Il-prattika tal-maghmudija ta’ l-adulti nsibuha sa mill-bidu tal-Knisja. Hija baqghet tipika fir-regjuni missjunarji tal-Knisja. Il-maghmudija tat-tfal zghar bdiet issir problema jew prattika mifruxa biss mat-tieni generazzjoni. Fit-Testment il-Gdid innifsu ma hemm ebda xhieda diretta ghaliha.  Madankollu, it-Testment il-Gdid jitkellem ghadd ta’ drabi dwar il-maghmudija ta’ dar shiha, ta’ familja kollha flimkien mal-qaddejja taghha (Atti 16, 15; 16, 33-34; 18, 8; 1Kor 1,16). Huwa ghalkollox possibbli li f’dawn il-kazi kienu mdahhlin ukoll xi tfal. Fl-istorja tal-Knisja, l-ewwel xhieda esplicita u cara ghall-maghmudija tat-trabi u t-tfal zghar tinstab mit-tieni seklu ’l quddiem. Hu x’inhu l-kaz, il-prattika tal-maghmudija tat-tfal zghar fi hdan il-Knisja, kemm tal-Lvant kif ukoll tal Punent, ilha sa minn zmien li ma fadal ebda tifkira tieghu. Papiet u sinodi differenti, fuq kollox il-Koncilju ta’ Trentu, ikkonfermaw u ddefendew din il-prattika u d-duttrina li hi marbuta maghha.

Fis-seklu taghna qamet diskussjoni gdida dwar il-maghmudija tat-trabi u t-tfal zghar. Bhala wiehed mill-argumenti kontra l-maghmudija tat-trabi u t-tfal zghar, sikwit issir riferenza ghall-qaghda (cirkustanzi) socjali mibdula. Fis-socjetà nisranija u denominazzjonalment uniformi ta’ qabel, l-edukazzjoni religjuza kienet haga li setghet tinkiseb. Imma, fis-socjetà pluralistika u sekularizzata ta’ zmienna, bosta minn dawk li jitghammdu bhala tfal zghar qatt ma jikbru b’mod li jaslu ghal att fidi konxju u personali. Aktar minn hekk, hemm min jara l-maghmudija tat-trabi u t-tfal zghar bhala attakk fuq il-libertà individwali taghhom. Ghal dawn ir-ragunijiet u ohrajn, bosta jixtiequ li l-maghmudija tithalla goal età li fiha wiehed ikun jista’ jiddeciedi ghalih innifsu.

Ghal dawn l-oggezzjonijiet kritici kontra l-prattika tal-Knisja tajjeb jinghad mill-ewwel li l-qaghda socjali jista’ jkollha biss valur indikattiv ghall-Knisja, qatt wiehed li jkun fl-ahhar mill-ahhar normattiv.  U dan ghaliex ghalkemm huwa veru li l-missjoni tal-Knisja trid titwettaq f’kundizzjonijiet socjali specifici, huwa veru wkoll li l-Knisja ma tistax toqghod ghan-normi socjali. Il-Knisja trid torjenta lilha nfisha fuq kollox mill-missjoni tal-Mulej Gesù Kristu. Tajjeb ukoll jinghad li l-idea ta’ edukazzjoni religjozament u ideologikament hielsa m’hija xejn ghajr illuzjoni. Genituri u edukaturi dejjem se jsawwru u jinfluwenzaw mod jew iehor lit-tfal li jkunu qed jikbru, kemm bil-fidi taghhom u kemm bl-indifferenza taghhom, li tkun espressa f’edukazzjoni suppost hielsa u religjozament newtrali. Fl-ahhar mill-ahhar, tajjeb issir il-mistoqsija jekk id-dubji dwar il-maghmudija tat-trabi u t-tfal zghar jinbtux minn gharfien dejjaq ta’ x’inhija l-fidi, gharfien hekk dejjaq li jasalx jara kemm il-fidi hija mwahhla f’hajja mghixha flimkien u ghal xulxin u fil-karattru komunitarju tal-Knisja. Min jargumenta minn att ta’ fidi personali u hieles facilment jista’ jkun qieghed jifhem il-fidi biss bhala hidma tal-bniedem u bhala kisba. U jinsa kemm il-karattru tal-fidi kif ukoll tal-maghmudija bhala don mghoti.

Hsibijiet misluta minn L-Istqarrija tal-Fidi tal-Knisja: Katekizmu ghall-Adulti. Mahrug mill-Konferenza ta’ l-Isqfijiet Germanizi fl-1987.