|
|
|
Wiehed mir-riti ta’ l-ordinazzjoni l-aktar bikrin huwa dak tat-Tradizzjoni Appostolika (215 w.K.) ta’ Sant’Ippolitu. Huwa jaghtina hjiel tac-cerimonja li biha jigu ordnati l-isqfijiet, il-presbiteri u d-djakni. Ghall-ordinazzjoni ta’ l-isqfijiet kienu jingabru f’jum il-Hadd, il-poplu u l-qassisin. L-isqfijiet prezenti kienu jqieghdu idejhom fuq il-kandidat maghzul ghall-episkopat. Ilkoll kienu jitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jinzel fuq min kien sa jigi ordnat. Imbaghad wiehed mill-isqfijiet iqieghed idejh fuq l-ordinand u jghid din it-talba: “Alla u Missier tal-Mulej taghna Gesù Kristu... Sawwab issa l-qawwa li kellha bidu fik, l-Ispirtu Sovran li inti tajt lill-Iben mahbub tieghek Gesù Kristu u li hu ta lill-Appostli, li bnew il-Knisja minflok is-santwarju tieghek.” Fl-ewwel zminijiet tal-Knisja r-rit ta’ l-ordinazzjoni tal-presbiteri kien jikkonsisti fit-tqeghid ta’ l-idejn u fl-invokazzjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu. Madwar is-seklu 10 l-idejn tas-sacerdot bdew jindilku biz-zejt ikkonsagrat. Waqt l-ordinazzjoni l-kandidati bdew jinghataw ukoll il-kalci u l-patena bl-inbid u bl-ostja, bhala simboli tal-funzjoni sagrifikali li huma kellhom jaqdu. Fl-1947 il-Papa Piju XII, meta kienet ghaddejja d-diskussjoni dwar il-materja u l-forma ta’ l-Ordni Sagru, iddekreta li l-materja tad-djakonat, tal-presbiterat u ta’ l-episkopat hija t-tqeghid ta’ l-idejn u dik biss. Fl-1968 il-Papa Pawlu VI ddikkjara li fl-ordinazzjoni tad-djaknu l-materja hija t-tqeghid ta’ l-idejn ta’ l-isqof fuq ras il-kandidat u l-forma dawk il-kelmiet li hemm fit-talba konsagratorja: “Ibghat fuqhom, nitolbuk, Mulej, l-Ispirtu s-Santu biex iqawwihom bis-seba’ doni tal-grazzja tieghu, halli jaqdu bil-fedeltà l-hidma tal-ministeru taghhom.” Fil-kaz tal-presbiteri, waqt li l-materja hija t-tqeghid ta’ l-idejn ta’ l-isqof fuq ras il-kandidat, li jsir fis-skiet, il-kelmiet essenzjali tal-forma huma dawn: “Aghti, nitolbuk, Missier li tista’ kollox, id-dinjità ta’ l-Ordni tal-Presbiteri lil dawn il-qaddejja tieghek; gedded fihom l-Ispirtu tal-qdusija. Aghmel, o Alla, li jilqghu minghandek l-ufficcju tat-tieni grad, jghozzuh u jzommuh ghal dejjem u bl-ezempju ta’ hajjithom idahhlu r-razan fl-imgiba.” Fl-ahharnett, fl-ordinazzjoni ta’ isqof tintuza l-formula li fiha dawn il-kelmiet: “Issa sawwab fuq dan il-qaddej tieghek li int ghazilt dik il-qawwa li tigi minnek, l-Ispirtu ewlieni li int tajt lil Ibnek il-ghaziz Gesù Kristu, u li hu ta bhala don lill-Appostli qaddisa, u dawn kullimkien waqqfu l-Knisja bhala santwarju tieghek ghall-glorja u t-tifhir ta’ ismek ghal dejjem ta’ dejjem.” |
|
|