Il-penitenza hija l-ahhar parti tas-sagrament tal-qrar, u hija dik il-parti li garrbet l-akbar tibdil matul l-istorja.

Fl-ewwel hafna sekli tal-Knisja il-penitenza li kienet tinghata kienet tkun skond il-gravita' tad-dnub li wiehed ikun ghamel, u minhabba li kienu zminijiet horox il-penitenza kienet tkun harxa wkoll. Kienu jinghataw penitenzi ta' sawm iebes, pellegrinaggi twal,  hin twil ta' talb, astinenza mis-sess fis-zwieg, u kwazi dejjem ghal zmien twil, ghal snin shah. Penitenzi daqshekk horox, li wiehed kien jghaddi tista' tghid hajtu kollha biex jiskuntahom, spiccaw biex gerrxu hafna nies mill-qrar. Kien minn hemm li nibtu l-indulgenzi, ghaliex bihom dak li jkun kien jghid talba jew jaghmel azzjoni tajba, u tinhafirlu bicca mill-penitenza, jew, fil-kas ta' l-indulgenza plenarja, kienet tinhafer il-penitenza kollha.

Fi zmienna tista' tghid li ghalina l-penitenza saret tfisser talba, aktar zghira milli kbira, li nghiduha malajr wara l-qrara. Tghid minn estrem morna ghal iehor?  Imma bil-mod il-mod jidher li qed jinbidel il-mod kif nifhmu l-penitenza, ghax m'ghadniex narawha bhala l-'kastig' ghall-izbalji taghna.

Hija trid tkun hafna aktar is-sinjal ta' kemm nixtiequ tassew nibdlu hajjitna, u ta' kemm hija sinciera r-rikonciljazzjoni taghna ma' l-ohrajn. Hafna awturi moderni jahsbu li att konkret ta' mhabba jkun ifisser hafna aktar minn semplici talba.  L-ahjar penitenza tkun dik li turi x-xewqa li tirranga dak li d-dnub ikun fixkel: taghmel xi att ta' attenzjoni specjali lil min tkun inqastu mill-imhabba, taghti hin jew flus jekk kont egoist, titlob ghal min tghir, u tfahhru.

Hawnhekk il-harsa trid tkun 'il quddiem u mhux lura, lejn dakli ser jigri wara l-qrara milli lejn id-dnub li hallejt warajja.  L-iskop tal-qrar mhux li nizvojta l-ixkora (biex inkun nista' nerka' nimliha), u lanqas biex ikolli "l-permess" nitqarben, imma biex il-mahfra li naqla' tghinni ninbidel minn gewwa. Ghalhekk fi zmienna hawn aktar qassisin li jaghtu penitenza mhux bhala kastig, imma bhala sinjal konkret, li narawh ahna u l-ohrajn, li l-kelma li naghtu li ser nibdlu hajjitna hija vera u qed iggib effetti konkreti fina.