|
|
|
L-effetti psikologici tas-separazzjoni fuq il-membri tal-familja, u l-aktar it-tfal, imorru lilhinn mill-faqar. Hu ferm difficli ghat-tfal li jaccettaw it-telfa ta’ xi hadd mill-genituri specjalment meta fil-familja ma jkunx hemm problemi li jolqtu direttament lilhom bhalma huma l-vjolenza, l-abbandun, il-krudeltà u l-prodigalità. Imma wkoll fejn ikun hemm dawn il-problemi, it-tfal jibqghu jistaqsu: "Ghaliex kellha tigri lili?" Generalment ir-risposta, kif jahsbu huma, tkun li ma kienx jixirqilhom li jkollhom omm jew missier denji, bhat-tfal l-ohra. Il-konsegwenza ta’ dan tkun li jaslu biex jichdu lilhom infushom (rejection) ghaliex jitghabbew bil-htija. Hafna drabi jigri li jmorru lura fl-iskola minhabba f’hekk, per ezempju. Il-problema taffetwahom ukoll socjalment, ghax ihossuhom li qed jigu mwarrbin minn tfal ohra ghax ghandhom xi haga nieqsa f’hajjithom. Mhux rari li dak li jkunu qed ihossu jkun qed jirrifletti r-realtà, ghax veru li jistghu jigu mwarrbin, kif ukoll mghajrin b’din il-haga. Aktar ma tkun tenera l-età, aktar jinhassu l-konsegwenzi psiko-socjali tal-problema. Hu ferm aktar difficli ghat-tfal iz-zghar li jadattaw ruhhom ghas-sitwazzjoni gdida li jkunu sabu ruhhom fiha intortament. Il-kbar jistghu jsibuha aktar facli. Problemi bhal dawn jistghu jkunu l-kawza ta’ problemi socjali ohra bhalma huma d-droga jew id-delikwenza fost iz-zghazagh (Maclean, 1991). Dak li ghidna dwar il-konsegwenzi tas-separazzjoni japplika kollu ghad-divorzju, ghax id-divorzju hu l-ewwelnett separazzjoni, bil-possibilità tat-tieni zwieg. Wiehed jista’ jobsor li meta jkun hemm it-tieni zwieg, u tfal mit-tieni zwieg, il-konsegwenzi li semmejna jaggravaw ruhhom. Digà rajna li r-rimedju tas-separazzjoni jaghti lok li wiehed jirrikorri ghalih, wkoll meta l-krizi taz-zwieg tieghu tkun ta’ natura tranzitorja, ghad-dannu tal-persuni milqutin u ta’ l-istess socjetà. Dan jigri bil-wisq aktar jekk wiehed ikollu f’mohhu li r-rimedju ghall-problema li qed ihabbat wiccu maghha fiz-zwieg tieghu, mhijiex biss is-separazzjoni, imma wkoll il-possibbiltà tat-tieni zwieg. Jigifieri jista’ wiehed isolvi l-problemi matrimonjali tieghu, billi jieqaf u jerga’ jibda mill-gdid. Din il-mentalità, hekk imsejha mentalità divorzista, hi ferm perikoluza ghax thedded l-istess sagralità taz-zwieg li hi fundamentali ghas-socjetà civili. Is-sagralità taz-zwieg tfisser li min-natura tieghu, minhabba l-intimità u l-profondità tar-relazzjoni, iz-zwieg hu wiehed, permaneti, u indissolubbli u li dan ghandu jigi rrispettat u mhares minn kulhadd. Kull socjetà civili u demokratika tghozz fil-principju s-sagralità taz-zwieg. Anki fejn d-divorzju hu legalizzat, iz-zwieg isir bil-weghda li l-mizzewgin ikunu fidili ghal xulxin sakemm il-mewt tifred lill-partijiet. Ir-rimedju tas-seprazzajoni bil-possibbiltà ta’ zwieg iehor, fil-principju ma tmurx kontra din il-weghda, imma hu sempliciment rimedju ghal realta’ li giet iddikjarata falluta. Dan japplika l-aktar ghall-fault divorce, imma wkoll ghan-non fault divorce, ghalkemm ma jidholx fil-mertu tal-kaw\a tal-falliment, xorta z-zwieg jigi ddikjarat fallut qabel jinghata d-divorzju. Mela d-divorzju, fil-principju ma jmurx kontra s-sagralità taz-zwieg, ghax huwa rimedju civili ghal \wieg fallut. Imma fil-prattika d-divorzju qed jhedded din is-sagralità taz-zwieg, hekk mehtiega fis-socjetà. |
|
|