Meta konna zghar kienu jghallmuna li hemm bzonn hames hwejjeg biex taghmel qrara tajba: (1) trid tahseb dnubietek kollha; (2) tindem minnhom; (3) taghti kelma ’l Alla li ma zzidx; (4) tqerrhom kollha; u (5) taghmel it-tewba (jew il-penitenza) li jaghtik il-konfessur.

Ghalkemm dawn il-hames hwejjeg jibqghu dejjem importanti ghal min jixtieq jaghmel qrara tajba, izda mhux dejjem kienu meqjusa ta’ l-istess importanza.  Ghal hafna minna, li “tqerrhom kollha” kienet il-haga tabilhaqq importanti, u min jaf kemm smajna spjegazzjonijiet ikkumplikati - u xi stejjer tal-biza’ - fuq il-“qrar hazin”.

Fi zmienna, billi qed naghtu aktar importanza lir-rikonciljazzjoni, u qed nifhmu d-dnub aktar bhala l-qalb iebsa minn fejn johorgu l-ghazliet ta’ hajjitna, intbahna kemm hija centrali  l-indiema.

  Biex nifhmu xi tfisser ezatt din il-kelma, tajjeb li ndawru harsitna lejn il-Vangelu, lejn il-laqghat bejn Gesù u l-midinbin.  Ir-rakkonti tal-Vangelu huma mimlija b’laqghat bhal dawn: Gesù u |akkew, Gesù u l-adultera, Gesù u l-midinba li marret tahsillu saqajh bid-dmugh u tidlikhomlu biz-zejt, Gesù u l-halliel it-tajjeb fuq is-salib. Hemm ukoll il-parabboli tal-hniena li nsibu fil-kap 15 ta’ San Luqa, tan-naghga u l-munita mitlufa, u tal-missier hanin li kellu zewg ulied (l-iben il-hali).  Dawn jistghu jservu ta’ l-aqwa mera meta nigu biex nifhmu x’inhu l-qrar u xi jfissru l-indiema u l-mahfra li joffrilna l-Mulej.

Hawnhekk lil Gesù narawh mohhu l-ewwelnett fil-midneb, lest jiddefendih minn dawk li qed jitkazaw bih.  Insista kemm-il darba li huwa gie fid-dinja ghal xejn izjed hlief biex ifittex u jsalva lil dak li kien mitluf, u qatt ma cahad li kien jaghmilha zzejjed mal-midinbin.  Min kien iqis ruhu tant tajjeb li minghalih ma kellux dnub, kien qed jghid li ma ghandux bzonn ta’ Gesù: it-tabib gie ghal min hu marid u mhux ghal min hu b’sahhtu.

Fil-Vangelu naraw lil Gesù jhares ’il quddiem, lejn hajja mgedda bil-mahfra u l-ghajnuna tieghu, u mhux lura lejn id-dnub tal-midneb.  Fl-istess hin huwa jwissi lil min ikun nidem biex joqghod attent u ma jergax, li ma jigrilux aghar.  Fuq is-salib jaghtina l-akbar sorpriza meta jwieghed il-genna lill-halliel it-tajjeb, li nidem fl-ahhar nett ta’ hajja mimlija hazen.

Min-naha taghhom, meta l-midinbin tal-Vangelu jaraw din il-hniena u moghdrija f’Gesù, ikunu jixtiequ jwiegbu ghaliha billi jaghtu kelma li jibdlu hajjithom.  Ma jippruvawx igibu skuzi, lanqas ma jippretendu li l-indiema gejja mill-isforzi taghhom, imma biss minn qalb semplici li taf taccetta l-imhabba tal-ghageb ta’ Alla. Huma wkoll iharsu ’l quddiem lejn hajja mgedda u ma jibqghux imwahhlin mal-hajja ta’ qabel u ma’ l-izbalji taghhom.

Jiena cert li jekk inharsu mill-qrib u fit-tul lejn dawn il-laqghat bejn Gesù u l-midinba fir-rakkonti tal-Vangelu, il-kwalita’ tal-qrar taghna titjieb, u dan ihalli hafna aktar effett fina.