|
|
|
|
|
It-Thabbira tal-Mulej
|
|
Din
l-ikona hafna drabi nittimbrawha bhala wahda Marjana, izda hija
meqjusa bhala wahda mill-festi tal-Mulej. Hija tiftah il-bieb
ghall-festi l-ohra, li kollha huma marbuta ma’ dan il-waqt tat-tnissil
tal-Iben ta’ Alla fil-guf safi ta’ Marija. Il-personag gi
principali huma tnejn: l-Arkanglu Gabrijiel, u Omm Alla Marija. Ix-xena
hija bbazata fuq ir-rakkont li nsibu fil-Vangelu ta’ San Luqa (1:
26-38). L-ilbies ta’ Gabrijel huwa abjad, il-lewn tad-dawl u tal-glorja
divina, lewn li jirrifletti d-dija li tghammex tad-dawl glorjuz ta’
Alla. Il-faxxa kahla fuq il-komma tkompli tfisser li l-missjoni tieghu
hija wahda gejja mis-Sema. F’idu tax-xellug Gabrijel qieghed izomm
bastun, simbolu tal-pellegrin u tal-awtorità moghtija lilu minn Alla.
Bl-id l-ohra Gabrijel juri gest ta’ barka. Marija min-naha l-ohra
narawha bilqieghda aktarx mahsuda fuq tron fuq imhadda hamra u b’saqajha
jserrhu fuq banketta. Jidher li d-dar ta’ Marija hija fl-istess waqt
it-tempju li kellu jilqa’ fih lil
dak li s-saltna tieghu ma jkollhiex tmiem. L-ilbies ta’
Marija huwa lbies irjali: kulur blu skur jew vjola, il-mantell ahmar
jaghti fil-kannella, il-burduri minn lewn id-deheb, u z-zarbun huwa
ahmar, kollha jixhdu li l-Vergni Marija hija mlibbsa bl-ilbies ta’
Sultana, Omm is-Sultan tas-Slaten.
|
|
|
|
It-Twelid ta' Sidna Gesù
Kristu
L-ikona tat-twelid ta’ Kristu ggibilna quddiemna b’mod car u semplici
r-rakkont tal-Vangelu, filwaqt li taghnih b’xi partikularitajiet mehudin
minn ghejjun ohra, marbutin ma’ tradizzjonijiet lokali jew mal-vangeli
apokrifi.
F’nofs l-ikona naraw l-gholja mqaddsa. Din qed tghaqqad is-sema ma’ l-art,
filwaqt li tirrapprezenta lil Kristu. Fit-tokk ta’ l-ikona hemm l-ghar,
xaqq fil-blat li jibqa’ diehel fil-gewwieni tal-gholja. Narawh qisu
daghbien iswed. Fuq naha he mm il-grotta, imma fuq l-ohra hemm id-dahla
ghal Qiegh l-Art. It-twelid huwa tahbira tal-passjoni, il-mewt u
l-qawmien. Il-Bambin qieghed f’maxtura – li izda tixbah lil qabar – u
jinsab imfisqi – haga li tfakkarna fil-kefen li fih kien imkeffen Gesù
fil-qabar. Il-fisqija hija s-sinjal li l-anglu ta lir-rghajja biex jaghrfu
lill-Messija.
Izda din hi wkoll simbolu tal-faxex li n-nisa, Pietru
u Gwanni sabu fil-qabar vojt. Issa tidher cara tifsira tal-ghar. F’dan
naraw Qiegh l-Art li jinfetah biex fih jilqa’ l-bnedmin fil-jasar.
Il-Bambin izda ma jmurx f’art il-mejtin biex jibqa’ hemm, imma biex jerga’
jirbah gens il-bnedmin.
Mis-sema naraw merzuq dawl niezel fuq it-Tarbija u f’nofsu naraw kewkba.
Il-Madonna tinsab fuq genb tal-gholja. Tinsab bilqieghda fuq tapit ahmar
b’hajt tad-deheb, li jdawwarha bis-sebh. Ghandha fuqha mant tal-porpra, li
juri li hi regina, u tinsab liebsa tonka blu, li turi li hajjitha messha
Alla.
Fil-mant, fuq gbinha u fuq
spallejha, naraw tliet stilel. Dawn
huma sinjal tal-qdusija gejja mit-Trinità.
Marija hi
vergni qabel it-twelid, fit-twelid u wara t-twelid. Dejjem vergni
fl-ispirtu, fir-ruh u fil-gisem.
Fuq in-naha tax-xellug tal-parti tan-nofs, hemm il-Magi li marru biex
iqimu lil Gesù. Huma mxew wara l-kewkba, li digà rajnieha fid-dawl li gej
mis-sema.
Fin-naha ta’ fuq ta’ l-ikona, lejn ix-xellug naraw l-angli quddiem
il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni li qieghed isehh; lejn il-lemin naraw
l-anglu jhabbar lir-rghajja. Dawn jirrapprezentaw il-poplu li kien miexi
fid-dlam, imma issa d-dawl fegg fuqu. Ir-rghajja nfushom isiru habbara.
Ir-ragel liebes il-glud (in-naha t-isfel fuq il-lemin) jirrapprezenta
l-bniedem wara d-dnub.
Fin-naha t’isfel fuq ix-xellug hemm San Guzepp. M’huwiex qieghed ma’
Marija biex juri li hu ma kellux x’jaqsam mat-twelid ta’ Gesù. Jinsab
bilqieghda mhasseb. Qieghed jghix id-dramm tal-misteru li jrid ihabbat
wiccu mieghu. Dan id-dubju jidher aktar haj bil-prezenza tar-raghaj
mistrieh fuq ghaslug quddiemu. Skond it-tradizzjoni dan huwa Tirsu, li hu
simbolu tal-paganizmu u r-razzjonalizmu. Dan jirraprezenta lil dawk li
hadu l-ahbar, izda baqghu mohhhom fil-hsibijiet tad-dinja u
tar-ragunamenti taghha. B’hekk fihom il-Kelma ta’ Alla ma taghmilx frott.
L-ghaslug jurina r-ragunament uman li bhal dak l-ghaslug ma jtellax
frieghi. Hekk ukoll xih ma jnissilx u vergni ma tilidx...
Qrib San
Guzepp hemm arbuxxell. Dan ifakkarna fil-kelma ta’ Isaija (11: 1): “Ghad
tohrog fergha miz-zokk ta’ Gesse, ghad tinbet rimja minn gheruqu.” Hija
t-twegiba ghad-dubji li narawhom irraprezentati fir-raghaj. |
|
|
|
|
L-Ikona tal-Maghmudija tal-Mulej
|
|
F’din
l-ikona ta’ skola Griega tas-seklu 14 li qieghda quddiemna, fil-parti
wieqfa u
centrali ta’ l-ikona, bejn iz-zewg flieli ta’ muntanji jidhru
b’mod simboliku dak li qrajna fir-rakkont tat-tliet Persuni. Il-Missier,
li jghammar fis-smewwiet jidher fil-parti gejja fit-tond ta’ lewn blu,
in-naha ta’ fuqnett ta’ l-ikona.
“Is-smewwiet infethu”,
dan jidher fir-ragg ta’ dawl blu li niezel jifred l-isfond dehbi. F’nofs
ir-ragg jidher l-Ispirtu s-Santu f’cirku tond ckejken niezel fuq Gesù li
“ra l-ispirtu ta’ Alla niezel qisu hamiema u gej ghal fuqu”.
Il-figura ta’ Kristu tiddomina l-parti centrali ta’ l-ikona. Fl-isfond
tieghu hemm bhallikieku ghar ta’ ilma. Huwa l-mod kif l-ikonografu juri
li Gesù qieghed mghaddas u mdawwar bl-ilma tal-Gordan. L-ghera ta’
Kristu juri spiritwalment il-kenosis, kif Gesù tnezza’
kompletament u cekken lilu nnifsu. Fl-ikona naraw il-prezenza ta’
l-angli. Fil-verità fil-Vangelu l-angli ma jissemmewx fil-Maghmudija
fil-Gordan. Jissemmew, izda, fit-tigrib ta’ Gesù fid-dezert. Fl-ikona
l-angli huma hemm bhala qaddejja. Ninnutaw li ghandhom idejhom
mghottija. L-ikonografi kull darba li jkunu jridu juru sens ta’ rispett
fl-ikoni taghhom dejjem igibu l-idejn tal-personaggi mghottija kif
jidhru f’din l-ikona u f’ohrajn. F’naha hemm il-figura ta’ Gwanni
l-Ghammied li jidher inklinat f’atteggament ta’ umiltà. Fl-ilma jidhru
ukoll xi hutiet li huma simbolu tal-hajja l-gdida ta’ fekondità fi
Kristu. Fl-ewwel ikonografija l-huta, ichthyus, kienet simbolu
ta’ Kristu nnifsu. |
|
|
|
Il-Familja Mqaddsa
Fl-ikona
naraw il-Familja Mqaddsa ta’ Gesù, Marija u Guzeppi. Dawn it-tnejn
narawhom f’atteggament helu ta’ rabta intima, u flimkien qeghdin izommu
lil Gesù, li qieghed ibierek. L-ghamla ta’ l-ikona tfakkarna f’lewza jew
bajda, simboli ta’ l-eternità.
Guzeppi liebes ilbies blu, li juri l-misteru divin li qed jiehu sehem fih.
Bi drieghu qieghed ihaddan lil Marija, filwaqt li jghaqqad
il-kompozizzjoni u jwahhad il-grupp ta’ personaggi fl-ikona. Wiccu jinsab
mistrieh fuq ras Marija. Din liebsa libsa blu, izda fuqha ghandha mant
ahmar porpra li juri li hi ghandha dinjità ta’ sultana. Il-mant ghandu
orlatura tad-deheb, u fuq gbin il-Madonna (li ma jidhirx) u fuq spallejha
hemm tliet stilel, sinjal tal-qdusija taghha gejja mit-Trinità. Marija
hija vergni qabel it-twelid, fit-twelid u wara t-twelid; hi dejjem vergni
fl-ispirtu, fir-ruh u fil-gisem.
Il-Bambin jinsab liebes ilbies irjali: tonka b’orlatura
mkewkba u mant tad-deheb. Idu l-leminija ghandha s-swaba’ jiffurmaw zewg
numri: tlieta (it-Trinità) u tnejn (iz-zewg naturi ta’ Gesù: dik divina u
dik umana). Fuq id-djadema tieghu hemm miktub “o on” = “Dak li hu."
|
|
It-Tinità
Qaddisa
|
|
Din
l-ikona tfakkarna fl-ikona l-ohra tat-Trinità ta’ Andrej Rublëv
(1360/70-1430) li tinsab fil-katrdral ta’ Zagorsk. In-naha ta’ fuqnett
hemm miktub bir-Russu “Sviataia Troiza”: it-Trinità Qaddisa. Ix-xbieha
taghmel referenza ghat-test Bibbliku ta’ Genesi 18, li jirrakonta
d-dehra tat-tliet angli lil Abraham
u
l-mod kif dan laqaghhom u dar bihom. Rublëv jipprezenta t-tliet
personaggi wahedhom, u issa sirna naghrfu fihom it-Tliet Persuni
tat-Trinità. Ghalhekk nistghu mill-ewwel ninnutaw ix-xebh ta’ wicchom.
It-tliet personaggi, bilqieghda fuq tliet tronijiet biex juru li huma
mifrudin mill-art, jinsabu madwar mejda. Qeghdin f’nofs cirku miftuh
lejn min ihares lejn l-ikona. Huma libsin tonka u mantar, li lwienhom
ifissru r-realtà taghhom. F’idejhom ghandhom hatar (dan, imbaghad
ix-xettru, kien ifisser is-setgha tal-personagg, id-dinjità u l-awtorità
tieghu). Hu l-istess hatar li jkollhom f’idejhom l-imghallmin il-kbar u
l-imhallfin. Il-personagg tal-lemin ta’ min ihares huwa l-Missier.
Il-post fejn qieghed, kif jifhmuh l-orjentali, huwa l-post ta’ l-unur, u
juri l-importanza tieghu. Minnu jibda kull ghemil u lejh kollox jinsab
migbud (iz-zewg personaggi l-ohra, is-sigra, il-muntanja). Liebes tonka
celesti li turi d-divinità, u mantar roza fil-lelà, li minnu jidher
ic-celesti tat-tonka (din il-haga li tidher u fl-istess hin tibqa’
mohbija, turi li l-personagg ma nistghux naghrfuh). Id-dar ta’ warajh
tfakkarna fil-ghamara li bena l-Gherf u li lejha jsejjah lil kulhadd
(Prov 9: 1-6). Fin-nofs hemm l-Iben. It-tonka hamra turi l-umanità
(l-Inkarnazzjoni) u r-regalità tieghu; l-istola niezla mill-ispalla turi
s-sacerdozju tieghu. Il-mant celesti juri li hu Alla. L-ilbies kemm kemm
imharrek juri li kellu jaqdi missjoni. Warajh hemm sigra, simbolu
tal-fidwa: “Ghad tohrog fergha miz-zokk ta’ Gesse, ghad tinbet rimja
minn gheruqu” (Is 11: 1). Fuq il-lemin hemm l-Ispirtu s-Santu. Liebes
tonka celesti (id-divinità) u mantar ahdar, li juri t-tama u l-hidma
tieghu fil-gejjieni. Fuq il-mejda, f’nofs l-ikona, hemm kalci bil-haruf
tas-sagrificcju fih. Dan ifakkarna fis-sagrificcju tal-haruf, ta’
Kristu, ghas-salvazzjoni tad-dinja. Izda jekk inharsu b’dehwa akbar,
nintebhu li hemm kalci iehor, iffurmat mill-personaggi meta jitqieghdu
f’cirku. Huma joffru ruhhom bhala kalci li jitma’ u jisqi. It-tliet
personaggi mqeghdin f’cirku, ihallu l-ispazju ta’ quddiem miftuh. Min
ihares lejn l-ikona huwa mistieden jiehu postu mat-Trinità, biex
mat-Tliet Persuni jaqsam mhux biss l-ikel, imma wkoll it-thassib
taghhom fuq il-bniedem.
|
|
|
|
L-Ahhar Ikla tal-Mulej
|
|
F’din
l-ikona naraw rapprezentazzjoni ta’ l-Ahhar Cena ta’ Gesù ma’
l-Appostli. Gesù jinsab fin-nofs bid-dijadema madwar rasu li fiha salib
u l-kit ba
O On (li huma t-tliet ittri Griegi omikron, omega u ni)
= Dak li hu (jew ukoll: Dak li jien). Dan huwa l-isem qaddis ta’ Alla li
JHWH qalu lil Mosè u li Gesù fl-ahhar cena jaghtih lilu nnifsu. Naraw li
Gesù hu liebes tonka ta’ lewn ahmar daghmieni, bi strixxa tad-deheb
niezla minn spalltu l-leminija. L-ahmar daghmieni jew porpra hu simbolu
ta’ regalità u l-istrixxa turi li Kristu huwa qassis ghas-salvazzjoni
tal-bniedem. L-ahmar porpra huwa wkoll il-gisem, id-demm, li Gesù
qieghed jghatti bil-mantar izraq tad-divinità, billi hu veru Alla u veru
bniedem. Madwar Gesù hemm l-Appostli bilqieghda fuq il-banketti. Hadd
minnhom ma ghandu dijadema (kienu ghadhom ma nfdewx). Gesù kien ghadu
kif qalilhom li wiehed minnhom kien sa jittradih. Id-dixxipli qed iharsu
lejn xulxin, u jidhru mbezzghin, dubbjuzi u mhawdin. Min kien sa
jittradixxi lil Kristu? L-uniku wiehed li jidher li mhux qed jaghti kas
huwa Guda, mohhu fl-ikel ta’ fuq il-mejda. L-oppost tieghu hu Gwanni,
id-dixxiplu l-mahbub, li narawh ibaxxi rasu bhallikieku jrid jikxef dan
is-sigriet tal-biza’. Wicc Guda ma ghandux linjamenti partikulari: kif
tista’ taghraf minn barra l-fedeltà u t-tradiment? B’hekk it-tradiment
jidher li hu qerq ferm aghar, ghax jinheba wara t-taparsi fedeltà. Wicc
Guda huwa bhal ta’ l-ohrajn. Fl-isfond naraw bini gholi. Dan irid juri
li kulma qed jigri qed isir fil-ghorfa jew fil-kamra ta’ fuq. F’nofs
il-mejda hemm kalci b’huta go fih. Il-huta turi ’l Gesù. Bil-Grieg
“huta” jghidulha icthus – kelma li tifforma l-inizjali tal-frazi:
Iesus Cristòs Theu uiòs sotèr = Gesù Kristu Iben ta’ Alla
Salvatur. Fuq il-mejda, quddiem kull wiehed, naraw hobza. Hemm aktar
hobz, u fuq quddiem qoffa b’aktar hobz. Hemm imbaghad erba’ kalcijiet li
jintuzaw fic-cena tal-Ghid Lhudi. Fin-naha t’isfel fuq il-lemin hemm
buqar: jista’ jkun li dan hu ghall-hasil ritwali, jew ukoll dan jista’
jkun il-buqar li nqeda bih Gesù fil-hasil tar-riglejn. Naraw ukoll
il-kitba: O misticos deipnos = ic-cena mistika.
|
|
Il-Qawmien tal-Mulej |
|
L-ikona xxandar b’qawwa kbira: “Kristu qam mill-imwiet!” Fin-nofs naraw
lil Kristu liebes libsa bejn imdiehba u bajda; din turi d-divinità u
r-regalità tieghu. Id-dijadema ta’ madwar rasu tfakkarna fis-salib u
fuqha ghandha miktub “O On” (Dak li hu). F’riglejn Kristu naraw
qiegh l-art jixbah ghar iswed li bela’ kollox fih.
Imxerrdin ’l
hawn u ’l hinn naraw imsiemer, boltijiet tal-hadid u ktajj en.
Gesù
jiftah bibien il-mewt. U mill-oqbra bla ghotjien johorgu Adam, fuq
ix-xellug, u Eva, fuq il-lemin. Hu Gesù li harighom barra b’qawwa. Eva
liebsa l-ahmar ghaliex hija omm il-hajjin. B’idu l-leminija Gesù qieghed
jerfa’ lil Adam biex johorgu mill-qabar. Wicc Adam narawh mitluf u
mistaghgeb. Hu jhares lejn Kristu bil-ghogba, u milqut bid-dija tieghu,
jurih b’idu l-leminija b’sinjal li qieghed jilqa’ s-salvazzjoni.
Eva, li
Gesù qieghed jgholliha b’idu l-leminija, ghandha harsa mhawda u
mbezzgha; lanqas biss tazzarda tgholli ghajnejha lejn Kristu, u filwaqt
li tibqa’ gharkobbtejha, b’sinjal ta’ qima zzomm idha x-xellugija
mohbija. Adam u Eva jtawlu idejhom lejn Gesù biex iqumu mill-oqbra
taghhom, ghax huma lis-Salvatur ma gharfuhx, imma hu Kristu li
jerfaghhom bil-qawwa mill-polzi. Fuq spalltu l-leminija naraw stola
sacerdotali mizbugha bid-deheb. Hija s-sinjal tal-missjoni rebbieha ta’
Kristu sacerdot, li ta lilu nnifsu ghall-fidwa tad-dinja u qam
mill-mewt.
Fuq
il-lemin ta’ Gesù (ix-xellug ta’ min ihares) hemm is-sultan David u ibnu
Salamun, bil-kuruna u mlibbsin ilbies irjali.
Imbaghad
Gwanni l-Ghammied. It-tlieta qed juru ’l Gesù. Fuq ix-xellug ta’ Gesù (il-lemin
ta’ min ihares) hemm uhud mill-profeti: Danjel, Mosè u Isaija.
Fl-isfond
hemm zewg muntanji. Dawn juru l-post fejn jghammar Alla, imma juru wkoll
iz-zewg naturi ta’ Gesù: dik umana u dik divina. L-isfond minn lewn id-deheb
ifakkarna fis-suggett divin li hu ttrattat fl-ikona.
In-naha ta’
fuq hemm miktub: E anastasis = il-qawmien mill-mewt. |
|
|
|
|
|
Ikona Griega: San Pawl
|
|
Lill-Appostlu Pawlu narawh fl-ikona mdawwar bil-ghana kollu li jixraqlu
bhala Appostlu, kif jghid hu stess ghalih innifsu fl-Ittri tieghu:
“Jiena Appostlu ta’ Gesù Kristu.” Jigifieri hu ta’ Kristu, qieghed
f’hidma f’isem Kristu, u ghandu jhabbar lil Kristu. Narawh b’wiçç sielem
u harstu fil-boghod, biex biha jhaddan il-gnus kollha li ghalihom ihossu
mibghut. Narawh b’daqna twila, sinjal ta’ gherf, filwaqt li f’rasu
ghandu biss bezbuza xaghar çkejkna. Dan ifakkarna f’dak li jinghad fl-Atti
ta’ l-Appostli (18:18): “F’Kenkri qata’ xaghru, ghax kellu weghda.”
L-Appostlu liebes tonka hadra u fuqha mantar ahmar. It-tonka turi
l-essenza tal-hajja tal-personagg, il-mantar juri l-missjoni tieghu. L-ahdar
ifisser it-tnissil shih mill-gdid tal-kuxjenza, it-twelid gdid
spiritwali; il-fatt li Pawlu hu l-Appostlu ta’ l-imhabba u tat-twettiq
tal-hajja spiritwali.
* Fi Gwanni 3: 3, Gesù jghid: “Jekk wiehed ma jitwilidx mill-gdid, ma
jistax jara s-Saltna ta’ Alla.” Is-simbolu tat-“twelid mill-gdid” m’hu
xejn hlief l-ahdar, li jfakkarna fin-natura fir-rebbiegha, fis-sigar,
fil-hxejjex u l-ghelieqi jhaddru. L-ahdar huwa wkoll is-sinjal tat-taghlim
Nisrani.
* Gesù, mghobbi bis-salib, jghid lil dawk li kienu mexjin warajh:
“Jekk dan kollu qeghdin jaghmluh liz-zokk meta ghadu ahdar, mela xi jsir
minnu meta jinxef?” (Luqa 23: 31). Iz-zokk ahdar, haj u frisk, jurina l-bniedem
imnissel mill-gdid, imqieghed f’kuntrast maz-zokk niexef, simbolu ta’
min hu mejjet ghall-hajja spiritwali.
* L-ahmar ifakkarna fin-nar, fil-hegga ta’ l-appostolat, fl-imhabba u
l-hegga li jsuquh lejn il-missjoni; izda jfakkarna wkoll fid-demm li hu
xerred ghall-imhabba ta’ Alla.
* F’idejh ghandu l-Ktieb tal-Kelma ta’ Alla. Huwa u jitkellem fuq Gesù,
Pawlu jghid: “Ghalih jien kont maghmul predikatur, appostlu u mghallem”
(2 Timotju 1: 11).
Il-kitba:
Fuq, fin-naha
tax-xellug: o aghios (San)
Fuq, fin-naha tal-lemin: Paulos (Pawlu)
Fin-nofs, in-naha tal-lemin: o apostolos o ethnon (Appostlu tal-gnus;
ara Atti 13: 47: “Jien ghamiltek dawl tal-gnus, biex twassal is-salvazzjoni
sa truf l-art.”)
|
|
|
|
| |
| |
 |
| Copyright © CAK Malta 2010 |