A  B  C  D  E  F  G  H  I  J  K  L  M  N  O  P  Q  R  S  T  U  V  W  X  Y  Z
 
 A


Alla Habib
 

Hemm xewqa ta’ Alla fil-qalb ta’ kull persuna. Din ix-xewqa tnissel tfittxija li hafna drabi tintemm fi djalogu f’livell ta’ hbiberija. Fil-fjur tal-hajja, l-aktar fiz-zmien ta’ l-adoloxxenza u dak taz-zghozija, dan id-djalogu fit-talb, jitlob stil originali u kreattiv kif ukoll personali u komunitarju. Dawn it-talbiet frott ta’ esperjenza ta’ djalogu ma’ Alla sa jghinu lil tant persuni. Nistghu nghidu li dan il-ktejjeb fih talb miz-zghazagh ghaz-zghazagh. Zgur li dan il-kontribut zghir hu frott ix-xewqa fi tfittxija ghal modi godda ta’ talb, tfittxija li nhabbtu wiccna maghha kull meta nghidu: kemm nixtieq naf nitlob!

Don Tonino Lasconi
migjub ghall-Malti minn
Mons. Carmelo Refalo
2007, p. 114,
5.00
 


Alla huwa mhabba
 

Fil-25 ta' Dicembru 2005 il-Papa Benedittu XVI harget l-ewwel enciklika tieghu: Deus Caritas Est, Alla huwa Mhabba. Fl-ahhar ghandna f'idejna din l-enciklika bil-lingwa taghna. Hija enciklika li titkellem fuq l-imhabba, li biha Alla jimliena u li mbaghad ghandha tintwera minna lill-ohrajn. Huwa mezz iehor li r-raghaj taghna l-Papa qed jaghtina f'idejna biex nikbru fil-fidi taghna u fl-imhabba taghna ghal xulxin.

 


ALLA WAHDU
HU BIZZEJJED


Kif jibda jaqra dal-ktieb kull Nisrani ispirat ghall-perfezzjoni, isib ruhu mill-ewwel quddiem ghazla: bejn kollox u kulhadd minn naha wahda u Alla min-naha l-ohra.
Din la hija ghazla semplici bla ma timplika xi decizjoni, u lanqas mhi ghazla semplici biex wiehed jghixha u jipprattikaha. Ghalhekk hija ghazla li toffri sfida! L-isfida ta’ Kristu nnifsu meta qalilna “kunu perfetti bhalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.” Dan il-ktieb jehodna ftit iktar ’il gewwa biex insiru nafu ftit ahjar x’ifisser u x’ghandna nifhmu meta nghidu li “ALLA wahdu hu BIZZEJJED”.

Slawomir Biela
Traduzzjoni ta’: is-Sorijiet Klarissi ta’ San Giljan.
Lumen Christi Publications 2009,
p. 136,  Euro: 5.00c

 
 

Attenti mill-iljun jghajjat ghal ghonq it-triq


Mhux kulhadd huwa kuntent li int tinsab fi vjagg ma’ Gesù. Hemm xi hadd li tassew jghir ghalik. Dan huwa Satana, l-iljun li jghajjat, il-ghadu etern tieghek. Il-problemi ma jistghux jonqsu imma jekk tghixhom ma’ Gesù, inti ssalva. Hija haga ovvja li galadarba thosslim habba ta’ Gesù u l-azzjoni tieghu fik, inti tibda thoss il-bzonn li xxerred il-Bxara t-Tajba f’hajtek. Issa ghandek idea dwar xiex inhu l-ktieb. Jekk trid taghmel vjagg ma’ Gesù, il-ktieb huwa ghalik. Jekk tipprefei tibqa’ fil-wied; erga’ qieghdu fuq l-ixkaffa u sib xi haga ohra biex tghaddi z-zmien biha (mill-Prezentazzjoni).

P. Elija Vella
Religjon u Hajja 2009
p.294
Euro: 9.85
 

 
 B
 

Bellahtni Mulej!
 

KTIEB GDID TA’ PATRI ELIJA VELLA. Alla kapaci jbiddilna, jittrasformana, fuq kollox ibellahna. Kif bellah lil Wistin ta’ Ippona, lil Frangisk ta’ Assisi, lil Gorg Preca ta’ Malta. Dawn, u kull qaddis u qaddisa ohra, iltaqghu mal-Kelma u din bellhithom bl-imhabba profonda li Alla ghandu ghal kull min jintelaq f’hogru, qalbitilhom hajjithom ta’ taht fuq, b’rizultat li skoprew l-iskop veru taghha u l-ferh interjuri li l-ebda ntopp u tentazzjoni, l-ebda tbatija u persekuzzjoni ma setghet ittellifhulhom. Ghal darb’ohra Patri Elija Vella qed joffrilna ktieb iehor biex jghinna niskopru x’qawwa ghandha din il-Kelma ta’ Alla. Kull storja u l-kummenti dwarha juruna kemm Alla taghna hu qribna f’kull sitwazzjoni ta’ hajjitna.

Religjon u Hajja
2008, p. 159,
5.75

 
 C
Caritas in veritate
 

L-imhabba fil-verità – caritas in veritate – hija sfida kbira ghall-Knisja f’dinja li riesqa lejn globalizzazzjoni progressiva bla waqfien. Fi zmienna hemm ir-riskju li l-interdipendenza bejn il-bnedmin u l-popli ma ssibx twegiba fl-interazzjoni etika tal-kuxjenzi u l-intelligenzi, li minnha jista’ johrog bhala rizultat zvilupp tabilhaqq uman. Hu biss bil-karità, imdawla bid-dawl tar-raguni u tal-fidi, li nistghu nilhqu objettivi ta’ zvilupp mghammrin b’siwi aktar uman u li jixraq lill-bniedem.

Religjon u Hajja 2009,
p. 126, Euro 3.00c

 

 

Christian Churches and Reunion.
 

Ghal xi whud fostna l-kelma “ekumenizmu” tinhass stramba. Jafu biss li hemm diversi Knejjes li jemmnu fi Kristu u li dawn ghal xi raguni huma maqtughin ghal rashom. Forsi ghandhom xi taghrif ckejken dwar l-ekumenizmu, izda dan it-taghrif huwa vag. Hemm ohrajn li jixtiequ jkollhom taghrif izjed. Ghadaqstant dan il-ktieb, ippubblikat mill-PEG, jipprezentalhom kull ma jkunu jixtiequ jafu dwar dawn il-Knejjes Insara u dwar l-isforzi ghall-ghaqda. P. Anton Azzopardi, Gizwita, kiteb bl-Ingliz biex jilhaq ukoll mhux biss lil dawk li jhobbu jaqraw bl-Ingliz izda ukoll lill-istess Inglizi li joqoghdu ’l barra mix-xtut taghna. L-awtur ghandu f’mohhu li jilhaq lil dawk il-persuni ta’ certa edukazzjoni u li forsi m’humiex familjari ma’ termini tat-teologija. Ghaldaqstant jikteb bi stil semplici u populari li jappella lil kulhadd. Ghandu f’mohhu wkoll lil dawk kollha li jridu jkunu jafu x’inhu dan l-Ekumenizmu, x’sar s’issa u x’inhuma t-tamiet ghall-gejjieni

Anton Azzopardi S.J.,
PEG 2003,
€10.95


Christian Facts – not fiction
 

Il-Papa Benedittu XVI, fl-omeliji u l-messaggi tieghu jinsisti li llum ma ghandniex nibzghu nitkellmu u nishqu fuq il-verità, b’mod specjali dik religjuza. Tajjeb ghalhekk li wiehed jinsisti fuq certi veritajiet tal-fidi. Dan jaghmlu tajjeb il-Kan. John Ciarlò f’dan il-ktieb. B’mod hafif u mexxej l-awtur jghin lill-qarrej isahhah fih it-twemmin fi Kristu u d-divinità tieghu. Dan il-ktieb huwa rifda ghat-twemmin, mezz ta’ formazzjoni u apologetika ta’ l-elementi essenzjali tal-Kristjanezmu.


Canon John Ciarlo
p. 42
€2.33
 


Con la Passione incisa nel cuore


Bhala thejjija ghac-celebrazzjoni tal-misteru tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Gesù, il-Graphe.it Edizioni qieghda tippubblika l-ktieb Con la passione incisa nel cuore, li fih riflessjonijiet gholja fuq il-
Passjoni Inciza tal-artist famuz Albrecht Dürer. Il-ktieb, miktub mir-Rev. Dr Charlò Camilleri, OCarm. u minn Dr. Giuseppe Schembri Bonaci huwa maqsum f’zewg partijiet. L-ewwel parti hija sensiela ta’ 16 meditazzjoni ispirati mis-16 incizjoni tal-Passjoni ta’ Gesù waqt li t-tieni parti fiha esej kritiku dwar ix-xoghol artistiku ta’ Dürer. Il-ktieb fih ukoll dahla tal-Professur Dun Peter Serracino Inglott. Ghal aktarinformazzjoni iktbu lil: charlocarm@gmail.com jew cemplu: 21344734.

Charlo’ Camilleri
Giuseppe Schembri Bonaci
Graphe.it Edizioni 2009,
p. 120, Euro:10.00
Lingwa: Taljan

 
 
 
 D
 
Dan hu l-Islam. Tahrig ta’ TifsiR


Fil-ktieb gdid tieghu Dan hu l-Islam. Tahrig ta’ Tifsir, P. Edmund Teuma b’oggettività kbira u minghajr ebda sens polemiku, b’carezza liema bhalha jurina min gewwa, x’inhu l-Islam, fejn u kif twieled, x’aspirazzjonijiet profondi ghandu x’valuri jiddefendi u kif zviluppat id-duttrina tieghu. B’Malti mill-isbah u mexxej, b’sens kbir ta’ sintesi li timmira ghall-essenzjal, P. Teuma jizviluppa t-temi tal-Islam fil-kwadru tat-tnissil taghhom fil-Qur’ân. Dan il-ktieb huwa sforz biex wiehed jara l-Islam mhux b’lenti mcajpra imma kif jidher fid-dawl tal-verità tieghu.

Edmund Teuma
DAN HU L-ISLAM
Tahrig ta’ Tifsir
Religjon u Hajja 2009,
p. 215, Euro 7.00c

 


Diffikultajiet fil-Erba' Evangelji


Dan il-ktieb ifittex jaghti twegiba ghal xi mistoqsijiet li jqumu minn testi tqal li jinsabu fl-erba’ Evangelji. Il-ktieb fih tliet taqsimiet. L-ewwel taqsima taghti taghrif generali dwar l-Evangelji. It-tieni taqsima tiehu l-Evangelji ta’ San Mattew bhala bazi ghat-tifsir ta’ diffikultajiet li jinsabu fl-ewwel tliet Evangelji mqabblin ma’ xulxin. It-tielet taqsima twiegeb ghal diffikultajiet li jinsabu biss f’San Mark, jew f’San Luqa, jew f’San Gwann. Ix-xewqa ta’ P. Guido Schembri OFM, bibblista, hija li dan il-ktieb idawwal xi ftit aktar it-taghlim profond u fejjiedi li jinsab fl-erba’ Evangelji.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’  3.14c, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 04. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-ktieb.

 


                                                            Dun Anton

Fl-ewwel taqsima, dan il-ktieb jigbor fih ftit noti bijografici dwar dan is-sacerdot ezemplari li tant hadem ghal pajjizu u ghall-artijiet tal-missjoni. Dun Anton Sciberras li twieled in-Naxxar, izda li hadem sa l-ahhar ta’ hajtu fil-parrocca ta’ San Giljan, kien ukoll habib kbir ta’ l-ilsien Malti. Tieghu ghandna hafna kitbiet li jinkludu poeziji, leggendi, stejjer u rakkonti mill-pajjizi tad-dinja kollha, innijiet u sahansitra cantata. It-tieni taqsima tinkludi gabra ta’ hsibijiet, li kienu jidhru regolarment fil-pubblikazzjoni tal-parrocca ta’ San Giljan, Il-Mixja. Il-hsibijiet jittrattaw kull suggett u jolqtu ’l kulhadd. Huma tezor li hallielna l-imsemmi sacerdot b’wirt spiritwali ghalina lkoll.

Deer Publications 2007
p.280
Prezz:€11.53
 


Dun Anton kitbietu migbura vol 2
 

Dan it-tieni volum jinkludi l-kitbiet kollha ta’ Dun Anton Sciberras dwar San Giljan, il-qaddis, il-parrocca ddedikata lilu, u l-lokalità msemmija ghalih. Jinkludi ghalhekk it-traduzzjoni tieghu tal-Hajja ta’ San Giljan miktuba bil-Franciz minn Gustave Flaubert, barra minn sunetti, poeziji, innijiet u riflessjonijiet ohra. Dwar il-parrocca u l-lokalità hemm minjiera ta’ taghrif dwar persunaggi u avvenimenti li sawruha matul is-snin.

Dan il-ktieb jista’ jinxtara minn Emmaus (CAK, Birkirkara jew Tas-Sliema), Faith Hope and Charity (Ufficcju Missjunarju, il-Belt), Catholic Action Bookshop (l-Istitut Kattolku, il-Furjana), Il-Qarrej Nisrani (Birkirkara) u Preca Library (il-Blata l-Bajda).

Ghall-aktar taghrif iktbu lil: deerandrew@gmail.com

 
 

DUN JOE GALEA. Habb u rebah il-qlub... mhux biss bil-ballun!
 

Bijografija ta’ Dun Joe Galea, sacerdot Ghawdxi mit-Triq tal-Ghajn li qatta’ l-ministeru sacerdotali tieghu jahdem f’Torin, l-Italja. Gibed hafna familji lejn Alla u lejn il-Knisja permezz tal-pedagogija ta’ Don Bosco li hu ghamel tieghu, ghax fehem sew li jekk trid tigbed iz-zghazagh jehtieg tqatta’ l-hin maghhom u ssir wiehed minnhom. U Dun Joe kien jghaddi l-gurnata kollha maghhom; bl-entuzjazmu tieghu ghall-isports nissel fil-qalb ta’ hafna hegga kbira ghal Kristu. Il-ktieb Un Pallone per il paradiso, mahrug fl-Italja s-sena l-ohra, issa hu maqlub ukoll ghall-Malti, bil-hila ta’ Mons. Carmelo Refalo, arcipriet tax-Xaghra, li wkoll kien jaf sew lil Dun Joe. B’din il-bijografija f’idejna, nistghu niskopru izjed is-sbuhija ta’ sacerdozju meghjux fi spirtu ta’ mhabba u generozità, il-hegga u l-karizma ta’ Dun Joe li kienu biss frott l-imhabba tieghu lejn Alla.

Kitba ta’: Don Paolo Gariglio - Traduzzjoni ta’: Mons. Carmelo Refalo
Lumen Christi Publications 2010,
P. 156, Euro: 7.00
 

 
 E
 
Enciklopedija Biblika
 

L-Enciklopedija Biblika li ghandna f’idejna hija tkomplija tad-Dizzjunarju Bibliku li l-awtur ippubblika fl-1996. Fiha nsibu gabra ta’ studji ta’ taghrif mehtieg u siewi biex wiehed jifhem ahjar il-Kotba Mqaddsa u l-kontenut taghhom. Huwa l-frott tal-hidma ta’ diversi awturi, kollha maghrufin ghall-hila taghhom fil-qasam ta’ l-istudji biblici. Barra studju fuq il-Bibbja in generali nsibu studji monografici dwar kull ktieb tal-Bibbja u studji interessanti ohra bhal dawk fuq uzanzi, movimenti, storja, kalendarju, terminologija u ohrajn. Hi wkoll haga li ghandha tifsira specjali dik li l-ktieb gie ddedikat lill-Beatu Gorg Preca, li kien tabilhaqq promutur tal-qari tal-Bibbja f’Malta.

Donat Spiteri OFMCap. (Ed.),
Media Centre 2003,
p.532,
€23.18

 
 F


Fi Gwerra max-xitan

 

Ninsabu fiz-zmien penitenzjali tar-Randan u ktieb interessanti li jigi f’idejna huwa dan ta’ P. Elija Vella, Frangiskan Konventwali u ezorcista. Dan mhux biex noqoghdu nibzghu mix-xitan izda biex nitghallmu aktar kif dan l-ispirtu tal-hazen nistghu nsibuh f’hajjitna u kif neghlbuh. Bl-esperjenza twila tieghu P. Elija jgaghalna nifhmu li l-hin kollu ninsabu fi gwerra max-xitan izda jghidilna wkoll li ahna, jekk ikollna lil Alla maghna l-hin kollu nistghu nirbhu din il-gwerra. Fi zmien ir-Randan dan il-ktieb, li tieghu ghadha kemm harget it-tieni edizzjoni, jista’ jiswielna ta’ ghajnuna kbira.


Fl-aHHar qed narak!

Gwida spiritwali ghal relazzjoni aktar intima ma’ Alla
 

    Dan il-ktejjeb ghandu l-iskop li jiggwida b’mod semplici lil kull persuna f’kull mixja li tkun tinsab fiha lejn relazzjoni aktar intima ma’ Alla. Tajjeb li dan it-tip ta’ qari jkun maghqud mad-dimensjonijiet l-ohra tal-bniedem, jigifieri jrid jimxi id f’id ma’ dik l-ghajnuna li x-xjenza toffrilna. Barra minn hekk, il-kliem spiritwali ma jridx jitqies bhala lingwagg astratt, izda tajjeb li nkunu kapaci niskopru f’dan il-kliem bazi skritturistika, teologika, liturgika u kateketika soda u ortodossa. Dan il-ktejjeb jista’ jintuza fi gruppi fejn ikunu diskussi l-kapitli wiehed wara l-iehor biex jghinuna naghmlu dan il-vjagg gewwieni. Dan il-vjagg ghalhekk jista’ jsir mhux biss fuq livell personali izda anki komunitarju, fi grupp. Alla huwa esperjenza u avventura! Il-vjagg it-tajjeb!

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’ Euro5.00c, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 4611. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-ktieb. Issibuh: EMMAUS, Sliema, Birkirkara... u mill-hwienet religjuzi ewlenin.

 

                                  
                                                                   Flimkien

P. Elija Vella, jinsab ghal darb’ohra f’idejna bi ktieb iehor dwar il-familja. Il-lum qed niccelebraw il-festa tal-Familja Mqaddsa u din tghina biex nieqfu ghal kull tfixkil li nistghu niltaqghu mieghu. F’dan il-ktieb, f’forma ta’ mistoqsija u twegiba, insibu hafna ghajnuna, permezz ta’ l-esperjenzi ta’ haddiehor biex insolvu dawn il-problemi. P. Elija, permezz ta’ ghajnuna spiritwali, psikologika u socjali  jaghti il-valuri Nsara u umani li l-familja l-lum ghandha bzonn.

Religjon u Hajja 2006
p.252
€5.82
ISBN 978-9990947687
 


FOR SERVICE ALONE

Fost diversi inizjattivi li saru biex jitfakkar it-tielet centinarju tas-Seminarju ta’ Malta, Dun Frans Bonnici kiteb l-istorja ta’ din l-istituzzjoni. Huwa l-post fejn tul medda ta’ tliet sekli gew iffurmati s-sarcerdoti li nghataw ghas-servizz pastorali fost il-poplu taghna. L-awtur jistudja l-Vizti Pastorali ta’ l-Isqfijiet ta’ Malta u jifli d-dettalji fejn jissemma s-Seminarju.

Il-ktieb jista’ jinkiseb mis-Seminarju billi tikteb u tibghat cekk ta’ €6.99/Lm 3.00 lis-Seminarju ta’ l-Arcisqof, Triq tal-Virtù, Rabat RBT 09.

 Dun Frans Bonnici

 
 G

Gennintni Mulej


F’dan il-ktieb, P. Elija Vella, b’esperjenza kbira u b’riflessjoni profonda fuq dak kollu li jigri madwarna, jghidilna kemm hija esperjenza “tal-genn” meta tiltaqa’ mal-Mulej u thallih jimliek b’ferh qaddis. Il-kitbiet qosra li fih huma fatti reali, li jiena u int nghaddu minnhom fil-hajja ta’ kuljum. Fatti li jgeghluk titbissem mhux biss ghas-sens umoristiku li bih huma mirquma, daqskemm ikollok tammetti u tghid: “dan hu l-veru genn,” seher li jaf jaghti l-Mulej billi jisraqlek qalbek biex jizvojtahielek mid-dwejjaq, mill-burdati, mill-hemm, mill-mard, mill-wegghat ta’ l-imghoddi u jerga’ jaghtihielek lura mimlija b’ferh qaddis.

P. Elija Vella OFM Conv.,
Religjon u Hajja 2005,
p. 152,
€6.06
 


Gesu l-isbah esperjenza tieghi
 

Dan il-ktieb huwa stedina ghalina lkoll, biex naghrfu aktar mill-qrib lil Kristu, u nimxu warajh. Din hija l-avventura ferm sabiha li jixtieq idahhalna fiha dan il-ktieb, esperjenza mibnija fuq il-Kelma, ix-Xhieda, it-Talb u l-Azzjoni, ta’ kull wiehed u wahda minna. Fl-ewwel parti, il-ktieb jurina l-importanza tal-Kelma ta’ Alla ferm qawwija, li n-Nisrani ghandu jiltaqa’ maghha ta’ kuljum bhala l-ikel u x-xorb tieghu, halli jaghmel l-esperjenza ta’ Kristu. Fit-tieni parti ghandna l-esperjenza personali ta’ sitt qaddisin u mistici: Simeon it-Teologu l-Gdid, Tereza ta’ Lisieux, Frangisku t’Assisi, Tereza t’Avila, Charles de Foucauld u Simone Weil; esperjenzi mill-isbah ta’ Kristu f’toroq differenti tal-hajja, imma li kollha telqu mill-istess bidu: il-Kelma ta’ Alla. Il-ktieb huwa zgur utli hafna ghal dawk kollha li jixtiequ jaghmlu mixja mal-Kelma ta’ Alla ta’ kuljum, u l-meditazzjonijiet li fih huma utli ghall-gruppi ta’ talb u laqghat ta’ kategoriji f’diversi parrocci.

John Wijngaards
traduzzjoni ta’ Carm C. Cachia
p. 176,
Lumen Christi, 2008
6.00
 

                                                     
Gesù ta' Nazaret

Il-ktieb huwa l-ewwel parti ta’ xoghol li ghandu jkun maqsum f’zewg volumi. Ghalissa f’idejna ghandna din l-ewwel taqsima li tistharreg il-hajja pubblika ta’ Kristu mill-maghmudija tieghu fix-xmara Gordan sat-Trasfigurazzjoni. Benedittu XVI, f’dan l-ewwel ktieb tieghu bhala Papa, jghaqqad il-hsieb pastorali mal-perspettiva teologika. Dan jaghmlu ghaliex biex tifhem il-figura ta’ Gesù hemm bzonn li tibda mill-ghaqda li ghandu mal-Missier bhala Ibnu l-Mahbub. Huwa ta’ beneficcju kbir li ghandna dan il-ktieb ta’ fama mondjali f’idejna u b’ilsienna. Permezz tieghu nistghu nsiru nafu aktar lill-Feddej taghna: Gesù ta’ Nazaret.
 

 

Gesù u Pawlu
hajjiet jixxiebhu


Ktieb gdid dwar San Pawl f’kuntrast ma’ Gesù. Murphy-O’Connor O.P. qabbel il-hajja ta’ Gesù ma’ dik ta’ Pawlu u wera aspetti mill-personalitajiet u c-cirkustanzi taghhom li mhux dejjem ircevew l-attenzjoni misthoqqa. Bhala zghazagh huma ghazlu liberament stili ta’ hajja li talbu minnhom ubbidjenza shiha lejn il-Ligi ta’ Mosè. Bhala rizultat huma cahdu kompletament il-Ligi. Fl-ahhar it-tnejn mietu taht idejn ir-Rumani.
Ktieb sabih maqlub ghall-Malti minn P. Marcello Ghirlando OFM.

Religjon u Hajja 2009,
p. 133, €9.25c
Jerome Murphy-O’Connor
Traduzzjoni ta’: P. Marcello Ghirlando OFM
 

Gwanni Pawlu II Beatu
Renzo Sala - p. 16, Euro1.50

Religjon u Hajja harget ktejjeb kollu bil-kulur fuq xi mumenti tal-hajja tal-Papa Gwanni Pawlu II: L-ewwel passi; l-elezzjoni; il-haddiem; is-sacerdot; ir-raghaj; il-harriesa tal-ghodwa; tislima mis-sema.


                           Pariri spirtwali tal-Beatu Papa Gwanni Pawlu II

Migbur minn Carm C. Cachia - p. 56, Euro3.00

Fl-ewwel Hadd ta’ Mejju saret f’Ruma l-beatifikazzjoni tal-Papa Gwanni Pawlu II. Ghal din l-okkazjoni Lumen Christi Publications ghadha kemm harget ktieb tassew sabih dwar il-hajja qaddisa ta’ dan il-Papa kbir u gabra ta’ pariri spirtwali tieghu fuq suggetti differenti, xoghol is-Sur Carmel C. Cachia, ghalliem u Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-iskola Post Sekondarja Sir M.A. Refalo, Victoria Ghawdex.


Gwanni Pawlu II il-bijografija


Il-bijografija tal-Papa Gwanni Pawlu II ta’ Andrea Riccardi. "Biex wiehed jikteb il-grajja ta’ Karol Wojtyła, twila u artikolata, mimlija sew b’fatti rilevanti fuq diversi xenarji, hemm bzonn fuq kollox mhux ta’ "xjenza" (tant arkivji ghadhom lanqas biss fethu), u mhux biss kapacità ta’ interpretazzjoni jew rakkontar, imma wkoll dahla sewwa fil-kultura u l-accenti gewwiena tal-persunagg, kif ukoll gharfien tal-energiji spiritwali minnu moghtija l-hajja. Hassjet ir-responsabbiltà u l-ferh li nikteb dan il-ktieb minhabba l-kobor u s-sinifikat tal-figura ta’ Gwanni Pawlu II. Ma ktibtux biex inhalli monument daqskemm biex nifhem, biex nersaq lejn dan il-persunagg u zmienu u biex nifhem ukoll ftit aktar l-istorja tal-epoka taghna." (Mid-dahla tal-awtur)

 
 
 H
 


Haga wahda fi Kristu
L-Ekumenizmu fil-hajja tan-Nisran
i
 

Fi tmiem is-sena liturgika, bhal kull sena, qed nippubblikaw il-ktieb li jigbor fih il-katekezi li dehret fuq dan il-fuljett matul is-sena shiha. F’idejna ghandna taghrif interessanti hafna dwar il-mixja ‘ekumenika’ tal-Knisja u r-relazzjonijiet bejn id-diversi knejjes. Dan it-taghrif, minn l-id esperta ta’ P. Joseph Ellul, Dumnikan, jista’ jghinna biex insiru nafu aktar lil dawn hutna li lkoll jemmnu fi Kristu imma li ghadhom b’xi mod il-boghod minna.

CAK 2007
p.80
€3.00

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR BILLI TIBGHATA CEKK TA LM1.65 F'DAN L-INDIRIZZ: CAK, TRIQ S.SOMMIER, BIRKIRKARA, BKR4611.

 


Healing and Liberation through Fasting


Dan il-ktieb, fil-bidu tar-randan, igeghelna niskopru l-qawwa tas-sawm li permezz tieghu nirbhu l-gwerra... dik li hafna drabi tkun tinsab f’qalbna u fil-familji taghna. Is-sawm huwa arma qawwija li tirbah il-hazin. Huwa johloq fina dak l-ispazju fejn l-Ispirtu s-Santu jista’ joqghod, u b’hekk insiru strumenti umli f’idejn Alla. Dan il-ktieb jghin lill-qarrej ibiddel il-guranta tas-sawm tieghu f’sagrificcju moghti lil Alla.


 


Henjin Intom


L-awtur jaghmel analizi, b'tant dettalji imma fl-istess hin b'mod semplici, tal-programm ta' Kristu, li bih iwieghed l-aqwa hena u barja lil min jimxi fil-hajja skond it-taghlim tieghu. Kull wahda mill-beatitudnijiet hija mfissra b'vokabolarju bibliku mehud minn firxa kbira ta' testi u referenzi ohra mill-Kotba Mqaddsa. Dan il-ktieb huwa t-tmien wiehed fis-sensiela tal-"katekezi ghall-Kbar" tal-Lumen Christi Publications. Dan il-ktieb li ghandna f'idejna jista' jkun strument utli biex nghixu randan aktar riflessiv.

Patri Donat Spiteri OFMCap,
Lumen Christi Publications 2005, p. 80,
Prezz:
€4.08
 


Henry u Inez Casolani. Koppja maghguna fi Kristu.
Henry and Inez Casolani. A couple moulded in Christ.


Mhux il-qaddisin biss jistghu jaghtuna ezempju sabih ta’ qdusija. Dan il-ktieb jitratta l-koppja mizzewga ta’ Inez u Henry Casolani li mietu ftit ta’ snin ilu li l-hajja taghhom kienet tassew mudell ta’ virtujiet Insara. Permezz ta’ dan il-ktieb hafna aktar Maltin, specjalment koppji li huma mizzewgin, sa jintebhu b’mod aktar car li huma wkoll, xejn anqas minn Insara ohra, huma msejhin ghall-qdusija.                                                  

 
 I 

Il-Bibbja f'idejna

Sabiha immens hija d-deskrizzjoni tal-Kelma ta’ Alla li jaghti l-awtur sagru tal-Ittra lil-Lhud f’4: 12-13: “Il-Kelma ta’ Alla hija hajja u qawwija, taqta’ aktar minn xabla b’zewgt ixfar...” In-Nisrani huwa dak li jipprova jkun dejjem qrib il-Kotba Mqaddsa. Li tkun qrib ifisser taghmel l-almu tieghek biex tifhimhom. Tifhimhom ahjar biex tghix ghad-dawl taghhom u mnebbah mill-Kelma hajja u qawwija ta’ Alla. B’dan l-iskop il-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa f’Malta ghandu l-pjacir joffri din il-pubblikazzjoni biblika gdida biex tassew il-Kelma tkun musbieh ghal riglejna u dawl filmog hdija taghna.

Marcello Ghirlando ofm
p.454
 


Id-Dar tal-Providenza

 

Kulhadd sema’ bid-Dar tal-Providenza u bil-missjoni kbira li l-Knisja f’Malta qed taghmel permezz ta’ din id-dar ghal persuni b’dizabbiltà. L-istorja ta’ din “l-avventura”, kif isejhilna d-direttur attwali taghha Mons. Lawrenz Gatt, ingabret fi ktieb voluminuz u dokumentat minsug minn P. Alexander Bonnici, Frangiskan Konventwal u storiku. Ix-xoghol ta’ l-awtur huwa doppju: il-hajja ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar tal-Providenza u l-istorja ta’ l-istess Dar. Minn kliem l-awtur naraw kemm din id-Dar hija mahbuba mill-poplu Malti: “Jiena u nikteb dan l-innu favur il-hajja, osservajt kemm hi kbira l-imhabba tal-Maltin lejn id-Dar tal-Providenza.”

I
d-Dar tal-Providenza
,
Alexander Bonnici OFMConv.,
Religjon u Hajja 2004,
pp.511

 


                                                      Il-Fidi tieghek fejqitek

Fi tmiem is-sena liturgika, u fi tmiem il-katekezi dwar Kristu Fejjieq ta’ P. Elija Vella OFMConv., qed nippubblikaw il-ktieb li jigbor fih dawn l-artikli sbieh u li jwassal messagg qawwi ghalina llum. Barraminhekk wara kull artiklu P. Elija joffrilna spunti u testi biex bihom nistghu nitolbu l-fejqan lil Alla. Huma pagni li mhux biss jiswew ta’ katekezi imma jiswew ukoll ta’ meditazzjoni u riflessjoni fuq l-imhabba kbira li Alla ghandu ghalina.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’ €3.49, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 04. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-ktieb.
 


Il-Gmiel tal-Fidi Taghna


Il-ktieb Il-Gmiel tal-Fidi Taghna ghandu jkun ktieb ta’ utilità, anki fil-mument storiku li ghaddejja minnu l-Knisja fil-kuntest tas-socjetà li qeghdin nghixu fiha. Fil-ktieb, wiehed ghandu jsib taghlim li juri l-mod kif il-Knisja Kattolika, immexxija mill-Ispirtu s-Santu, tul iz-zmien spjegatilna kif irridu nifhmu dak li hemm fir-Rivelazzjoni u fil-Kelma ta’ Alla. Dan jghinna biex napprezzaw aktar id-don kbir li hija l-Kelma ta’ Alla li biha Alla l-Missier dahhalna fil-Misteri kbar tieghu. F’dinja pluralistika li qeghdin nghixu fiha, fejn nisimghu kull xorta ta’ messaggi, dan huwa necessarju biex inkunu lesti naghzlu mill-messaggi differenti li nisimghu. Jaghtina cans li nqabblu dak li nisimghu ma’ dak li tghallimna u nafu fuq it-taghlim tal-Knisja Kattolika. Jiena nawgura li dan il-ktieb ihalli hafna gid fil-poplu taghna f’dawn il-gzejjer.
(Mill-prezentazzjoni tal-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P., Arcisqof ta’ Malta.)

Hector Scerri
Religjon u Hajja 2010,
p166,
6

 


IL-GWIDA TAL-PELLEGRIN NISRANI
 

Bhala Nsara nistqarru li "ahna pajzani tas-sema" (Fil 3: 20) u ghalhekk m’ahniex ghajr pellegrini f’art barranija. Imma x’sura fiha dil-hajja u x’toffrilna din l-art? Ma’ xiex sa niltaqghu? Fiex nistghu nitfixklu u kif nistghu naslu? Ghandna dil-gabra ta’ diskorsi, tahdidiet, prietki u noti ohrajn dwar il-princiji u l-prattika tal-hajja spiritwali li ghaddielna l-Arcisqof ta’ Westminster, il-Kardinal Basil Hume (1923-1999). Kull pellegrin jehtieg il-gwida li tmexxih biex ma joqghodx jiggerra bla bzonn jew jitlef it-triq. Jehtieg ghalhekk li jitfa’ l-attenzjoni kollha fuq is-sinjali li jmexxuh bla ma jinsa d-destinazzjoni finali. Jibqa’ lok ukoll li jissieheb ma’ ohrajn fl-istess mixja, u mhux minghajr dak l-ghaqal u r-responsabbiltà li jkompli jfittex x’ghandu jaghmel u kif jista’ jimmatura. It-traduzzjoni ghall-Malti hija tas-Sur Carmel C. Cachia li zgur hafna saru familjari mal-istil hafif u l-hila li wera f’xoghlijiet ohra bhal dan. Ta’ min jirrikmandah bhala ktieb eccellenti ghall-meditazzjoni, u bhala rigal sabih ghas-sacerdoti, religjuzi u lajci impenjati fil-katekezi u fl-appostolat.

 


I
l-HABB
AR u l-Barka ta’ San Frangisk ghad-dar tieghek

Did-darba ahna ta’ Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin qtajnieha li nkellmukom ukoll fuq l-ekologijah Hi kelma li ma tfisser xejn ghajr “harsien tal-holqien”h Inqdejna bil-kelma “holqien” ghax ghandha tifsira aktar wiesgha minn “ambjent” li hawn min jahseb li hu biss dak li jdawwar l-inhawi fejn noqoghdu ahnah L-ekologija hija l-harsien tal-holqien u meta nghidu “holqien” nifhmu “univers”h Mela l-ekologija ma tiddependix biss minni, li ma nhammigx izzejjed, ma narmix bl-addocc, nikkoopera ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiz meta nigi biex nehles mill-imbarazz li jkolli, imma tiddependi minn setghat ohrajn li hafna drabi ahna nhossuna zghar wisq magenhomh Dan id-diskors ahna qed naghmluh bhala Frangiskani, li xrobna mill-ispirtitwalità ta’ San Frangisk ta’ Assisih San Frangisk kien jara prezenti lil Alla fil-qalba tal-holqienh Kull haga mahluqa kellha ghan fil-pjan ta’ Allah U billi ahna lkoll hlejjaq ta’ Alla, ahna lkoll uliedu u lkoll ahwa ta’ xulxinh. Il-Barka ta’ San Frangisk ta’ Assisi li ma’ dan in-numru tal-Habbâr qed noffru lill-qarrejja taghna hija l-kitba awtentika li San Frangisk kien halla lil Fra Ljun li kien wiehed mill-aktar patrijiet qrib tieghu.

 


IL-HABBAR TA' SANT'ANTNIN -
(Ottubru - Dicembru 2008)
 

Dis-sena fit-8 ta’ Novembru, l-gharef Frangiskan, il-Beatu Gwann Duns Skotu, jaghlaq seba’ mitt sena mejjet. Ghaldaqstant hsibna li dan il-ghadd ta’ “Il-Habbar ta’ Sant’Antnin” niddedikawh lilu. Dan ghamilnieh ghax hassejna li hi haga xierqa li f’din l-okkazjoni nfakkru lil dan il-ggant tal-gherf li bis-sahha tat-taghlim tieghu l-Knisja Kattolika permezz tal-Bolla Appostolika Ineffabilis Deus tal-Papa Piju IX, fit-8 ta’ Dicembru 1854, waslet biex ixxandar bhala dogma tal-fidi d-duttrina li l-Vergni Marija kienet mehlusa mid-dnub originali sa mill-ewwel waqt tat-tnissil taghha. Gwanni kien bniedem tal-fidi li kien jemmen li kull hliqa tezisti bir-rieda ta’ Alla Wiehed-u-Tlieta li jista’ kollox, li l-kewn tieghu, ghalkemm huwa misteru, qatt ma jista’ jkun kontra r-raguni. Ghall-gherf tieghu dan il-patri filosofu u teologu qala’ tliet titli: Duttur Sottili, Duttur Massimu u Duttur Marjan. Ma’ din il-harga, b’€1 aktar, ktieb fuq il-hajja tal-Beatu Gwann Duns Skotu u keychain sabiha tal-Medalja Mirakuluza.

 


Il-Habbar ta’ Sant’Antnin


Minn Marzu 1981 il-qabar ta’ Sant’Antnin fil-Bazilka ta’ Padova qatt ma rega’ ntmess, izda fit-12 ta’ April 2008, minhabba r-restawr li beda jsir fil-Kappella tal-Arka, inhasset il-htiega li ghal xi zmien it-tebut bil-fdalijiet ta’ Sant’Antnin jingarr lejn il-Kappella ta’ San Gakbu, li tinsab sewwasew quddiem dik tal-Arka. It-tebut tal-ballut baqa’ maghluq, ghax ma kinux sa jsiru indagni xjentifici godda, u ghalhekk is-sigilli tal-1981 ma nqasmux. Imbaghad it-tebut tqieghed f’altar modern tar-rham, biex b’hekk il-fidili setghu jzuruh, kif inhi d-drawwa.
Aktarx li dan l-altar sa jittiehed f’xi knisja ddedikata lil Sant’Antnin biex jintuza bhala altar maggur. Fl-4 ta’ Dicembru 2009 tlestew ix-xoghlijiet ta’ restawr, u fl-ahhar il-Kappella tal-Arka regghet dehret tiddi fil-glorja taghha. Fl-20 ta’ Frar li ghadda, filghaxija, il-gisem ta’ Sant’Antnin rega’ ttiehed fl-Arka fejn dejjem kien jistrieh. Jekk trid taf izjed dwar dan l-avveniment ixtri llum il-kopja tieghek ta’ Il-Habbar ta’ Sant’Antnin jew abbona ghal sena b’7 euro biss.
 


IL-HAJJA LITURGIKA TAN-NISRANI

 

F’dan il-ktieb Mons. Cauchi jorjenta lill-qarrej qabel xejn lejn dak li hu c-centru u l-ghajn tal-hajja tal-komunità Nisranija, li ghandha l-qofol taghha fil-Misteru tal-Ghid. Il-ktieb huwa ghodda prattika u sussidju li jkompli ma’ dak li kien studjat u ppubblikat dwar l-liturgija fid-dokumenti sinodali taz-zewg djocesijiet. Iservi wkoll ta’ gwida ghan-Nisrani li jrid jaghraf ahjar il-liturgija bhala valur ewlieni fil-hajja personali u parrokkjali u biex tinghata l-prijorità mehtiega fost l-attivitajiet l-ohra li jifformaw is-sejha Nisranija. Ma jonqosx li jkun ta’ dawl biex jitwarrab taghlim zbaljat jew superstizzjuz jew li jhawwad haga m’ohra f’dak li ghandu x’jaqsam mal-liturgija.

Mons. Isqof Nikol G. Cauchi
Lumen Christi
pp. 135,
€5.82
 


IL-HAJJA TA' SANT'ANTNIN

Qeghdin fix-xahar ta’ Gunju u l-gimgha li ghaddiet ghadna kemm iccelebrajna t-tifkira ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, l-aktar qaddis popolari tad-dinja! Fl-ahhar ghandna f’idejna l-hajja shiha tal-qaddis tal-mirakli miktuba mill-aqwa espert storiku tal-qaddis, P. Vergilio Gamboso, Frangiskan Konventwal. It-traduzzjoni bil-Malti ta’ P. Edmund Teuma saret bi stil li kull min jaqbad dan il-ktieb f’idejh mhux biss igawdi l-qari mexxej imma wkoll jifhem ahjar lil dan il-qaddis u l-messagg tieghu ghalina llum.




 


Il-Hajja ta' San Frangisk


F’dan il-ktieb, bi kliem semplici u jiftiehem minn kulhadd, qeghdin nipprezentaw fil-qosor il-hajja tal-Patrijarka San Frangisk ta’ Assisi. Kien ilu jinhass il-vojt li issa mtela b’dan il-ktejjeb u kienu bosta dawk in-nies li talbuna nipproducu xi haga ta’ sustanza li tista’ tinqara bil-heffa dwar il-Fqajjar ta’ Assisi.
Il-kittieb huwa P. Giovanni Colasanti OFMConv li indirizza l-kitba tieghu l-aktarnett ghaz-zghazagh. Ahna qlibnieh ghall-Malti u qed inhalluh f’idejn kulhadd kbar u zghar. Il-ktieb jigbor fih ukoll taqsima ta’ “Tifsir ta’ Kliem” li tiftah tieqa fuq il-kultura generali, l-aktar fejn jidhlu kuncetti medjevali, kif ukoll taqsima ohra b’siltiet qosra mill-kitbiet ta’ San Frangisk. 

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR BILLI TIMLA DIN IL-FORMOLA U IBGHATA F'DAN L-INDIRIZZ: CAK, TRIQ S.SOMMIER, BIRKIRKARA, BKR4611.
 


Il-Hniena Divina Gewwa Ruhi
Djalogu Bejn Alla Hanin u r-Ruh

 


Ruh mistika b’messagg ghall-millennju l-gdid. Id-Djarju ta’ Santa Fawstina hareg bil-Malti bit-titlu “Il-Hniena Divina gewwa ruhi”; jigbor fih l-esperjenza profonda ta’ din ir-ruh mistika, u li twasslilna forma godda ta’ devozzjoni lejn il-Hniena Divina. Mieghu wkoll, siltiet mid-Djarju ta’ Santa Fawstina bit-titlu “Djalogu bejn Alla Hanin u r-Ruh”; jinkludi l-Kurunella tal-Hniena Divina, jinsabu fuq CD jew cassette.

 


IL-HNIENA DIVINA, messagg u devozzjoni


L-Appostolat tal-Hniena Divina ilu mill-1987 ixerred id-devozzjoni fost il-Maltin u l-Ghawdxin permezz ta’ adorazzjonijiet f’hafna parrocci u permezz ta’ kotba ta’ talb u devozzjoni. L-Appostolat haseb ukoll, flimkien ma’ Religjon u Hajja, li jerga’ jirrevedi l-ktieb popolari "Il-Hniena Divina. Messagg u Devozzjoni", u llum ghandna f’idejna l-hames edizzjoni tieghu. Ktieb sabih b’qoxra u grafika gdida, jigbor hafna talb u riflessjonijiet ta’ Santa Fawstina u siltiet mid-Djarju taghha.


Edit: Marianne Pace u Religjon u Hajja
2010, p. 112

Euro1.55c


TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’ euro 2.00c, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 4611. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-ktieb. Issibuh:EMMAUS, Sliema, Birkirkara... u mill-hwienet ewlenin.
 

 

Il-patri lebbruz


Din l-istorja hija mehuda mill-biografija tal-Qaddis gdid Patri Damien miktuba mid-direttur tac-cinema John Farrow, missier l-artista u kantanta Mia Farrow. Din kienet ippublikata aktar minn mitt darba u nqrat madwar id-dinja kollha f’aktar minn ghoxrin lingwa. Il-qarrejja l-godda sa jissahhru u jkunu ispirati bil-hidma erojka ta’ dan ir-ragel umli li miet lebbruz wara snin jghix u jahdem fost il-lebbruzi. Ghalkemm il-lebbra m’ghandhiex it-theddida li kienet, qed ikun hemm 700,000 kaz gdid kull sena ta’ nies infettati b’din il-marda kiefra. Il-qligh kollu mill-bejgh ta’ dan il-ktieb imur ghall-Ordni tal-Karità li jghin biex titaffa u anki titfejjaq il-marda kiefra tal-lebbra.

 

 

Il-Kapuccini fil-Kalkara
 

Fl-ahhar snin ta’ hajtu Fr. Joe Grazia, Kapuccin, hadem hafna biex jigbor materjal bizzejjed biex ikun jista’ jinseg l-istorja tal-Kapuccini fil-Kalkara. Dan ghamlu b’imhabba u b’qalb tabilhaqq Kapuccina. Ma lahaqx jara dan il-ktieb mitbugh ghax lahaq miet izda ahna, bhala Provincja, hassejna d-dmir li nistampawh kemm bhala tezor storiku li mhux ta’ min jitilfu, u kemm b’rispett lejn Fr. Joe.
Il-ktieb ifisser ghaliex, kif u meta marru l-Kapuccini fil-Kalkara. Jghid x’ghamlu fil-knisja u fil-kuvent matul is-sekli u x’qeghdin jaghmlu issa. Jaghti tifsir storiku, arkittettoniku, socjali, religjuz u strategiku marbut mal-knisja u l-kunvent imsemmijin.

Pubblikazzjoni ta' l-Ahwa Frangiskani Kappuccini Maltin 2003
pp.288,
€9.32


Isma' Binti
 

Fl-14 ta’ Awwissu, lejlet l-Assunta, kienu jsiru l-visti tas-Seba’ Santmarijiet. Drawwa hekk sabiha li hija hasra li llum kwazi nqatghet ghal kollox minn fostna. Il-Knejjes fejn kienu jsiru dawn il-visti huma dawk is-sitta tradizzjonali: Il-Gudja, Il-Qrendi, l-Imqabba, Hal Ghaxaq, H’Attard u l-Mosta, ghax hemm min jghid li s-seba’ wahda hija l-Knisja Katidrali ta’ Ghawdex. Hemm imbaghad min izomm li s-seba’ wahda hija dik ta’ Had-Dingli. P. Charlò Camilleri, Karmelitan, qed jitilqilna f’idejna mill-gdid din id-drawwa tant sabiha li biha naghtu qima lil Ommna Marija fil-gurnata tat-Tlugh taghha fis-Sema.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’ Euro2.00c, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 4611. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-ktieb. Issibuh: EMMAUS, Sliema, Birkirkara... u mill-hwienet religjuzi ewlenin.
 

 


Is-Sena ta’ l-Ewkaristija.
Erba’ dokumenti pontificji


Fis-sena ta’ l-Ewkaristija, dan huwa l-aqwa strument li wiehed jista’ jkollu f’idejh. Il-ktieb jigbor fih erba’ dokumenti li jittrattaw l-Ewkaristija u li fihom insibu l-ahhar taghlim tal-Papa Gwanni Pawlu II u l-isbah tifkira tieghu. L-ghan tal-ktieb ghalhekk huwa li l-Insara jiddawlu dejjem aktar dwar il-Misteru ta’ l-Ewkaristija u jitheggu biex jikbru fl-imhabba u l-qima taghhom lejn Kristu fis-Sagrament ta’ mhabbtu. Issibuh ghall-bejgh mill-hwienet ewlenin tal-kotba.

                                                                                  Mons. Salv Borg (trad.),
                                                          Lumen Christi Publications, 2005, p.285.
                                                                                                           
€9.20

Is-Sorijiet Gerosolimitani,
il-Knisja u l-Monasteru ta’ Sant’Ursola Valletta

 F’dan il-ktieb P. Gorg Aquilina OFM sehhlu jdomm f’hannieqa mill-isbah s-sensiela ta’ grajjiet il-Monasteru ta’ Sant’Ursola. L-awtur ilu hamsa u ghoxrin sena kappillan ta’ din il-komunità klawstrali u b’hekk qieghed f’pozizzjoni wahdanija biex jara u jifli karti li ricerkaturi ohra ma jarawx kif gieb u lahaq. Jibda bl-isfond storiku ta’ kif il-hajja klawstrali femminili zviluppat f’dawn il-gzejjer – l-ewwel xoghol ta’ din ix-xehta li sar s’issa. Imbaghad niskopru t-twaqqif tal-monasteru u l-grajjiet marbuta mieghu li sehhu tul is-snin. Il-kitba hi holqa ohra li kellha tissawwar fin-nisga tal-grajja Maltija li turina, minn wara l-kwinti, aspett iehor tal-hajja Maltija – il-hajja wara l-hitan gholjin ta’ monasteru klawstrali tas-sorijiet – il-Monasteru ta’ Sant’Ursola.

Aquilina OFM,
PEG 2004,
pp. 336 Illustrat,
€34.94


ITTRA LIR-RUMANI


L-Ittra lir-Rumani miktuba minn San Pawl, fiha taghlim tqil, u ghalhekk jinhass il-bzonn ta’ tifsir ta’ hafna kliem, frazijiet u t-temi differenti, biex wiehed ikun jista’ jifhem is-sens proprju u l-ghan li ghalihom San Pawl kiteb din l-ittra lir-Rumani. U dan hu sewwasew l-iskop ta’ dan il-ktieb bil-kummenti u t-tifsiriet ta’ hafna versi u temi differenti mill-Ittra lir-Rumani. Bit-tifsiriet li tana l-awtur ta’ dan il-ktieb, hu jrid iwassalna biex nifhmu ahjar u aktar fil-fond, il-hsibijiet ta’ San Pawl f’din l-Ittra. L-awtur qieghed joffrilna din l-oppurtunità ta’ tifsir tal-Ittra lir-Rumani, f’gheluq l-1950 sena tal-migja tal-Appostlu Missierna fil-gzejjer taghna fis-sena 60 w.K.

 
 
 
 J


Ktieb fuq San Pawl ghas-sena ddedikata lilu. JGHIX FIJA KRISTU.

San Pawl: il-hajja, l-ittri, il-hsieb u l-imkejjen.

Min kien sewwasew Pawlu? X’kien jahseb fuq in-Nazarenu u fuq id-dixxipli tieghu? X’sehem kellu fil-Knisja li kienet ghadha titwieled? U dak li ghadda minnu – kif jidher l-aktar fil-kitbiet tieghu – jista’ jghid xi haga lilna l-Insara jew mhux Insara, irgiel u nisa tas-seklu XXI li nfittxu l-verità? L-iskop ta’ din il-kitba huwa li nippruvaw inwiegbu dawn il-mistoqsijiet billi noffru t-taghrif baziku u informazzjoni indispensabbli biex nibdew dehlin fid-dinja ta’ Pawlu, l-Appostlu tal-gnus. Dan il-ktieb qed johrog ghad-dawl fil-ftuh tas-Sena Pawlina imnedija mill-Papa Benedittu XVI f’gheluq l-2000 sena mit-twelid tal-Appostlu Missierna. Religjon u Hajja ghal din l-okkazjoni qed toffri flimkien mal-ktieb ikona Griega sabiha ta’ San Pawl.

Awturi: Giuseppe Pulcinelli 
2008
p.120
Prezz: €14.00
ISBN:  978-99909-47-82-3

 


Jien ghext Lourdes


L-E.T. Mons. Fra Pawl Cremona O.P. ipprezenta dan il-ktieb hekk: “L-awtrici kitbet dan il-ktieb dwar Lourdes li jiena sibtu bhala punt ta’ riferiment tajjeb ghal dawk kollha li bi hsiebhom jaghmlu pellegrinagg f’Lourdes. Il-ktieb fih dak li ktieb fuq Lourdes ghandu jkollu: il-hajja ta’ Bernadette Soubirous u r-rakkont tad-dehriet tal-Madonna lil Bernadette, dan kollu hu rrakkuntat bi stil car u sabih li jidher li gej mill-esperjenza, imma fuq kollox, dan il-ktieb juri x-xewqa talawtrici li permezz tieghu tghin biex twassal li l-pellegrinagg f’Lourdes ikun esperjenza ta’ hajja Nisranija.”

 
 

                                                                
Jien Nahfirlek

Dan huwa ktieb fuq is-sagrament tal-penitenza u r-rikonciljazzjoni. Ftit jahsbu li ghandhom bzonn it-taghlim dwar il-qrar u kif wiehed iqerr sewwa. Fil-ktieb hemm dak kollu li wiehed irid ikun jaf dwar dan is-sagrament ibda mit-taghlim tal-Knisja sa kif wiehed ghandu konkretament jaghmel qrara tajba.

Frangiskani Konventwali 2006
p.161
€3.49
ISBN 978-999320109X
  

 


Jiena... Wistin

 

Jiena ...Wistin, hija pubblikazzjoni gdida ta’ Patri Salvinu Caruana, Agostinjan. Il-ktieb huwa l-frott ta’ snin twal ta’ ricerka u kitba dwar il-hajja, il-hidma u l-fehmiet ta’ Santu Wistin Isqof ta’ Ippona u Mghallem Ewlieni tal-Knisja Kattolika. Hija bijografija ewlenija ta’ dan il-Qaddis li tigbor fiha bosta u bosta rqaqat dwar hajtu u hidmietu li s’issa ghadhom qatt ma dehru f’kitbiet ohrajn. Xi siltiet li jgibu r-rakkont tal-Qaddis innifsu jsahhruk f’ghamla ta’ twieqi fuq l-umanità tieghu li tigbdek, ta’ kobor li jsahhrek, u ta’ mera ta’ wirt li halla warajh. Xi hag’ohra li taghmel minn din il-pubblikazzjoni wahda unika huwa l-fatt li Wistin thalla jithaddet hu dwaru nnifsu, u dan bis-sahha ta’ siltiet misluta mill-bosta xoghlijiet tieghu, l-izjed mill-Istqarrijiet.

Il-ktieb jinsab ghall-bejgh mill-Knejjes Agostinjani fil-Belt Valletta (cempel 21249407/99402102), ir-Rabat, Hal Tarxien, Santa Rita (Bay Street) Paceville, Millennium Chapel u Ghawdex, kif ukoll minn Emmaus, Sliema u Birkirkara u mill-Istitut Agostinjan Tal-Pjetà u mill-Librerija tal-MUSEUM.

Provincja Agostinjana Malta,
2008,
p. 327,
15.00
 

 
 
 K


Katekezi Ewkaristija


Ghadna kemm ghalaqna s-sena ddedikata lill-Ewkaristija u ghadna nghixu kull nhar ta’ Hadd ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. Biex nifhmu ahjar is-siwi taghha hrigna dan il-ktieb li jiswa mitqlu deheb ghal min irid jifhem dak li jkun qed isir fis-sagrificcju tal-quddiesa. L-id esperta ta’ P. Anton Farrugia, Frangiskan u liturgista, tghinna naghmlu din l-esperjenza u nduqu tassew kemm hu tajjeb il-Mulej li jaghti lilu nnifsu lilna fis-Sagrament imqaddes.



 


Kelma Tajba Ghal Kuljum
 

Dan hu ktieb li jigbor fih 356 hsieb spiritwali, wiehed ghal kull jum tas-sena. Hu ktieb li jmiss suggetti varji u attwali, kemm religjuzi u kemm socjali. Hu ktieb li jghodd ghal kulhadd, jifhmu kulhadd u bla dubju jiswa ghal kulhadd. Kelma Tajba ghal Kujum, bil-prezz specjali tieghu, fih sensiela ta’ “vitamini” ghall-mohh u l-qalb tal-qarrejja. Kif stqarr Dun Gorg Grima tal-Moviment Missjunarju “Gesù fil-Proxxmu”, dan il-ktieb ghandu l-iskop li juri kemm kelma, zghira kemm hija zghira, qalha min qalha, tiswa ghall-bniedem. Il-kelma hija bhal xarba, jew helwa jew morra, il-kelma hija hajja jew mewt. Dan il-ktieb joffrilek hlewwa u hajja. Kemm tiswa kelma tajba fil-familja tallum! Biex takkwistah, cempel 21556453 lill-Moviment Missjunarju. Jinsab ukoll ghall-bejgh ghand il-librara ewlenin. Il-qligh imur ghall-missjonijiet tal-Brazil u l-Etjopja.

Siltiet minn Lehen is-Sewwa
Moviment Missjunarju “Gesù fil-Proxxmu”,
2003.
pp. 240,


Klara Dawl Fil-Gnien

 

Fil-11 ta' Awwissu niccelebraw il-festa ta' Santa Klara. Ta' min insemmi ghalhekk dan il-ktieb li ghadha kif harget l-Edizzjoni Tau: Klara, dawl fil-gnien ta' Patri Murray Bodo OFM. Dan il-ktieb qed jigi offrut lill-poplu mis-Sorijiet Klarissi fl-okkazjoni tas-750 sena mill-mewt ta' Santa Klara. Hija storja mibnija fuq ir-relazzjoni ta' Klara ma' Frangisku ta' Assisi li l-awtur skoprieha meta mar izur il-postijiet li kienu tant ghal qaln dawn iz-zewg qaddisin. Dan il-ktieb, migjub ghall-Malti minn P.Guzepp Beneditt Xuereb OFM, ghandu jkun ghal kull min jaqrah dawl gdid fit-triq tieghu lejn il-Missier; dawl, hekk kif l-isem ta' Klara jfisser.

Murray Bodo OFM,
Edizzjini Tau 2004,
p.121,
€5.82

Kliem ta'... Fidi, Tama u Mhabba


Kliem ta’ Fidi... Kliem ta’ Tama... Kliem ta’ Mhabba, huma tliet kotba li jigbru fihom ghazla  ta’ talbiet li dehru fuq dan il-fuljett “Jum il-Mulej” matul dawn is-snin li ghaddew. Huma talbiet li gew imqassma skond it-tliet virtuijiet: il-Fidi, it-Tama u l-Imhabba. Talbiet li minhabba s-sbuhija tal-kliem u s-sinifikat taghhom, xtaqna li jkunu f’idejn kulhadd, ghat-talb personali kif ukoll ghat-talb komunitarju.

Issibuh: EMMAUS, Sliema, Birkirkara ... u mill-hwienet religjuzi ewlenin.

TISTA’ TIRCIEVI L-OFFERTA TAT-3 KOTBA D-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’
7.50c, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 4611. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-kotba.
 


Kotba tal-VIA SAGRA
 

Dan il-ktieb fih gabra ta’ riflessjonijiet ta’ San Gorg Preca, b’adattament ghall-Via Sagra, li taghha l-Qaddis kien tant devot. Il-bicca l-kbira ta’ dawn ir-riflessjonijiet jinsabu fil-ktieb li San Gorg innifsu kiteb, u mbaghad ippubblika ghall-ewwel darba fis-sena 1944 bl-isem: “Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani”. Permezz ta’ dawn ir-riflessjonijiet, San Gorg iheggigna biex bhala veri skulari ta’ Gesù Kristu, l-Imghallem divin taghna, nimitawh fl-ezempju li hallielna, u nipprattikaw, bil-ghajnuna divina tieghu, dak li huwa ghallimna, ghall-glorja ta’ Alla u ghas-sahha tal-proxxmu, u ghall-vera paci tar-ruh taghna.

Ghall-istess zmien nissugerixxu wkoll ktieb iehor ta’ riflessjonijiet fuq l-istazzjonijiet tal-passjoni ta’ Kristu:
Il-Via Sagra fi Zminijietna, hsibijiet migbura minn Mary Haber OFS.
 

 
 
 L

L-AHHAR IKLA FIL-LATERAN


Dawn is-27 omelija, ippritkati nhar Hamis ix-Xirka lill-Insara migbura fil-Bazilika ta’ San Gwann Lateran, f’Ruma, huma ghajn ta’ ghajnuna biex fl-Ewkarstija niskopru dejjem aktar ir-rikkezza tal-imhabba ta’ Alla u nghixu dejjem ta’ veri wlied mahbuba tieghu. Mill-Ewkaristija nircievu l-qawwa li tixprunana biex b’hajjitna kollha niccelebraw il-Mysterium fidei. Jalla dan ikun il-mod li bih inharsu t-testment spiritwali ta’ Gwanni Pawlu II li hallielna f’dawn il-pagni. Tkun din ittwe giba taghna ghall-istedina li hu ghamel fl-gheluq tal-Ittra Appostolika Mane Nobiscum Domine li indirizzaha b’mod partikolari liz-zghazagh: “Ghal-laqgha taghkom ma’ Kristu mohbi fl-Ewkaristija, gibu maghkom l-entuzjazmu kollu tal-età taghkom, it-tamiet kollha taghkom, ix-xewqat taghkom ghall-imhabba” (Mane Nobiscum Domine, 30).


TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR. Ibghat cheque jew money order ta’ euro 8.00c, indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR 4611. Tinsiex tinkludi l-indirizz fejn ghandna nibaghtu l-ktieb. Issibuh:EMMAUS, Sliema, Birkirkara... u mill-hwienet ewlenin.
 


L-Appostli u l-Evangelisti


Bizzejjed l-isem ta’ din il-pubblikazzjoni l-gdida minn idejn Mons. Lawrenz Sciberras biex ikollna idea cara mill-bidu x’ghandu x’joffrilna bhala qari. Barra mill-gabra ta’ taghrif mehtieg dwar it-tnax-il Appostlu, inkluz Guda l-Iskarjota u maghhom Mattija, maghzul biex jiehu postu, ghandna wkoll iz-zewg Evangelisti l-ohra, Mark u Luqa. Thalla barra Sawl ta’ Tarsu (San Pawl) ghax dwaru, sa johrog volum iehor separat. Dan il-ktieb huwa ghodda siewja ghax jghinna nkunu midhla ta’ dawk li, bhala “ambaxxaturi” specjali fil-Knisja mwaqqfa minn Kristu, lilhom kien afdat il-qadi fidil tat-tixrid tal-Bxara t-Tajba.

Mons. Lawrenz Sciberras
Lumen Christi 2007

p. 135,
€ 5.24c

 
 

L-APPOSTLU TAL-GNUS - San Pawl fil-hajja tan-nisrani

Fi tmiem is-sena liturgika, bhal kull sena, qed nippubblikaw il-ktieb li jigbor fih il-katekezi li dehret fuq dan il-fuljett matul is-sena shiha. F’idejna ghandna taghrif interessanti hafna dwar San Pwal u l-Ittri tieghu. Dan it-taghrif, minn l-id esperta ta’ P. Marcello Ghirlando OFM, jista’ jghinna biex insiru nafu aktar lil dan l-Appostlu li bil-mertu tieghu, ahna sirna nafu l-fidi Nisranija.



TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR BILLI TIBGHATA CEKK TA €3.50 F'DAN L-INDIRIZZ: CAK, TRIQ S.SOMMIER, BIRKIRKARA, BKR4611.

 


Lectio Divina sui Vangeli Festivi anno A


L-Ordni Karmelitan huwa maghruf ghall-ghana tat-tradizzjoni spiritwali tieghu, fost l-ohrajn ghall-prattika tal-Lectio Divina. Dan il-metodu ta’ talb huwa rakkomandat kuljum mir-Regola Karmelitana, u mill-Knisja Kattolika wkoll f’dawn l-ahhar ghexiren ta’ snin. Il-volum li ghadu kemm hareg joffri l-Lectio tat-testi evangelici tal-Hdud ghas-Sena Liturgika "A", jigifieri ghas-sena liturgika li bdiet fit-28 ta’ Novembru 2010. Kull Lectio ssegwi l-iskema klassika: lectio (qari), meditatio (meditazzjoni), oratio (talb), contemplatio (kontemplazzjoni). Fid-dahla wiehed ghandu jsib prezentazzjoni minn P. Carlos Mesters, O.Carm., dwar il-Kelma ta’ Alla fil-hajja Karmelitana u tal-Knisja. Dan il-ktieb huwa t-tielet pubblikazzjoni li hareg f’dawn l-ahhar snin u huwa l-frott ta’ progett kbir li P. Anthony Cilia O.Carm. beda fl-2001 fi hdan l-Ordni Karmelitan, l-ewwel fuq il-website tal-Ordni, imbaghad fl-istampa. Fuq kollox dan il-progett huwa l-frott ta’ hafna xoghol u l-kollaborazzjoni generuza ta’ diversi religjuzi, irgiel u nisa, Karmelitani.
Issibuh ghand EMMAUS, Sliema u Birkirkara.

Anthony CIlia
Elledici 2010,
p.672

 


Lejn is-Sema Pajjizna Vol. I u Vol. II,
 

Dawn iz-zewg kotba fihom riflessjonijiet bibblici. Kull meditazzjoni tikkonsisti f’zewg taqsimiet: l-ewwel ghandna katekezi bibblika dettaljata u b’taghlim profond fuq xi silta jew tema bibblika, u mbaghad stedina “ieqaf… u ahseb” ghall-meditazzjoni u bhala applikazzjoni tat-tema fil-hajja ta’ kuljum. Patri Gwido Schembri OFM, bhala espert f’dan il-qasam, jghinna naghmlu l-vjagg tal-Kelma ta’ Alla li mill-mohh trid tinzel fil-qalb tal-bniedem. Iz-zewg volumi huma zgur utli ghal dawk kollha li jixtiequ jaghmlu mixja mal-Kelma ta’ Alla kuljum. Huma meditazzjonijiet utli ukoll ghall-gruppi ta’ talb u ghall-katekezi lill-kategoriji diversi fil-parrocci.

Patri Guido Schembri OFM,
Lumen Christi Publications 2005, p. 216 u 200,
Prezz taz-zewg kotba:
€11.65

 

                                              
 L-Ikona Il-Vangelu bil-kulur

L-ikona hija rifless tad-Dawl Etern. L-ikona tistedinna nidhlu fid-dinja sagra ta’ fidi u misteru, ta’ gabra u ta’ skiet, ta’ dawl u kuluri. Dawn il-kuluri, biex tarahom sewwa, trid thares lejhom mit-tubu tal-fidi. L-ghan ewlieni ta’ dan il-ktieb hu biex min ma jaf xejn dwar l-ikona jsir jaf xi haga. Il-ktieb huwa mahsub biex jimla vojt. Dan il-ktieb bl-ebda mod ma hu mifhum li jghid l-ahhar kellma fuq l-ikoni, imma biex jaghti taghrif baziku u elementari, bhallikieku apperittiv biex iftah l-aptit.

Religjon u Hajja 2007
p. 255 - Illustrat - Qoxra Ibsa
Qjies: 21x29.7cm
Prezz:
€24.46

_______________________________


L
-Imitazzjoni ta’ Kristu


L-Imitazzjoni ta’ Kristu
, ghalkemm jghodd 600 sena, xorta jibqa’ validu u b’ispirazzjoni qawwija ghal zmienna, ghal min jixtieq ikollu "xorti kbira", "ghal hajtu kollha", "bi frott kotran" u jixtieq iduq "il-genna minn issa". Huwa ktieb li baqa’ mfittex f’pajjizna wkoll, u wara l-5000 kopja fl-ahhar edizzjoni tal-1996 minn Lumen Christi, din il-hdax-il edizzjoni qed tkun riveduta f’xi kliem, mill-istil antik, fl-ortografija u t-terminologija skont l-ahhar regoli tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Dan barra minn tibdil iehor biex il-kontenut ikun iccarat fid-dawl tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika. Fuq kollox l-istampa hija wahda b’tipi akbar u li toffri qari hafna aktar facli.

Kopji ta’ dan il-ktieb jistghu jinkisbu minn Lumen Christi Bookshop, Victoria, jew minghand il-librara ewlenin tal-kotba religjuzi f’Malta u Ghawdex.

Lumen Christi Publications 2010,
p. 308,
Euro 6.00c

 


Living Theology


Dan l-ahhar, il-Libreria Editrice Vaticana ppubblikat il-ktieb Living Theology, editjat minn Dun Hector Scerri. Fih gabra ta’ artikli minn awturi Maltin u barranin dwar xi teologi kbar tas-seklu 20 u dwar xi temi fit-teologija bhall-ekumenizmu, is-sagramenti, l-imhabba u l-Ispirtu s-Santu.
Jinsab ghall-bejgh minghand il-librara ewlenin jew mis-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat.

Editrice Vaticana 2007,
p.291,
€19.99
 

 
 M


Matul ix-xahar ta’ Gunju
Meditazzjonijiet qosra fuq il-Qalb ta’ Gesù
 

Ghadha tezisti f’pajjizna d-drawwa sabiha li x-xahar ta’ Gunju jitqies bhala xahar iddedikat lill-Qalb ta’ Gesù, u li fih ta’ kuljum, isiru xi atti ta’ qima li bihom naghtu gieh lil dik il-Qalb li tant habbet lill-bnedmin u ghadha mimlija bl-imhabba lejhom... intghazel ix-xahar ta’ Gunju, ghaliex fih tahbat il-festa liturgika tal-Qalb Divina. Minn devozzjoni privata u limitata ghal ftit postijiet, kibret u xterdet ma’ hafna pajjizi fid-dinja Kattolika. Din id-devozzjoni tista’ ssir mhux biss fil-knejjes u fil-kappelli, izda wkoll fid-djar, fl-iskejjel, fil-laqghat tal-ghaqdiet u anki privatament. Il-meditazzjonijiet qosra li fih dan il-ktieb jistghu jkunu ta’ ghajnuna biex dawk li jaghmluhom jikbru fl-imhabba u fil-qima lejn il-Qalb tal-Feddej taghna Gesù Kristu

Mons.Nikol G Cauchi
Lumen Christi, 2008,
p. 95, p. 63,
Euro 5.00
 


Marija ta' Nazaret
 

Fil-ktieb insibu prezentazzjoni tal-grajjiet principali fil-hajja ta' Marija kif insibuhom 'l hawn u 'hinn fit-Testment il-Gdid, specjament fl-Evangeli. L-awtur ifissrilna b'ghaqal kbir dak li huwa implicitu fit-test u li forsi s'issa qatt ma konna ghadna ndunajna bih. Ipittrilna kwadri mill-isbah filwaqt li jdomm flimkien il-ftit taghrif storiku li nistghu nsibu dwar Marija. Interessanti huma d-dettalji li jaghtina dawl fuqhom.

Donat Spiteri OFM Cap
Klabb Qari Nisrani
2005, p.102,
ISBN 9909-2-086-9

 


MARIJA KATERINA TROIANI


Hi okkazjoni ta’ ferh kbir ghalina li nipprezentaw lil hutna l-Maltin u l-Ghawdxin il-hajja tal-Beata Madre Katerina Troiani bil-Malti. Iheggigna ghal dan sentiment ta’ hajr kemm ghall-Maltin li l-1866 laqghu bil-qalb l-ewwel Sorijiet Frangiskani Missjunarji tal-Egittu, mistiedna mill-Isqof Mons. Antonio Buhagiar OFMCap biex jifthu dar f’Malta, u kemm ghal Madre Katerina nfisha li tant habbet lil gziritna u n-nies twajba taghha, li halliet lil uliedha jibdew f’Malta hidma appostolika mill-aqwa li ghadha twarrad sal-lum. Swor Tereza Todaro sehhilha tghaqqad flimkien il-bicciet tal-muzajk ta’ hajjet Swor Marija Keterina Troiani, filwaqt li halliet il-fatti jitkellmu hija u tisma’ x-xhieda b’dehwa liema bhalha. B’hekk harget bijografija dokumentata ghall-ahhar b’setgha li ddahhalna fil-mixja spiritwali ta’ din ir-ruh straordinarja, biex minnha nohorgu taghlim b’sahhtu ghall-hajja taghna tal-lum.

Teresa Todaro
Religjon u Hajja.
2009, p. 239

Euro: 7.00c
 


Mixja ma’ Marija

Ninsabu fix-xahar ta’ Mejju, ix-xahar li fih hsiebna jdur aktar lejn Omm Alla u Ommna Marija.  U hsibna li ghal din ir-rokna nipprezentaw pubblikazzjoni li ilha snin issa tohrog b’mod regolari u konsistenti. B’inizjattiva ta’ P. Mario Galea, Frangiskan Konventwal, din hija t-tnax-il harga tal-ktieb “Mixja ma’ Marija”. Din id-devozzjoni Marjana hija mhejjija b’ghaqal u preparazzjoni. It-taghlim li niehdu minn dal-ktieb huwa bbazat fuq il-Kotba Mqaddsa u f’din il-harga l-awtur jehodna mixja ta’ riflessjoni mill-ewwel miraklu li ghamel Gesù f’Kana tal-Galilija sal-Qawmien tieghu mill-Imwiet. F’dil-mixja Marija taqbadna minn idejna u tmexxina tul il-hajja ta’ Binha u f’din naraw l-id ta’ Alla li tant ihobbna.

Fr. Marius Joseph Galea OFMConv,
Malta 2005.
pp.128,
€2.33

 


Mixja ma’ Marija. Marija Sultana tal-Martri.

Kull sena edizzjoni gdida! Din is-sena l-mixja ma’ Marija tehodna fit-toroq ta’ Gerusalemm elfejn sena ilu. Naraw lil Marija timxi din il-mixja ma’ Gesù li twassal ghall-Kalvarju. Hekk Marija ssir is-Sultana tal-Martri.
Fr. Marius J. Galea OFMConv.
p. 84;
€2.33
 


Mysteries of Light.
Meditations on the Mysteries of the Rosary with John Paul II.

F’dan il-ktejjeb zghir u komdu, hemm prezentazzjoni mill-isbah tal-ghoxrin misteru tar-ruzarju, akkumpanjati minn silta mill-Iskrittura u minn meditazzjoni tal-Papa Gwanni Pawlu II. Kien l-istess Papa li introduca l-Misteri tad-Dawl permezz ta’ l-Ittra Appostolika li hareg fl-2002. Isebbhu dan il-ktieb hemm grafika mill-isbah u l-ikoni riprodotti minn ikonografa Griega.
Pauline Books & Media,
2003; p. 45;
€5.59
 

 
 N

Nghix Fil-Mulej

Ghal dan ix-xahar ghandna ktieb iehor tad-dar editrici Ghawdxija “Lumen Christi”. Nghixu fil-Mulej, li huwa migbur minn Dun Anton Sultana, fih 52 artiklu interessanti li jittrattaw suggetti ta’ spiritwalità bibblika u religjuza. Huma riflessjonijiet ta’ awturi Inglizi, fosthom teologi u filosofi u religjuzi li jittrattaw temi ta’ ispirazzjoni karizmatika mqanqla