|
|
|
L-Espozizzjoni Ewkaristika
|
|
L-adorazzjoni ta’
l-Ewkaristija ma nsibu l-ebda hjiel taghha qabel is-seklu XII. Wara
l-quddiesa, l-Ewkaristija kienet tinzamm f’kaxxa maghluqa ghat-tqarbin
tal-morda. Fis-seklu XI beda jsir inkin meta kienu jghaddu minn quddiem
it-taberna klu u aktar tard bdew jixeghlu musbieh quddiemu (illum insejhulu
lampier). Imbaghad dahlet l-idea li flok fis-sagristija, l-Ewkaristija
titpogga fuq l-altar ghall-qima tal-pubbliku. Minhabba l-periklu ta’
profanazzjoni, hargu direttivi biex l-Ewkaristija tinzamm f’xi kaxxa fissa
u tinghalaq. Dan il-post li fih titqieghed l-Ewkaristija beda jissejjah
“tabernaklu”. Bdew isiru tabernakli kbar tant li saru parti shiha
mill-altari, u fi zmien il-barokk, dawn kienu tabilhaqq solenni. Ix-xewqa
tan-nies li jaraw u jaduraw l-Ewkaristija fit-tul wasslet
ghall-purcissjoni ta’ Corpus Domini, imbaghad dahlet id-drawwa li
jsiru l-kwaranturi (40 siegha ta’ adorazzjoni). Imbaghad fi Franza u
l-Belgju dahlu drawwiet ohra bhall-adorazzjoni perpetwa u dik ta’ billejl.
Wara l-barokk dahlet id-drawwa tal-barka sagramentali li kienet tinghata
aktarx filghaxija. |
|
|
|
|
|
Il-genuflessjoni hi meta wiehed jinzel gharkobbtejh ghal waqt qasir fuq
is-sie q
il-leminija.
Dan hu
gest ta’ adrozzjoni jew reverenza lejn is-Sagrament. Is-sacerdot waqt
il-konsagrazzjoni jaghmel genuflessjoni biex jadura l-hobz u l-inbid li
jkunu saru l-Gisem u d-Demm ta’ Kristu. In-nies kull meta jaghmlu
l-genuflessjoni, ikunu qeghdin juru r-rispett taghhom lejn l-Ewkaristija.
Kull meta nghaddu minn quddiem l-Ewkaristija jew it-tabernaklu ghandna
naghmlu genuflessjoni; turija minn barra li qeghdin naduraw lil Alla. Nhar
il-Gimgha l-Kbira naghmlu genuflessjoni wkoll quddiem is-salib b’sinjal
ta’ adorazzjoni minn xhin dan jinkixef jew jintwera. F’xi okkazjonijiet
genuflessjonijiet isiru wkoll b’sinjal ta’ rispett lill-Papa,
lill-kardinali u lill-isqfijiet fid-djocesi taghhom. |
|
|
|
Il-Ministri
straordinarji tat-tqarbin
|
|
Ministri straordinarji
tat-tqarbin jistghu jkunu dawk li ghandhom ’il fuq
minn tmintax-il sena u jkunu approvati ghal dan il-ministeru mill-kurja
ta’ l-arcisqof. Dawn bil-permess tal-kappillan jew, fi knejjes
tar-religjuzi, tar-rettur tal-knisja, ikunu jistghu jqarbnu meta tqum
il-htiega. Din ukoll kienet drawwa fil-bidu tal-Knisja meta xi lajci kienu
jwasslu l-Ewkaristija lill-morda. F’Malta d-digriet tal-permess li jistghu
jqarbnu l-lajci hareg fis-26 t’Ottubru 1988 mill-Arcisqof Mons.
Guzeppi Mercieca. Imbaghad dahal fis-sehh
mill-ewwel Hadd ta’ l-Avvent ta’ l-istess sena. Id-digriet isemmi li
n-nies li jintghazlu ghal dan il-ministeru ghandhom ikunu ezemplari,
jilbsu dicenti, jattendu korsijiet apposta u l-permess li jqarbnu jkun
temporanju ghad li jista’ jiggedded. Huma jistghu jwasslu l-Ewkaristija
lill-morda fi djarhom sakemm il-marid jitlob jew jaccetta t-tqarbin minn
dawn il-persuni. Biex iqarbnu f’xi knisja ohra barra mill-parrocca
taghhom, iridu l-permess tal-kappillan jew tar-rettur tal-Knisja. |
|
|
|
It-Tqarbin fl-idejn
|
|
Fil-bidu tal-Knisja,
in-nies kienu jircievu l-Ewkaristija fuq idhom ix-xellugija u jitqarbnu
bil-leminija. Kienu jaghmlu idejhom forma ta’ tron biex jilqghu lil Gesù.
Qabel kienu jahslu idejhom sewwa. Din il-forma ta’ tqarbin baqghet sas-se klu
IX. It-Tqarbin fl-idejn beda jonqos ghax bdew jinholqu xi abbuzi. Izda dan
ma spiccax minhabba l-abbuzi izda ghaliex tbiddlet is-sura ta’ l-ostji li
bdew isiru bhal dawk li nitqarbnu bihom illum. Ghalhekk kien ehfef li
jircevuha fuq l-ilsien. Beda jixtered it-taghlim fuq il-prezenza reali ta’
Gesù fl-Ewkaristija u dan wassal biex l-Insara jaghrfu li ma kienx jixraq
li jmissu l-ostja b’idejhom.
Fl-1969, is-Santa Sede tat
permess biex jerga’ jibda jsir it-tqarbin fl-idejn. L-Isqfijiet ta’ Malta
u Ghawdex ghamlu t-talba biex dan il-mod tat-tqarbin jidhol f’pajjizna
fil-15 ta’ Ottubru, 1985. Il-permess wasal fil-11 ta’ Novembru, 1985.
It-tqarbin fl-idejn dahal fis-sehh fl-1 ta’ Jannar, 1987. Tajjeb li meta
nitqarbnu f’idejna jkollna idejna ndaf, bla ngwanti, minghajr ma nzommu
xejn bhal kuruni, imkatar, tissues, ecc. imkebbin fihom, u naraw li ma
jkollniex frak f’idejna. |
|
|
|
Is-sawm ta’ qabel
it-tqarbin
|
|
Il-Ligi
tal-Knisja (imsejha wkoll Ligi Kanonika) fin-numru 919 tghid li
dawk li jkunu sa jitqarbnu ghandhom isumu mill-ikel u x-xorb (l-ilma u
l-medicina ma jiksrux is-sawma) minn siegha qabel
it-tqarbin. Dan japplika anki ghas-sacerdot qabel jiccelebra l-quddiesa.
L-anzjani jew il-morda u dawk li jiehdu hsiebhom, jistghu jircievu
l-Ewkaristija anki jekk ma tkunx ghaddiet is-siegha. Tajjeb li nrawmu
lit-tfal biex iharsu din ir-regola bhala thejjija biex jircievu lil Gesù.
Mhux darba u tnejn tara
nies dehlin il-Knisja bic-chewing gum jew helu iehor f’halqhom jew
ikunu ghadhom kemm kielu jew xorbu u mbaghad jidhlu ghall-quddiesa u
jitqarbnu xorta wahda. Dan mhux sewwa! Jehtieg li naghmlu ghazla bejn
l-Ikel Ewkaristiku u l-ikel komuni li ahna nieklu biex nghixu
materjalment. Izjed ma nkunu mhejjija ghall-quddiesa, aktar din thalli
frott fina. |
|
|
|
L-Elevazzjoni ta' l-Ostja u l-Kalci
|
|
Fis-seklu XI
b dew
dehlin devozzjonijiet lejn Gesù fl-Ewkaristija, fosthom ix-xewqa li jaraw
lil Kristu fl-Ostja. L-elevazzjoni tal-kalci dahlet aktar tard u saret
obbligatorja minn zmien il-Papa Piju V (1504-1572). Ir-raguni kienet forsi
li l-inbid ma jarawhx in-nies, izda r-raguni vera hi aktarx ghaliex
il-kalci kien ikun mghotti b’bicca drapp kbira u kien hemm il-biza’ li
jixtered l-inbid. Imma l-elevazzjoni saret komuni mis-sekli XIV u XV.
L-elevazzjoni dahlet fil-quddiesa biex in-nies jaraw u jaduraw lil Kristu.
Fl-elevazzjoni kienet dahlet id-drawwa li tindaqq il-qanpiena l-kbira
tal-kampnar biex jindunaw in-nies tar-rahal, filwaqt li fil-Knisja kienet
tindaqq qanpiena ohra biex jindunaw dawk li qeghdin ghall-quddiesa billi
s-sacerdot kien iqaddes bil-Latin, ilissen il-kliem taht l-ilsien u
b’dahru lejn in-nies. |
| |
|
L-Elevazzjoni
|
|
Dan huwa
gest, moviment li bih is-sacerdot jgholli l-ostja u l-kalci. Qabel
l-istess sacerd ot ikun qal il-kelmiet tal-konsagrazzjoni. Meta jaghmel
hekk is-sacerdot
ikun qed juri l-ispeci ewkaristici tal-hobz u l-inbid lin-nies prezenti
ghall-quddiesa. Dejjem matul l-istess quddiesa, ic-celebrant jerga’
jaghmel elevazzjoni ohra fi tmiem it-talba ewkaristika meta jghid: “Bi
Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu…” Din il-konkuzjoni tat-talba ghandu
jghidha s-sacerdot wahdu, filwaqt li l-poplu kollu jwiegeb “Amen”.
Fl-ewwel elevazzjoni ahna naduraw lil Gesù prezenti realment, bil-gisem,
bir-ruh, bid-divinità. Fit-tieni elevazzjoni, imsejha dossologija zghira
biex tinghazel mill-kbira li hi l-“Glorja ’l Alla” li tinghad fil-bidu
tal-quddiesa, il-Gisem u d-Demm jigu offerti lil Alla b’sinjal ta’ glorja.
Il-kelma “dossologija” tfisser “glorja”. |
| |
|
Il-Konsagrazzjoni
|
|
Kelma li tfisser ghazla ta’ xi
persuna jew oggett bhala sagri. Il-konsagrazzjoni hija dak l-att li bih
persuna tinghata ghas-servizz tal-Mulej. Imma huwa bis-sahha ta’ Alla
wahdu li bl-ghotja ta’ l-Ispirtu qaddis tieghu li l-persuna ttkun
ikkonsagrata ghalih. U ghalhekk nitkellmu dwar il-konsagrazzjoni ta’
isqfijiet, sacerdoti, djakni, religjuzi ecc. Ma’ dawn imbaghad hemm
il-konsagrazzjoni ta’ oggetti bhal knejjes, altari, zjut, ecc.
Il-konsagrazzjoni fil-milja taghha ssir fil-quddiesa, li matulha l-hobz u
l-inbid jinbidlu fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu. Fil-quddiesa l-mument
tal-konsagrazzjoni huwa dak meta s-sacerdot jghid il-kelmiet tat-twaqqif
ta’ l-Ewkaristija: Dan hu Gismi…; Dan hu demmi… |
| |
| |
|
Il-gest tal-gisem:
gharkobbtejna
|
|
Il-qaghad
fuq l-irkobbtejn hu gest ta’ umiltà quddiem il-Mulej, ta’ penitenza, ta’
talb, ta’
adorazzjoni. Fil-Bibbja nsibu grajjiet li juruna dan il-gest:
Gen 42:6; Dan 6:11; Lq 22:41; Atti 20:36; 21:5; Ef 3:14; Apk 4:10.
Il-poplu fil-quddiesa generalment joqghod gharkobbtejh mill-“Qaddis”
sal-konsagrazzjoni u wara t-tqarbin sakemm jinghad ir-radd ta’ hajr.
Noqoghdu gharkobbtejna wkoll meta naghmlu zjara lis-Sagrament, f’xi
waqtiet matul l-adorazzjoni tas-Sagrament, u meta tinghata l-barka
Sagramentali. Meta nersqu ghas-sagrament tar-rikonciljazzjoni, jew
tal-qrar, bhala regola noqoghdu gharkobbtejna u bl-umiltà u b’sens ta’
penitenza nistqarru dnubietna, nuru s-soghba taghna, nilqghu t-tewba jew
penitenza, u nircievu l-mahfra bl-assoluzzjoni li jaghtina l-konfessur.
Hija hasra li certi nies donnhom insew din id-drawwa sabiha tant
importanti fil-liturgija mqaddsa u fic-celebrazzjoni tas-sagramenti.
|
| |
|
Il-gesti
tal-gisem: il-qawmien bilwieqfa
|
|
Il-gesti tal-gisem fil-quddiesa huma importanti ghax dawn ukoll
jaghmlu parti mic-cerimonjal tat-talb Liturgiku.
Persuna bilwieqfa turi rispett, attenzjoni, disponibbiltà,
responsabbiltà lejn persuna importanti. Ghan-Nisrani, il-qawmien
bilwieqfa jfisser ukoll ir-rebha
ta’ Kristu fuq ix-xitan.
Is-sacerdot dejjem iqum bilwieqfa kull darba li jitlob
lill-Missier f’isem Kristu. Fil-Bibbja hemm referenza ghal dan
il-gest: 1 Slaten 8; Ezekjel 2,1; Lq 4,16;
18,11; Ap 7,9-10 (fost l-ohrajn).
Fil-quddiesa nkunu bilwieqfa mid-dhul sal-bidu tal-qari tal-Kelma
ta’ Alla, fil-qari tal-Vangelu, fil-Kredu, fit-talbiet ta’
intercessjoni, wara l-offertorju sal-Qaddis, minn wara
l-Konsagrazzjoni sat-tqarbin, u fir-rit tat-tmiem. Anki
fil-professjoni religjuza, fl-ordinazzjonijiet u fit-tigijiet hemm
mumenti apposta li fihom nibqghu bilwieqfa. L-Isqfijiet jistghu
johorgu direttivi skond ic-cirkustanzi.
|
| |
Il-Ktieb
tal-Bibbja fil-quddiesa
|
|
Meta nghidu “il-Bibbja”
nifhmu l-kotba kollha tat-Testment il-Qadim u l-Gdid. Din
hi l-Iskrittura Mqaddsa jew il-Kelma t’Alla.
Fil-quddiesa l-Kelma ssir realtà.
Il-qari fil-quddiesa jintghazel skond is-sena liturgika. Il-Kelma
tal-Mulej imhabbra hija fiha
nfisha stqarrija tal-Fidi. Kristu hu dak li jxandar kelmtu u dik li
tirceviha hija l-Knisja f’kull persun a
prezenti. Il-Kelma t’Alla twassal ghall-omelija biex b’mod haj u semplici
jitfissrilna l-messagg tal-Mulej ghaz-zminijiet tallum.
Tant hija ghaziza l-Kelma
t’Alla li:
-
fil-quddiesa tittiehed processjonalment fuq l-altar fil-bidu
tal-quddiesa;
-
fil-quddiesa tigi incensata qabel il-qari tal-Vangelu;
-
barra
mill-quddies, isiru celebrazzjonijiet tal-Kelma li fihom ukoll
jitkellem Kristu;
-
jista’
jsir tberik bil-lezzjonarju jew bil-ktieb tal-Bibbja (haga aktar
komuni fil-liturgija orjentali);
-
il-qoxra
tal-lezzjonarju xi drabi tkun iddekorata bil-fidda u kultant
sahansitra bid-deheb u l-hagar prezzjuz;
il-lezzjonarju ghandu jitqieghed u jibqa’ dejjem fuq l-ambone u
mhux, bhalma gie li naraw, il-lettur jitla’ bih f’idejh. |
| |
| |
Is-Silenzju
fil-quddies
|
|
Fil-quddiesa, huma
mehtiega l-mumenti tas-silenzju: qabel l-att penitenzjali,
fil-kolletta, wara l-omelija, fil-konsagrazzjoni, wara t-tqarbin.
Fil-Gimgha l-Kbira, is-silenzju jiftah ic-celebrazzjoni:
il-ministri sagri jersqu lejn l-altar u jinxtehtu minn tulhom
fl-art: kulhadd fis-skiet jitlob ghal ftit hin.
Is-silenzju jista’ jkollu tifsira pozittiva jew negattiva:
ix-xufftejn jibqghu maghluqa jew biex tahseb x’sa tghid jew biex
ma titkellimx. Is-silenzju hu preparazzjoni biex tiltaqa’
mal-Mulej, li timmuta apposta hu cahda tad-don (taqta’ l-kliem
biex taqta’ l-imhabba).
Fil-quddiesa s-silenzju hu mehtieg. Fil-Konsagrazzjoni jinghalqu
x-xufftejn biex il-harsa taghna tiffissa fuq l-ostja u l-kalci u
nemmnu. Wara t-tqarbin, tiskot int biex temmen li sirt haga wahda
mal-Mulej. Is-silenzju jfisser attenzjoni ghal haddiehor, ezami
tal-kuxjenza, laqgha bejn Alla u bejnek.
Is-silenzju
fil-Knisja u fil-quddiesa huwa importanti u tajjeb li jsir
verament (almenu ftit sekondi; kultant xi minuta) biex jonqos
id-diskors u jinfethu qlubna ghall-Mulej. |
| |
| |
|
Il-Fjuri
|
|
Dawk
kollha li jsebbhu l-knejjes taghna bit-tizjin tal-fjuri huma
animaturi, artisti u poeti, ghandhom sens pastorali ghaliex
permezz tal-mod kif jirrangaw il-fjuri fuq l-altari “jfehmuna”
il-misteri qaddisa u jghinuna napprezzaw ic-celebrazzjoni
liturgika.
Il-fjuri “jkantaw” il-glorja t’Alla u jfissrulna s-sbuhija ta’
Alla: huma wkoll simbolu ta’ radd il-hajr, ferh, ammirazzjoni,
imhabba, imma l-fjuri wkoll huma “l-ghajta” tad-diffikultà u
l-ugigh tal-bniedem. Il-fjuri jghinuna nghixu l-quddiesa
fil-gabra, inkunu fil-paci, fis-silenzju: huma, fi kliem iehor,
xandara ta’ l-Ahbar it-Tajba.
Kemm ghandhom responsabbiltà dawk li jzejnu bil-fjuri!
L-arragamenti tal-fjuri tajjeb li jkunu baxxi, mhux goffi u mhux
jiehdu t-tul kollu tal-wisa’ ta’ l-altar biex ma jtellfux il-vizta
tal-poplu. Ghandhom ikunu friski, mhux tal-plastik jew tad-drapp,
irrangati sewwa u mhux sempliciment mitfugha go vazett ghax Alla
jisthoqqlu l-ahjar u mill-qalb. |
| |
| |
Il-Kulur ahdar
|
|

L-ahdar
huwa s-simbolu ta’ l-ekwilibriju ambjentali, tal-paci, tas-serenità,
tat-tama u tal-fiducja. L-ahdar hu l-kulur taz-zmien Ordinarju
ta’ matul is-sena (jghidulu wkoll zmien ferjali): 33 jew 34
gimgha li fihom ma nhejjux ruhna ghal xi festa partikolari, imma li
matulhom niccelebraw l-istorja tas-salvazzjoni taghna specjalment nhar
ta’ Hadd bhala Jum il-Mulej, il-jum li fih niccelebraw l-Ghid
ta’ Sidna Gesù Kristu. Kull nhar ta’ Hadd, nieqfu mix-xoghol u niehdu
sehem fil-quddiesa ta’ radd il-hajr lill-Mulej li hija l-aqwa talba
tan-Nisrani.
|
Il-Kulur
Abjad |
|
L-abjad (xi brabi jintuza
l-lewn tad-deheb) hu kulur ta’ ferh, jaghti sens ta’ allegrija, ta’ dawl.
F’diversi kulturi jfisser ukoll l-innocenza (idejn indaf minn kull dnub), u
jaghti sens ta’ festa (il-libsa tal-gharusa, ta’ l-ewwel tqarbina), juri
bidu ta’ hajja gdida fi Kristu (il-libsa l-bajda fil-maghmudija). L-anglu li
kien fejn il-qabar ta’ Kristu kien liebes l-abjad (ara Mk 16:5);
fit-Trasfigurazzjoni lbies Gesù Kristu kien abjad bhas-silg (ara
Mt 17:2).
L-abjad jintuza f’dawn ic-celebrazzjonijiet:
- fi zmien il-Milied
sal-Maghmudija tal-Mulej;
- fi zmien l-Ghid
il-Kbir sa lejlet il-Pentekoste;
- fil-festi tal-Mulej u tal-Madonna (ta’ min jghid li f’certi pajjizi,
bhalma jsir fil-knisja ta’San Frangisk tal-Belt, jintuza l-kulur celesti
meta jsiru xi festi tal- Madonna, l-aktar fil-festa ta’ l-Immakulata
Kuncizzjoni);
- fil-festi u t-tifkiriet ta’ l-angli u l-qaddisin mhux martri;
- fil-Vjatku u fl-Adorazzjoni Ewkaristika;
- b’mod ordinarju fis-Sagrament
tad-Dilka tal-Morda, fiz-Zwigijiet u fl-Ordinazzjonijiet tad-djakni,
sacerdoti u isqfijiet;
- fil-festi
tal-konsagrazzjoni tal-knejjes u xi festi ohra li jsiru matul is-sena.
|
| |
| Il-Kulur
Vjola |

l-vjola, huwa
l-kulur tal-penitenza u jesprimi n-niket. Huwa l-kulur li jintuza matul
l-Avvent u r-Randan, fic-celebrazzjonijiet penitenzjali, waqt il-qrar, u
fil-funerali ta’ l-adulti.
Qabel ma dahlet l-uzanza tal-vjola, kien jintuza l-iswed ghall-Avvent,
ir-Randan u l-funerali. Minkejja n-nobbiltà li ghandu, l-iswed ghandu
karatteristika ta’ dlam, telfien, dizgrazzja, dnub, niket, luttu.
Ghaldaqstant kien ghaqli li l-Knisja thajjar ghan-nuqqas ta’ l-uzu tieghu
fil-liturgija, li fiha niccelebraw lil Kristu rebbieh fuq id-dnub u l-mewt.
Ta’ min jinnota li fit-tielet Hadd ta’ l-Avvent u fir-raba’ Hadd tar-Randan,
minflok il-vjola jista’ jintuza l-kulur roza. F’dawn il-Hdud,
il-Liturgija tanticipa b’xi mod il-festi tal-Milied u tal-Ghid li jkunu
qorbu. |
| |
| |
| |
|
Il-Kulur Ahmar |
L-ahmar
ifakkarna fin-nar u d-demm. Hu s-simbolu ta’ l-imhabba u tal-qawwa.
Fit-Testment il-Qadim l-ahmar kellu tifsira ta’ sitwazzjoni ta’ htija:
“Imqar jekk dnubietkom ikunu hom or
bhall-iskarlatt (ahmar skur) isiru bojod bhas-silg” (Isaija
1,18).
L-ilbies ahmar jintuza:
-
f’Hadd
il-Palm u nhar il-Gimgha l-Kbira: il-Passjoni tal-Mulej hi l-aqwa mod
ta’ l-imhabba
ta’ Kristu ghalina;
-
F’Pentekoste jew Ghid il-Hamsin: l-ahmar juri n-nar u l-qawwa ta’
l-Ispirtu s-Santu, li hu l-Mulej li jaghti
l-hajja;
-
F’celebrazzjonijiet tal-Passjoni ta’ Kristu: fil-festa ta’
l-Ezaltazzjoni tas-Salib, meta tinghata l-barka bir-relikwa tas-salib,
ecc.;
-
Fil-festi ta’ l-Appostli, l-Evangelisti u l-qaddisin martri: xhieda
ta’ Fidi fil-qawmien ta’ Kristu (eccezzjoni hu San Gwann Appostlu u
Evangelista li ghall-festa tieghu jintuza l-abjad);
-
Fic-celebrazzjoni tal-Grizma ta’ l-Isqof (jista’ jintuza l-abjad
ukoll).
-
Fil-mewt
tal-Papa: fic-celebrazzjoni tal-funeral tieghu u matul id-disat ijiem
wara mewtu, meta fil-knisja kollha kull jum tkun iccelebrata quddiesa
ghal ruhu.
|
| |
| |

Copyright © CAK Malta 2008 |