IL-PARROCCA TAX-XAHAR


Knisja Parrokkjali ta’ Sidtna Marija tal-Karmnu, Fleur-de-lys


Il-Patrijiet Karmelitani li sa mill-bidu tas-sena 1918 kienu qed jiehdu hsieb il-parrocca ta’ Santa Venera, hasbu li jibnu knisja ohra fi Triq Fleur-de-lys, Birkirkara, zona qrib hafna tal-parrocca ta’ Santa Venera, biex jintlahqu ahjar in-nies li kienu joqoghdu f’dawk l-inhawi. Il-knisja, iddedikata lil Sidtna Marija tal-Karmu, saret parrocca fl-1975. Il-kwadru titulari sar fl-1946 mill-pittur Antonio Caruana. Fih il-Madonna tidher bilqieghda bil-Bambin Gesù wieqaf fuq rigilha tax-xellug, tnewwel il-labtu lil San Xmun Stock, General qaddis ta’ l-Ordni Karmelitan.


 

Aktar...
 

IL-QADDIS TAX-XAHAR


San Girgor il-Kbir, Papa u Duttur tal-Knisja


Twieled Ruma fis-sena 540 minn missier nobbli u Santa Silvja. Lahaq prefett ta’ Ruma, izda fis-sena 574 bidel daru f’monasteru Benedittin taht il-harsien ta’ Sant’Andrija. Il-Papa Pelagju II ordnah djaknu u hatru Nunzju f’Kostantinopli fejn baqa’ sas-sena 585. Huwa ntghazel Papa fis-sena 590 u mexxa l-Knisja b’gherf u qdusija mill-aqwa. Kien jiehu hsieb il-foqra u jistedinhom jieklu mieghu. Baghat lill-Benedittin Santu Wistin u erbghin patri lejn l-Ingilterra, fejn saru ghadd kbir ta’ konverzjonijiet. Kiteb il-hajja ta’ San Benedittu u kitbiet fuq l-Iskrittura, il-fidi u l-morali. Filwaqt li ghallem li l-Isqof ta’ Ruma huwa l-Kap tal-Knisja kollha, kien l-ewwel Papa li sejjah lilu nnifsu “Qaddej tal-Qaddejja ta’ Alla”.
Barra milli Kien l-ewwel Papa Benedittin, kien predikatur gharef u restawratur tal-belt ta’ Ruma. Miet ta’ 64 sena fit-12 ta’ Marzu 604. F’Malta wahda mill-parrocci ta’ Tas-Sliema hija mohtara lil dan il-Qaddis, u kull sena nhar l-Erbgha fl-ottava tal-Ghid issir purcissjoni penitenzjali fiz-Zejtun imsejha ta’ San Girgor.
 

Aktar...

 

IL-KTIBA TAX-XAHAR

 

Il-Habbâr u l-Barka ta’ San Frangisk ghad-dar tieghek

Did-darba ahna ta’ Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin qtajnieha li nkellmukom ukoll fuq l-ekologijah Hi kelma li ma tfisser xejn ghajr “harsien tal-holqien”h Inqdejna bil-kelma “holqien” ghax ghandha tifsira aktar wiesgha minn “ambjent” li hawn min jahseb li hu biss dak li jdawwar l-inhawi fejn noqoghdu ahnah L-ekologija hija l-harsien tal-holqien u meta nghidu “holqien” nifhmu “univers”h Mela l-ekologija ma tiddependix biss minni, li ma nhammigx izzejjed, ma narmix bl-addocc, nikkoopera ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiz meta nigi biex nehles mill-imbarazz li jkolli, imma tiddependi minn setghat ohrajn li hafna drabi ahna nhossuna zghar wisq magenhomh Dan id-diskors ahna qed naghmluh bhala Frangiskani, li xrobna mill-ispirtitwalità ta’ San Frangisk ta’ Assisih San Frangisk kien jara prezenti lil Alla fil-qalba tal-holqienh Kull haga mahluqa kellha ghan fil-pjan ta’ Allah U billi ahna lkoll hlejjaq ta’ Alla, ahna lkoll uliedu u lkoll ahwa ta’ xulxinh. Il-Barka ta’ San Frangisk ta’ Assisi li ma’ dan in-numru tal-Habbâr qed noffru lill-qarrejja taghna hija l-kitba awtentika li San Frangisk kien halla lil Fra Ljun li kien wiehed mill-aktar patrijiet qrib tieghu.

 
Aktar...

IKONA TAX-XAHAR

 

Aktar...

 
 

TAGHRIF LITURGIKU

 

Aktar...

 

Home Page

 

ktieb tax-xahar - liturgija tax-xahar - parrocca tax-xahar
qaddis tax-xahar - ikona tax-xahar
 

Il-kitbiet u l-artikli li jinsabu f'din il-website mhux qed jinkitbu bil-karattri Maltin biex kulhadd ikun jista' jaqrahom bil-font standard tas-sistema tieghu.

 


e-mail


Copyright © CAK Malta 2008