jekk il-persuna marida tirkupra mill-marda u mbaghad terga’ timrad, jew jekk waqt iz-zmien ta’ l-istess marda, wara certu zmien, il-persuna tiggrava fil-marda taghha.

Dan kollu ghandu jservina biex nifhmu ahjar is-sens ta’ dan is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda fil-hajja tan-Nisrani.