A  B  C  D  E  F  G  H  I  J  K  L  M  N  O  P  Q  R  S  T  U  V  W  X  Y  Z
 
 A


Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, ATTARD

 

H’Attard sar parrocca fl-1575 filwaqt li knisja li naraw illum, mohtara lit-Tlugh tal-Vergni Marija fis-Sema, inbniet fl-1613 fuq pjanta ta’ Tumas Dingli. Fl-1718 zdidilha l-kampnar. Ghal xi raguni l-parrocca ghaddiet l-ewwel erba’ snin mit-twaqqif taghha minghajr kappillan, izda l-ewwel wiehed inhatar fl-1579 u kien Dun Leonard Micallef. Oggetti artistici ta’ min wiehed isemmi huma, fost l-ohrajn, il-bini tal-knisja nfisha, li hi gojjell ta’ l-arkitettura u l-lavur fil-gebla sew fuq barra kif ukoll fuq gewwa, u l-istatwa artistika ta’ Santa Marija li nhadmet f’Parigi u waslet Malta fl-1874. Kien l-Isqof Paolo Alpheran de Bussan li kkonsagra l-knisja fl-1730.
 

 
 B


Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata, BALZAN
 

Il-knisja l-qadima ta’ Hal Balzan saret parrocca fl-14 ta’ Awwissu 1655. Erbatax-il sena wara, f’Dicembru 1669, beda l-bini tal-knisja li naraw illum. Din tlestiet ghal kollox fl-1695 izda digà kienet bdiet tintuza mis-17 ta’ Dicembru 1688. Fl-1868 il-mastru Salv Dimech “is-Sarc” naqax fl-injam l-istitwa artistika titulari ta’ Marija Annunzjata, li ghadha titgawda sallum. Din kienet irrestawrata fl-1930. Il-knisja kienet ikkonsagrata fis-7 ta’ Ottubru 1781, u l-festa ta’ barra ssir kull sena fit-tieni Hadd ta’ Lulju.

 


Knisja Arcipretali u Kolleggata ta’ San Lawrenz,
Levita u Martri – BIRGU
 

Il-Birgu jew “Belt Vittoriosa” hija meqjusa bhala l-eqdem parrocca ta’ Malta wara l-Katidral ta’ l-Imdina. Ghad li d-data ta’ l-erezzjoni ma nafuhiex, l-istorici jahsbu li l-Birgu sar parrocca ftit wara s-sena 1127. Meta fl-1530 waslu Malta l-Kavalieri ta’ San Gwann, il-knisja ta’ San Lawrenz saret il-Knisja Konventwali ta’ l-Ordni, ghalhekk mill-1530 sa l-1571 id-dmirijiet tal-parrocca l-Kappillan kien jaqdihom fil-knisja tal-Lunzjata. Il-knisja li naraw illum inbniet bejn l-1681 u l-1697 fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafà. Din gholiet ghad-dinjità ta’ Kolleggata fl-1820. Hu difficli hafna li f’nota qasira nsemmu l-opri artistici u storici l-aktar importanti li jinsabu f’dan il-gojjell ta’ knisja. L-aktar haga li n-nies tal-Birgu jhobbu jiftahru biha, u ghandhom biex, hija t-tradizzjoni Spanjola ta’ l-istatwi artistici kemm ta’ San Lawrenz kif ukoll tal-Gimgha l-Kbira, li huma manikini mill-aktar fini mlibbsin b’ilbies mill-ifjen. Bhala tifkiriet storici jissemmew il-kappell u x-xabla tal-Granmastru La Valette.
 


Bazilika ta’ Sant' Elena, BIRKIRKARA
 

Birkirkara kienet wahda mill-ghaxar parrocci msemmija f'dokument tas-sena 1436, li hu r-Rollo ta' l-Isqof Senatore de Mello. Il-knisja parrokkjali ta' dak iz-zmien kienet iddedikata li Sant' Elena Awgusta. Fis-seklu 18 inbniet il-knisja sabiha li naraw illum. Kienet din il-knisja li fl-1950 inghatat id-dinjità ta' Bazilika. Benefattur kbir tal-parrocca u tal-poplu Karkariz huwa Dun Filippu Borg, li wara li fl-1594 lahaq kappillan, kien bis-sahha tieghu li Tumas Dingli hazzez il-pjanta ta' dak il-monument nazzjonali. Kien bis-sahha tieghu wkoll li fl-1630 il-Papa Urbanu VII bil-bolla Sacri Apostolatus Ministerio waqqaf il-Kolleggata bi Prepostu li tah il-privilegg li jaghzel uhud mill-kanonci godda. Fost il-kapolavuri mharsin fil-Bazilika ta' Birkirkara wiehed ma jistax ihalli barra l-istatwa majestuza ta Sant' Elena, imnaqqxa fl-injam mill-iskultur Salvu Psaila fl-1837.
 
 

Knisja Parrokkjali ta’ San Guzepp Haddiem
, BIRKIRKARA
 


Il-knisja moderna ta’ San Guzepp Haddiem ta’ Birkirkara bdiet tinbena fl-1965. Ix-xoghol tal-bini tlesta fl-1969 u sentejn wara l-knisja saret vici-parrocca. Hija gholiet ghad-dinjità ta’ parrocca fil-festa ta’ San Guzepp, 19 ta’ Marzu 1973. L-ewwel Kappillan kien il-Kan. Dun Karm Aquilina. Fit-18 ta’ Marzu 1976 tqieghdet l-ewwel gebla tac-Centru Parrokkjali li ghadu sallum jilqa’ fi hdanu l-attivitajiet kollha tal-parrocca. L-istatwa titulari ta’ San Guzepp Haddiem skolpita fl-injam saret f’Bolzano, l-Italja ta’ fuq, mid-ditta Vincenzo Moroder, u ngiebet Malta fl-1972.

 



Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija,  BIRKIRKARA

Il-knisja ta’ Santa Marija ta’ Birkirkara, maghrufa bhala “l-Knisja l-Qadima”, li hi gawhra tal-arkitettura, inbniet fl-1617 u dejjem kienet meqjusa bhala monument mill-isbah, ghalkemm ghamlet zmien twil maghluqa li fih grawlha hsarat kbar. Fl-1950 il-Kapitlu tal-Kanonci tal-Kolleggata ta’ Birkirkara ddecieda li jirrestawraha u l-knisja regghet infethet fl-1972. Illum hija parrocca awtonoma u taqdi dik il-parti ta’ Birkirkara bejn Triq il-Wied u Triq l-Imdina. Il-festa titulari ssir fl-10 ta’ Ottubru.

 


Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen, BIRZEBBUGA


Il-knisja z-zghira ddedikata lid-Duluri f’Birzebbuga saret parrocca fid-9 ta’ Settembru 1913. Izda billi din kienet zghira wisq ghall-popolazzjoni li kienet dejjem qieghda tikber, minnufih bdiet hidma biex tinbena knisja akbar. Il-knisja l-gdida ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen infethet ghall-kult fis-16 ta’ Gunju 1938, ghad li x-xoghol tal-bini ma kienx intemm ghal kollox. Minn dik is-sena l-parrocca hadet postha fil-knisja l-kbira. Din kienet ikkonsagrata fl-14 ta’ Mejju 1977, u l-festa ssir kull sena fl-1 ta’ Awwissu. L-istatwa titulari, kopja ta’ dik li hemm fil-Lateran ta’ Ruma, saret fl-1959 f’Ortisei (Bolzano) minn Ferdinando Stutflesser. L-ewwel kappillan kien Dun Karm Portelli.
 


Knisja Parrokkjali
tal-Qalb bla tebgha ta’ Marija, BURMARRAD
 

Il-knisja ta’ Burmarrad bnewha l-Patrijiet Minuri Konventwali bil-ghajnuna tan-nies tal-post, biex fiha jaqdu dik iz-zona ta’ San Pawl il-Bahar li tinsab imbieghda mhux hazin mill-parrocca tad-Duluri. Il-knisja, mohtara lill-Qalb bla tebgha ta’ Marija, inbniet fuq pjanta tal-perit Roger De Giorgio u tlestiet fl-1964. Hija saret parrocca fit-18 ta’ Jannar 1971. L-ewwel kappillan kien P. Wistin Magro OFMConv. Opri li jistghu jitgawdew fil-knisja huma, fost l-ohrajn, l-istatwa titulari li giet minn Spanja u li offriet il-hlas ta’ l-ispejjez taghha l-familja Deguara, u l-pitturi tat-tliet altari xoghol ta’ Emvin Cremona; il-graffiti fuq il-hgieg huma xoghol ta’ P. Sebastjan Scicluna OFMConv. Benefatturi kbar tal-knisja kienu Manwel Bonnici u Duminku Gauci.
 

 
 F


Knisja Parrokkjali ta’ Sidtna Marija tal-Karmnu - FLEUR-DE-LYS


Il-Patrijiet Karmelitani li sa mill-bidu tas-sena 1918 kienu qed jiehdu hsieb il-parrocca ta’ Santa Venera, hasbu li jibnu knisja ohra fi Triq Fleur-de-lys, Birkirkara, zona qrib hafna tal-parrocca ta’ Santa Venera, biex jintlahqu ahjar in-nies li kienu joqoghdu f’dawk l-inhawi. Il-knisja, iddedikata lil Sidtna Marija tal-Karmu, saret parrocca fl-1975. Il-kwadru titulari sar fl-1946 mill-pittur Antonio Caruana. Fih il-Madonna tidher bilqieghda bil-Bambin Gesù wieqaf fuq rigilha tax-xellug, tnewwel il-labtu lil San Xmun Stock, General qaddis ta’ l-Ordni Karmelitan.


 


Parrocca ta’ Sidtna Marija tal-Karmnu - FGURA
 

Sa minn bosta mijiet ta’ snin ilu fil-post li llum jissejjah Il-Fgura (isem aktarx imnissel mit-Taljan figura) kien hemm nicca tal-Madonna li minn dejjem kellha devozzjoni kbira. Ghaldaqstant fl-1798 hdejn din-nicca nbniet knisja zghira, li mbaghad regghet inbniet fl-1844. Fl-1956 il-Gvern Malti waqqa’ din il-knisja biex titwessa’ t-triq li mir-Rahal il-Gdid tiehu lejn Haz-Zabbar. Ftit ’il boghod minn fejn kienet din il-knisja, il-Patrijiet Karmelitani fl-1950 bnew knisja ohra li l-1965 gholiet ghad-dinjità ta’ parrocca mmexxija mill-istess religjuzi. Il-popolazzjoni tal-Fgura minn dakinhar ’il quddiem baqghet dejjem tikber u l-knisja kienet saret zghira wisq ghan-nies li jattendu fiha. Ghalhekk inbniet knisja gdida fuq pjanta moderna ta’ l-arkitett Godfrey Azzopardi fi Triq Hompesch li tbierket fl-1988 u kienet ikkonsagrata u ddedikata lil Sidtna Marija tal-Karmnu fl-1990.
 

 
 G


Knisja Bazilka Kolleggata u Parrokkjali tal-Vizitazzjoni - GHARB, Ghawdex
 

Kien l-Isqof Mikiel Glormu Molina li fid-29 ta’ Awwissu 1679 hatar il-knisja ta’ Santa Marija tal-Virtut fil-Gharb bhala parrocca ghall-punent ta’ Ghawdex; l-ewwel kappillan kien Dun Gamri Camilleri. Fl-1698 bdiet tinbena knisja ohra gdida u aktar wiesgha fuq pjanta tal-perit Guzeppi Azzopardi “Iz-Zghir” mill-Birgu. Il-knisja tfasslet fuq dik ta’ Sant’Anjeze ta’ Piazza Navona f’Ruma. L-Isqof Alpheran ikkonsagraha fit-28 ta’ Settembru 1755 u hatarha liz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta. L-Isqof Bartilmew Rull accetta li l-knisja ssir kolleggata u fid-19 ta’ Mejju 1774, il-Papa Klement XIV ghollieha ghall-grad ta’ kolleggata bl-ewwel sitt kanonci. Fit-28 ta’ Novembru 1967 il-knisja tal-Gharb saret Bazilka Minuri maghquda ma’ dik ta’ Pinu. L-Arcipriet ghandu t-titlu ta’ Protonotarju Appostoliku.


Knisja Parrokkjali ta’ l-Appostlu San Bartilmew
- GHARGHUR
 

Fis-16 ta’ Lulju 1610, l-Isqof Tumas Gargallo waqqaf il-parrocca ta’ San Bartilmew f’Hal Gharghur bid-drittijiet kollha taghha u firidha minn dik tan-Naxxar, izda l-istess isqof ordna li bhala data tat-twaqqif tal-parrocca l-gdida tidher dik tas-6 ta’ Ottubru 1598, ghax din il-parrocca bdiet tiffunzjona minn dak iz-zmien bil-hidma ta’ l-ewwel Kappillan taghha, Dun Mattew Xiriha minn l-Isla. Fis-sena li l-parrocca twaqqfet ufficcjalment l-Isqof hatar lil Dun Gwann Battista Chetcuti biex jaqdi ta’ Kappillan. Il-knisja li naraw illum bdiet tinbena fi stil doriku fuq pjanta ta’ Tumas Dingli fl-1610, ghalkemm il-faccata stil barokk inbniet aktar tard. Kien l-Isqof Alpheran li kkonsagraha fit-22 ta’ April 1736. L-akbar tezor ta’ din il-parrocca hi l-istatwa titulari ta’ l-Appostlu San Bartilmew li hafna jahsbu li hi xoghol l-iskultur Melchiorre Gafà, ghalkemm m’hemm ebda dokument li jwettaq dan.
 


Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija - GHAXAQ


Sa mill-1511 f’Hal Ghaxaq kien hemm knisja ddedikata lit-Tlugh tal-Vergni Marija fis-sema. Meta Hal Ghaxaq sar parrocca fl-1626, in-nies hadu hsieb jibnu knisja gdida li tlestiet fl-1655. L-ewwel Kappillan kien Dun Mattew Sciriha. Imbaghad tmenin sena wara nbniet il-knisja li naraw illum, aktarx fuq pjanta ta’ l-arkitett Sebastiano Saliba. Il-knisja l-gdida kkonsagraha l-Isqof Labini fit-2 ta’ Mejju 1784. Il-kwadru titulari li tlesta fl-1745 u juri l-Assunzjoni tal-Vergni Marija hu attribwit lil Francesco Zahra. Il-pittura tas-saqaf saret fis-snin 60 minn Emvin Cremona.

Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija - GUDJA


Il-parrocca originali tal-Gudja kienet dik ta’ Bir Miftuh, li kienet wahda mill-ghaxar parrocci li kien hawn f’Malta fl-1436. Illum ir-rahal ta’ Bir Miftuh ma ghadux jezisti, izda l-knisja antika ghadha hemm u taghmel parti mill-parrocca ta’ zmienna. Il-knisja parrokkjali tallum, iddedikata lit-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija, bdiet tinbena bi pjanta ta’ Tumas Dingli bit-thabrik tal-kappillan Dun Gwann Gatt fl-1656 u tlestiet fl-1666. Hija kienet ikkonsagrata mill-isqof Vncenz Labini fil-11 ta’ Dicembru 1785. Jidher fuq nett fil-lista tal-kappillani, ghalkemm din m’hijiex shiha, Dun Blas Camilleri (1436-1446).


Knisja Parrokkjali ta’ Sidtna Marija tar-Ruzarju ta’ Fatima, GWARDAMANGA
 

Fl-1952 il-Patrijiet Dumnikani, bit-thabrik tal-Provincjal taghhom ta’ dak iz-zmien, P. Edmund Klimeck O.P. (1952-1956), bnew is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanga biex ikun ic-centru tal-krucjata tar-ruzarju. Il-knisja nbniet fuq pjanta tal-perit Roger Degiorgio. Is-Santwarju nfetah fis-sena 1955. L-istatwa titulari waslet mill-Portugall fl-1 ta’ Mejju 1956. F’Jannar 1968 l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi hareg cirkulari li biha gholla l-knisja ta’ Gwardamanga ghad-dinjità ta’ parrocca. L-ewwel Kappillan kien P. Vincenz Portelli O.P. Fost il-Kappillani li mexxew din il-parrocca kien hemm ukoll P. Pawl Cremona O.P., li llum hu l-Arcisqof mahbub taghna.
 


Parrocca ta’ Sidtna Marija tal-Karmnu - GZIRA
 

Il-Knisja Parrokkjali tal-Gzira hija marbuta ma’ storja interessanti li qajmet devozzjoni mill-aqwa lejn il-Madonna tal-Karmnu fost in-nies ta’ dak il-post. Fil-10 ta’ Lulju 1902 xi bahrin fis-sakra kienu ghaddejjin minn triq fil-Gzira u fettlilhom jitfghu gebla lil nicca tal-Madonna tal-Karmnu li kienet ma’ hajt ta’ dar quddiem il-pont tal-Gzira. Qisu b’ghageb soprannaturali dil-gebla baqghet imwahhla mal-hgiega tal-kwadru. Din il-grajja wasslet biex tinbena kappella ftit ’il boghod minn fejn kienet in-nicca li n-nies bdew isejhulha l-kappella tal-Madonna tal-Gebla. Il-kappella gholiet ghall-gieh ta’ Knisja Parrokkjali fl-1921, filwaqt li n-nies tal-post bdew ihabirku biex tinbena knisja akbar – dik tallum – li fl-1959 kienet ikkonsagrata u ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. L-ewwel Kappillan kien Dun Anton Manchè minn Birkirkara. Kappillan iehor li baqa’ stampat f’qalb in-nies tal-Gzira kien Dun Karlu Manchè mill-Belt li mexxa l-Parrocca bejn l-1935 u l-1950.
 

 
 H


Knisja Parrokkjali tal-Kuncizzjoni
- HAMRUN
 

Meta l-inhawi bejn il-Hamrun u Gwardamanga bdew jimtlew bin-nies, inhasset il-htiega li hemm tinbena knisja. Din telghet bit-thabrik ta’ Dun Edgar Vella u saret parrocca fl-1 ta’ Jannar 1968. Fost il-benefatturi tal-knisja, minbarra Dun Edgar, jissemmew ukoll l-Arcisqof Mikiel Gonzi u Mons. Mattew Chircop. Fit-28 ta’ Mejju 1988 Mons. Guzeppi Mercieca kkonsagra l-knisja u ddedikaha lill-Immakulata Kuncizzjoni. Il-kwadru titulari li naraw illum huwa kopja tal-Kuncizzjoni ta’ Murillo mahdum fil-muzajk fi Pietrasanta. L-istatwa titulari kienet irregalata lill-knisja mill-Arcikonfraternita ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni tal-knisja ta’ San Frangisk tal-Belt Valletta. L-ewwel kappillan kien Dun Guzepp Mifsud Bonnici.
 


Il-Parocca ta' San Gejtanu - HAMRUN
 
Fit-tieni nofs tas-seklu 19 il-Hamrun, jew kif kien maghruf dak iz-zmien, Via San Guiseppe, beda jikber minhabba l-izvilupp li sar fil-Port il-Kbir u bosta nies minn irhula ohra u minn Ghawdex bdew imorru joqoghdu hemm. Ghaldaqstant inhasset il-htiega li tinbena knisja gdida u kbira. L-ewwel gebla tqieghdet u tbierket fit-13 ta’ Gunju 1869 mill-isqof Carmelo Scicluna. Il-pjanta hazzizha l-perit Giorgio Schinas. Il-knisja l-gdida berikha l-istess isqof fil-11 ta’ Lulju 1875 filwaqt li ddedikaha lil San Gejtanu, il-qaddis tal-providenza, skond xewqa li kien wera qablu l-isqof Gejtan Pace Forno. Fl-1 ta’ Dicembru 1881 il-knisja ta’ San Gejtanu nghatat il-gieh ta’ parrocca. L-ewwel kappillan kien Dun Fortunat Valletta minn Birkirkara.
 
 
 I


                          Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Omm il-Knisja, TAL-IBRAG


            Il-knisja nbniet fl-1966 u b’digriet tas-6 ta’ Novembru 1989 twaqqfet bhala zona awtonoma gdida maqtugha mill-parrocci ta’ Birkirkara, San Giljan u Hal Gharghur. Fl-4 ta’ April 1999 saret parrocca u llum tigbor l-oqsma ta’ Sant’Andrija, is-Swieqi, tal-Ibrag, Upper Gardens, High Ridge, Victoria Gardens u l-Madliena. Il-festa ssir kull sena fit-8 ta’ Dicembru

 


Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija - IMQABBA
 

Il-knisja ta’ l-Imqabba saret parrocca f’Novembru 1598, fi zmien l-Isqof Gargallo. Hija nqatghet mill-parrocca ta’ Hal Kirkop u nghatat it-titlu ta’ l-Assunzjoni tal-Vergni Marija. L-ewwel kappillan kien Dun Gwann Mizzi. Fil-bidu l-kappella ta’ San Bazilju qdiet bhala knisja parrokkjali ghal bosta snin. Il-knisja li naraw illum tlestiet fl-1699 fuq pjanta ta’ Giovanni Barbara. Mons. Fra Giovanni Pellerano kkonsagraha fl-20 ta’ Mejju 1774. Fil-gwerra ta’ l-1939-45 il-knisja garrbet hsarat kbar u x-xoghol ta’ tiswija baqa’ sejjer sa l-1947. Fl-Imqabba jsiru zewg festi: dik ta’ Santa Marija fil-15 ta’ Awwissu, li hi t-titular, u dik tal-Madonna tal-Gilju. L-istatwa titulari ta’ Santa Marija nhadmet fl-injam minn Xandru Farrugia fl-1836. L-istatwa tal-Madonna tal-Gilju hadimha fil-katrapesta l-istatwarju famuz Karlu Darmanin fl-1876.
 


Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Guzepp – IMSIDA


Il-knisja ta’ l-Imsida saret parrocca fl-1867, izda sas-sena 1889 kienet taqdi bhala knisja parrokkjali dik l-antika tal-Kuncizzjoni. Il-knisja li naraw illum, iddedikata lill-Patrocinju ta’ San Guzepp, infethet ghall-kult fis-sena 1889. L-Arcisqof Pietru Pace kkonsagraha fit-22 ta’ April 1894. Benefattur kbir tal-knisja l-gdida kien Dun Frangisk Falzon, hu l-Beatu Nazju. Dan nistghu nghidu li nefaq il-wirt kollu tal-familja li kien waqa’ f’idejh, ghax kien l-ahhar wiehed li miet fosthom, fil-bini tal-knisja. Kien hu wkoll li hallas il-kwadru titulari xoghol ta’ Michele Cortegiani. Il-pittura ta’ l-apside hi ta’ Anton Inglott, filwaqt li dik tas-saqaf hi xoghol Emvin Cremona. L-ewwel kappillan kien Dun Salvatore Caruana (1867-1896).
 

 
 K


Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir
u Sidtna Marija tas-Sokkors - KERCEM


Ir-rahal Ghawdxi ta’ Kercem, li hu qrib hafna tal-belt Victoria, b
eda jikber madwar knisja ckejkna ddedikata lil San Girgor il-Kbir mibnija qrib l-1581. Din il-knisja kisbet importanza storika minhabba l-purcissjoni ta’ San Girgor li kull senassir lejha mill-Knisja Matrici tar-Rabat. Fl-1851 tlesta l-bini tal-knisja parrokkjali li mbaghad regghet tkabbret u saret kif narawha llum bejn l-1901 u l-1910. Din il-knisja saret parrocca fl-10 ta’ Marzu 1885 bil-bolla “Nostro Pastoralis” ta’ Ljun XIII, fi zmien l-Isqof Pietru Pace. Hija l-unika knisja f’Ghawdex li ghandha zewg festi titulari: dik ta’ San Girgor u dik tal-Madonna tas-Sokkors. Fil-bidu l-knisja kienet mohtara biss lil San Girgor, izda sa mis-17 ta’ Awwissu 1885 zdied it-titular l-iehor tal-Madonna tas-Sokkors. L-ewwel Kappillan kien Dun Guzepp Vella mir-Rabat.
 


Knisja Parrokkjali ta’ San Leonardu - KIRKOP
 

Lejn it-tmiem tas-seklu 16 Hal Kirkop kien qed jiehu hajja gdida. Nafu li Dun Karlu Taliana, li kien jamministra s-sagramenti fil-knisja ckejkna ta’ San Leonardu, f’Jannar 1592 kien digà beda jissejjah kappillan. Izda kien l-isqof Tumas Gargallo li meta f’dik l-istess sena miet il-kappillan ta’ Bir Miftuh, iddecieda li mil-limiti ta’ dik il-parrocca jaqta’ lil Hal Kirkop, l-Imqabba u Hal Safi, li fil-bidu kienu parrocca wahda, ghalkemm b’digriet ta’ l-1593 Dun Taliana nghata l-ordni li jmexxi l-parrocca minn Bir Miftuh. Kien dan il-qassis li hadem ghall-bini ta’ knisja parrokkjali gdida ddedikata lil San Leonardu ta’ Noblat. Il-knisja tallum tkabbret fl-1706, fl-1779 zdiditilha l-lanterna tal-koppla, filwaqt li z-zewg kampnari huma ta’ l-1860. L-isqof Vincenz Labini kkonsagraha fl-10 ta’ Novembru 1782.
 

 
 L


Knisja Parrokkjali ta’ Sidna Gesù Kristu Salvatur - LIJA

 

Hal Lija nqata’ minn Birkirkara bhala parrocca ghalih fis-6 ta’ Frar 1594, meta l-isqof Gargallo waqqaf il-parrocca l-gdida taht it-titlu tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. L-ewwel kappillan, li ha l-pussess fit-18 ta’ Frar 1594, kien Dun Marju Grech, li hadem kemm felah biex fil-parrocca tieghu tikber il-qima lejn Gesù Salvatur. Fl-istorja naraw li l-kappillani kollha, wiehed wara l-iehor, ilkoll taw sehemhom biex izejnu l-knisja parrokkjali l-gdida u jaghmlu minnha dak it-tempju tabilhaqq sabih li naraw illum moghni u mzejjen b’opri kbar ta’ l-arti. Fost l-opri nsemmu biss l-istatwa glorjuza ta’ Gesù ttrasfigurat bejn Mosè u Elija, wiehed mill-kapolavuri ta’ Karlu Darmanin.

 
 M


Knisja Parrokkjali ta’ Marja Regina – MARSA

Wara l-ahhar gwerra l-patrijiet Frangiskani Kapuccini tal-Parrocca tat-Trinità tal-Marsa hadu hsieb jibnu knisja gdida ghan-nies li kienu joqoghdu f’tarf iz-zona parrokkjali u kellhom daqsxejn boghod ghall-knisja. Il-knisja l-gdida nbniet fuq pjanta tal-perit Guzè Damato li hadem minghajr ebda hlas. Fil-bidu l-knisja kienet iddedikata lill-Madonna tad-Dmugh ta’ Siracusa, izda mbaghad, b’xewqa tan-nies stess, fis-26 ta’ Gunjun 1968, l-Arcisqof Mikiel Gonzi bidel it-titular f’dak ta’ Marija Regina. L-ewwel statwa titulari saret f’Bolzano ghand id-ditta Munser u hallas ghaliha l-benefattur Guzeppi Dimech, izda dik tallum ghamilha l-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi b’induratura ta’ Manwel Darmanin. Il-knisja saret parrocca fl-1 ta’ Frar 1967. L-ewwel Kappillan kien P. Kalcidon Baldacchino OFMCap
 


Parocca tat-Trinita - MARSA


Fi tmiem is-seklu 19 il-Marsa kienet bdiet tikber gmielha u mijiet ta’ familji bdew jghammru lejn in-naha t’isfel tal-Hamrun qrib id-dahla gewwiena tal-Port il-Kbir. Ghalhekk kienet bdiet tinhass il-htiega li tinbena knisja ghall-kura spiritwali ta’ dawn il-familji. Il-koppja Lorenzo u Marija Karmela Balbi, negozjanti ghonja mill-parrocca ta’ San Duminku tal-Belt, indahlu ghall-bicca xoghol li jhallsu ghall-bini ta’ knisja fil-Marsa, li nbniet fuq pjanta tal-perit Gian Domenico Debono. Fl-istess hin is-Sur Balbi ghamel talba lill-Arcisqof biex il-knisja tithalla f’idejn il-patrijiet Kapuccini. Billi din it-talba ntlaqghet dan il-benefattur ried jibni wkoll kunvent biex fih jghammru dawn il-patrijiet. B’digriet ta’ l-Arcisqof Pietru Pace, il-Knisja tat-Trinità fil-Marsa saret parrocca fit-12 ta’ April 1913. L-ewwel kappillan kien P. Piju minn Ghawdex.
 


Parocca ta' Sidtna Marija ta' Pompei - MARSAXLOKK
 

Ghall-habta tas-snin 1890-92, bis-sahha tal-Markiza Roza Apap Testaferrata f’Masaxlokk inbniet il-knisja ddedikata lill-Madonna tar-Ruzarju ta’ Pompei, fuq pjanta ta’ Dun Guzepp Diacono, Arcipriet tax-Xaghra, Ghawdex, li kien dilettant. Il-Markiza harget il-flus ghall-bini filwaqt li l-familja Zammit Gauci minn Haz-Zebbug tat l-art. Fis-27 ta’ Settembru 1892, b’digriet ta’ l-isqof Pietru Pace, din il-knisja saret vici parrocca. Dan sar ghax inhasset il-htiega pastorali minhabba fil-boghod mill-knisja parrokkjali ta’ Santa Katerina fiz-Zejtun. Id-digriet li bih imbaghad Marsaxlokk sar parrocca ghalih hareg fil-11 ta’ Jannar 1897. l-ewwel kappillan kien Dun Salv Delia. Kien fi zmien dan il-kappillan li waslet minn Lecce l-istatwa ferm sabiha tal-Madonna tnewwel il-kuruna tar-Ruzarju lill-patrijarka San Duminku u lil Santa Katerina ta’ Siena.


Twelid tal-Vergni Marija - MELLIEHA
 

Dik tal-Mellieha hija wahda mill-ghaxar parrocci msemmija f’dokument tas-sena 1436, imma spiccat minn parrocca meta r-rahal tbattal min-nies minhabba l-biza’ tal-furbani, izda d-devozzjoni ghas-santwarju tal-Madonna, l-eqdem wiehed f’pajjizna, ma spiccax qatt. Il-knisja tal-Mellieha regghet saret parrocca fl-1844, u fil-5 ta’ Settembru 1883 il-Kappillan Dun Frangisk M. Magri bierek l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida. Din imbaghad, meta tlestiet, berikha l-Isqof Pietru Pace fil-5 ta’ Settembru 1897. L-Isqof Mawru Caruana kkonsagraha fit-18 ta’ Frar 1930. Fis-26 ta’ Mejju 1990 il-Papa Gwanni Pawlu II, fl-ewwel zjara tieghu f’Malta, zar is-santwarju tal-Mellieha u fil-pjazza ta’ quddiemu kellem lill-qraba tal-missjunarji Maltin.
 


Knisja Arcipretali ta’ Marija Assunta - MOSTA
 

Ghalkemm Mons. Dusina, fir-rapport taz-zjara pastorali tieghu fl-1575 halla miktub li l-knisja tal-Mosta kienet parrocca, din fis-sewwa saret parrocca fl-1608, u n-nies tar-rahal bdew minnufih jahsbu ghall-bini ta’ knisja gdida fuq pjanta ta’ Tumas Dingli. Din il-knisja twaqqghet biex tinbena l-knisja li naraw illum fuq disinn tal-perit Gorg Grognet de Vasse. Il-knisja kienet ikkonsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1871. Hija knisja li f’Malta kulhadd jghozzha u jiftahar biha ghax hi tabilhaqq gawhra ta’ l-arkitettura. Skond ma jinghad, il-koppla tar-rotunda hija t-tielet wahda fil-kobor fid-dinja wara dik ta’ San Pietru fil-Vatikan u l-ohra ta’ San Pawl f’Londra. Kif tilmahha tfakkret fil-Pantheon ta’ Ruma. Huwa bini mbierek minn Alla u l-Madonna. Bizzejjed infakkru dak li gara nhar il-Hamis, 9 ta’ April 1942, meta r-rotunda ntlaqtet b’bomba kbira mixhuta minn ajruplan Nazista izda din ma splodietx, u mill-400 ruh li kienu migburin fil-Knisja hadd ma wegga’. L-istatwa titulari ta’ Santa Marija hi xoghol l-iskultur Salvatore Dimech li hadimha fl-1868. Censu Apap irrangaha fl-1948, filwaqt li Manwel Darmanin induraha mill-gdid fl-1985
 


Knisja Parrokkjali tan-Nawfragju ta’ San Pawl - MUNXAR


Fit-22 ta’ Marzu 1916 il-Munxar libes il-libsa tal-festa. Dak li kienu ilhom joholmu bih il-Munxarin ghal ghoxrin sena kien sa jsehh. Kienet sa titqieghed l-ewwel gebla tal-knisja fuq art moghtija mill-ahwa Wenzu, Guzepp u Marija Cassar, ta’ Katalla. Meta l-knisja tlestiet kienet iddedikata lin-Nawfragju ta’ Missierna San Pawl. Il-kwadru titulari hu xoghol ta’ Robert Caruana, filwaqt li l-istatwa hija xoghol ta’ Wistin Camilleri. Fit-12 ta’ Dicembru 1957 Mons. Guliermu Pace, Kancillier tal-Kurja, qara quddiem knisja mizghuda d-digriet ta’ l-Isqof Pace, li bih il-knisja ta’ San Pawl saret parrocca b’sehh mill-15 ta’ l-istess xahar. L-ewwel qassis li mexxa l-parrocca kien Mons. Karm Xuereb, izda l-ewwel kappillan kien Dun Alan Fenech li ha l-pussess fit-8 ta’ Marzu 1959.

 

 
 N

Knisja Arcipretali, Bazilka u Kolleggata
ta’ San Pietru u San Pawl - NADUR, Ghawdex

 

Fit-28 ta’ April 1688, l-Isqof Davide Cocco Palmieri, b’digriet li sar f’ghamla ta’ kuntratt quddiem in-Nutar Giovanbattista Dorbes, qata’ lin-Nadur mill-Matrici ta’ l-Assunta, u ghamlu parrocca ghalih; it-territorju kien ihaddan fih terz ta’ Ghawdex. L-ewwel Kappillan kien Dun Bernard Haber. Fit-22 ta’ Settembru 1864 Mons. Mikiel Frangisk Buttigieg, qassis min-Nadur, lahaq l-ewwel Isqof tad-Djocesi l-gdida ta’ Ghawdex. Fid-19 ta’ Dicembru 1894 l-istess knisja nghatat il-gieh ta’ Kolleggata mill-Papa Ljun XIII bil-bolla Sanctae Romanae Ecclesiae. Aktar qrib lejn zmienna, imbaghad, fis-26 ta’ Gunju 1967, il-Papa Pawlu VI ta lill-knisja tan-Nadur il-gieh ta’ Bazilka Minuri. Ma nistghux f’nota qasira bhal din niddeskrivu l-gmiel artistiku tat-tempju tan-Nadur. Nghidu biss li dan hu monument sublimi mghammar bl-aqwa u l-isbah xoghlijiet ta’ l-arti, li jaghtu gieh liz-zewg kolonni tal-Knisja ta’ Kristu: Pietru u Pawlu.
 

 
 Q


Il-Knisja Arcipretali ta’ San Guzepp - QALA, Ghawdex

 

B’editt ta’ l-Isqof ta’ Ghawdex Antonio Grech Delicata, il-knisja tal-Qala saret parrocca fl-20 ta’ Frar 1872. Mis-sena 1890 il-knisja parrokkjali hi dik ta’ San Guzepp, Patrun tal-Knisja Universali, izda qabilha kienet taqdi ta’ parrocca l-knisja ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni. Meta s-santwarju tal-Kuncizzjoni sar zghir ghall-htigiet tal-parrocca, in-nies tar-rahal hasbu biex jibnu knisja gdida, akbar minn dik li kellhom. L-ewwel gebla tqieghdet fid-19 ta’ Marzu 1882. Sa Jannar 1889 tlestiet l-ewwel parti tal-knisja l-gdida u ftit wara lejha kienet ittrasferita s-sede parrokkjali. L-istatwa titulari ta’ San Guzepp izzanznet fis-27 ta’ April 1890, dakinar li saret l-ewwel festa esterna tal-Patrijarka. Il-kwadru titulari, xoghol Guzeppi Calì, fit-8 ta’ Awwissu 1971 kien inkurunat solennement mill-Kardinal Giovanni Colombo, Arcisqof ta’ Milan. L-ewwel kappillan kien Dun Salv Grima (1872-1880).

 

Knisja Arcipretali ta’ San Gorg - QORMI


Hal Qormi hu wahda mill-parrocci li digà kienu jezistu fl-1436. Ghoxrin sena wara din id-data kienet inbniet knisja ohra bit-thabrik tal-kappillan Dun Gulju Lombardi u fl-1584 inbniet il-knisja li naraw illum. Din zdidulha l-kampnari fl-1684. Mill-parrocca ta’ San Gorg harget l-ewwel parrocca tal-Belt Valletta li hi dik ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku. Barra milli hi gojjell ta’ l-arkitettura, il-knisja arcipretali ta’ San Gorg hija muzew ta’ l-arti li fih jinsabu ghadd kbir ta’ opri kbar li mhux possibbli jissemmew f’din in-nota. Insemmu biss it-titular attribwit lil Mattia Preti, u l-istatwa titulari ferm sabiha tal-Megalomartri xoghol l-iskultur Qormi Pietru Felici (1669-1743). L-ewwel kappillan kien Dun Mark de Torrante (1436-1456).
 


KNISJA PARROKKJALI TA’ SAN SEBASTJAN
- QORMI
 

 Fil-5 ta’ Jannar 1936 ha l-pussess Dun Alwig Psaila, l-ewwel kappillan tat-tieni parrocca ta’ Hal Qormi ddedikata lil San Sebastjan, martri, protettur kontra l-marda tal-pesta. Fl-1889 qrib l-istatwa ta’ dan il-qaddis f’Hal Qormi li kienet ittellghet b’radd ta’ hajr wara l-pesta ta’ l-1813, inbniet knisja ddedikata lilu. Din fl-1918 bdiet taqdi bhala vici parrocca, izda billi kienet ckejkna wisq, hekk kif fl-1936 saret parrocca, nibet il-hsieb li tinbena knisja akbar mhux ’il boghod minnha. Fis-27 ta’ Jannar 1946 l-Arcisqof Mikiel Gonzi bierek l-ewwel gebla tal-knisja grandjuza li bdiet tinbena fuq pjanti ta’ Arthur Zammit u tal-perit Annetto Mifsud Ellul. Il-knisja l-gdida kienet ikkonsagrata nhar il-Hadd 19 ta’ Jannar 1986.
 


Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija - QRENDI
 

Il-knisja tal-Qrendi ilha li saret parrocca mill-1618. Hija nqatghet mill-Knisja Arcipretali taz-Zurrieq, u waqqafha bhala parrocca l-Isqof Baldassare Cagliares. Il-knisja l-qadima nbniet fl-1644, u fl-1717 inbniet il-knisja li naraw illum. Hija ddedikata lit-Tlugh tal-Vergni Marija fis-sema. Il-festa ssir kull sena nhar il-15 ta’ Awwissu u hija wahda mis-“seba’ Santamarijiet”. L-ewwel kappillan kien Dun Salvatore Burlò, li dam sentejn biss u warajh lahaq Dun Gamri Camilleri (1620-1668). L-istatwa artistika ta’ Santa Marija hadimha Antonio Chircop fl-1840. Barra mill-istatwa titulari, fil-Qrendi nsibu bosta tezori ta’ l-arti, bhalma huma l-istatwi tal-Madonna ta’ Lourdes, li taghha ssir festa kbira, dik tar-Ruzarju, tac-Cintura u tad-Duluri, barra minn ghadd ta’ kwadri, l-isbah fosthom dak ta’ San Stiefnu ta’ Stefano Erardi. Ma rridx inhalli barra li fis-sagristija hemm pittura ta’ Marija Assunta flimkien ma’ l-Appostli, xoghol ta’ Rokku Buhagiar, li sa l-1917 kienet fil-kor.
 

 
 R


Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Sultan - RAHAL GDID
 

Ir-Rahal il-Gdid sar parrocca ghalih fl-1910 u l-ewwel knisja parrokkjali kienet dik ta’ Santa Ubaldeska, li l-gvern kien taha lill-Knisja. Ghalkemm din tkabbret, xorta baqghet zghira wisq ghan-nies li marru joqoghdu dik in-naha. Ghalhekk inhasset il-htiega li tinbena knisja gdida. L-ewwel gebla tqieghdet mill-Vigarju Generali Mons. Angelo Portelli O.P. fit-23 ta’ Frar 1924. Fl-1925 il-Papa Piju XI waqqaf il-festa ta’ Kristu Sultan u xtaq li d-dinja Kattolika kollha tibda ticcelebra bil-kbir din il-festa. Ghalhekk sar qbil li l-knisja l-gdida tkun iddedikata lil Kristu Sultan. Il-bini majestuz, imfassal fuq pjanta tal-perit Guzè D’Amato, tlesta f’Novembru 1959.
 

 
 S
  
Knisja Parrokkjali tal-Konverzjoni ta’ San Pawl - SAFI

Fl-imghoddi mbieghed Hal Safi, li kien digà jezisti bhala rahal fl-1419, kien jaghmel mal-parrocca ta’ Bir Miftuh, imbaghad sar jiddependi minn Hal Kirkop. Fl-1598, wara talba li saret lill-isqof Gargallo, Hal Safi nqata’ minn Hal Kirkop u sar parrocca ghalih. Il-knisja li naraw illum bdiet tinbena fl-1727 fil-post fejn qabel l-1574 kien hemm knisja ohra mohtara lil San Pawl. Il-bini tlesta fl-1740 u l-knisja kienet ikkonsagrata fl-1784 bit-titular imsemmi ghall-Konverzjoni ta’ San Pawl. L-istatwa titulari, li zzanznet fil-festa ta’ l-1840, hi xoghol l-skultur Zejtuni Xandru Farrugia. Kappillan li baqa’ jissemma ghall-mod kif qajjem il-festa ta’ San Pawl li ssir fir-rahal hu Dun Guzepp Caruana, li lahaq kappillan fl-1725.
 


Knisja Parrokkjali ta' San Giljan - SAN GILJAN
 

Aktarx li d-devozzjoni lejn San Giljan fl-inhawi msemmijin ghalih hi qadima aktar mill-migja tal-Kavalieri f’Malta. Il-knisja z-zghira msejha “ta’ Lapsi” fl-1848 saret vici parrocca ta’ Birkirkara. Fl-1854 tkabbret u fl-1891 saret parrocca ghaliha. L-ewwel kappillan kien Dun Guzepp Xerri, filwaqt li l-itwal parrokat kien dak ta’ Dun Amabile Bonanno (1908-1942). L-istatwa titulari hi bicca xoghol sabiha fil-kartapesta ta’ Karlu Darmanin u tlestiet fit-13 ta’ Awwissu 1893. Fi zmien aktar qrib lejna l-knisja l-qadima ckienet wisq ghan-nies ta’ San Giljan u ghalhekk fl-1961, fi zmien il-parrokat ta’ Dun Gwido Calleja, beda l-bini tal-knisja l-gdida fuq pjanta tal-perit Arturo Zammit. Din tlestiet fl-1968 u kienet ikkonsagrata fis-17 ta’ Dicembru 1978. Il-Papa Gann-Pawl II fl-ewwel zjara tieghu fl-1990, iltaqa’ ma’ l-intellettwali Maltin f’din il-knisja.
 


Knisja Parrokkjali ta
' Sidtna Marija ta' Lourdes - SAN GWANN


Meta l-inhawi ta’ San Gwann tal-Gharghar, wara l-gwerra, bdew jizviluppaw, l-Arcisqof Mikiel Gonzi talab lill-patrijiet Kapuccini biex jidhlu huma jiehdu hsieb il-htigiet spiritwali tan-nies. Il-knisja, iddedikata lill-Madonna ta’ Lourdes, inbniet fuq pjanta tal-perit J.R. Colombo, li ha l-idea generali mill-bazilka ta’ San Paolo fuori le mura ta’ Ruma, tlestiet fl-1959. 
Il-konsagrazzjoni tal-knisja saret fit-12 ta’ Mejju 1962. Inhatret parrocca b’digriet mill-Kurja ta’ l-Arcisqof fit-12 ta’ Settembru 1965. L-ewwel kappillan kien P. Leopoldu Tabone OFMCap.

 


Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz - SAN LAWRENZ, Ghawdex


Ir-rahal ckejken izda helu ta’ San Lawrenz jinsab fil-punent ta’ Ghawdex, qrib hafna tas-Sanwarju-Bazilka ta’ Pinu. Fl-imghoddi l-inhawi ta’ San Lawrenz kienu jaghmlu parti mill-Parrocca tal-Gharb. Fil-15 ta’ Marzu 1893 l-Vatikan laqa’ t-talba tal-poplu ta’ San Lawrenz u bl-Ittra Appostolika Dignum Arbitramur qata’ ’l dar-rahal mill-Gharb u hatru parrocca ghalih. Fis-7 ta’ Mejju ta’ l-istess sena l-Isqof Camilleri hareg l-Editt ghall-ezekuzzjoni ta’ l-Ittra Appostolika u fil-21 ta’ Mejju ta’ l-istess sena, nhar Ghid il-Hamsin, Dun Salv Portelli ha l-pussess ta’ Kappillan tal-Parrocca l-gdida ddedikata lil San Lawrenz Levita u Martri. L-istatwa titulari tal-qaddis ingiebet minn Marsilja u waslet hawn nhar l-4 ta’ Awwissu 1895.
 


Knisja Parrokkjali Matrici ta’ Santa Margerita, 
SANNAT, Ghawdex

Din il-Parrocca hija l-unika wahda ddedikata lil Santa Margerita ta’ Antjokja, Vergni u Martri, f’Malta u Ghawdex. Hija qaddisa martri li ghexet fit-tielet seklu. Il-Parrocca ta’ Santa Margerita f’Ta’ Sannat twaqqfet permezz tad-digriet Cum in prima li hareg l-Isqof Davide Cocco Palmieri fit-28 ta’ April 1688. B’dak id-digriet kienu twaqqfu erba’ parrocci f’Ghawdex u dik ta’ Santa Margerita tissemma l-ewwel wahda fosthom. Din saret Matrici fl-1957 meta l-Munxar inqata’ parrocca ghalih. L-ewwel kappillan kien Dun Lazzru Camilleri. Il-knisja kkonsagraha l-Isqof Alpheran de Bussan fit-18 ta’ Ottubru 1755. Il-kwadru titulari, xoghol ta’ Stefano Erardi (1630-1716), juri l-figura ta’ Santa Margerita fic-centru, bil-palma f’idejha u bis-salib b’hamiema fuqu, ftit ’il fuq minn rasha hemm kuruna f’idejn anglu u hdejn riglejn il-qaddisa naraw dragun feroci. L-istatwa titulari hi bicca xoghol sabiha ta’ Karlu Darmanin (1825-1909). 
 


Knisja Parrokkjali ta’ San Piju X - SANTA LUCIJA
 


Wara l-ahhar gwerra, barra Hal Tarxien bdiet tielgha qatgha bini li fi zmien tabilhaqq qasir tant kibret, li malajr inhasset il-htiega li dik in-naha tinqata’ bhala parrocca ghaliha. Ghalhekk inbniet knisja mohtara lill-Papa San Piju X, li Mons. Mikiel Gonzi berikha fl-4 ta’ Gunju 1972, filwaqt li Mons. Guzeppi Mercieca kkonsagraha fl-4 ta’ Gunju 1992. Ix-xoghol tal-pjanti tal-knisja, li nbniet fi stil Romaniku, kien f’idejn il-periti Italo Raniolo u Edgar Caruana Montaldo. Id-digriet tal-parrocca hareg qabel ma tlesta l-bini, fit-8 ta’ Lulju 1969, u l-ewwel Kappillan kien Dun Guzepp Bugeja mill-Imqabba.
 


Knisja Arcipretali ta’ San Nikola ta’ Bari
- SIGGIEWI
 

Il-knisja tas-Siggiewi ilha li nhatret parrocca minn qabel l-1436, izda mill-bini tal-knisja l-qadima ma fadalx ghajr parti zghira li tinsab f’xi wahda mill-kappelluni tal-knisja tallum. Din inbniet fl-1675 fuq disinn ta’ Lorenzo Gfà u damet tlettax-il sena biex tlestiet. Il-knisja li hi ddedikata lil San Nikola isqof ta’ Mira, imsejjah ukoll ta’ Bari, regghet tkabbret fl-1862 fuq disinn ta’ Dr. Nikola Zammit. Il-knisja hija mzejna b’bosta opri artistici, izda fosthom l-aktar wahda li tispikka hija l-istatwa titulari tal-qaddis ekumeniku, Patrun tas-Siggiewi u s-Siggiwin. Din hadimha fl-injam l-iskultur Qormi Pietro Felici fl-1736. L-ewwel wiehed li nsibu fil-lista tal-kappillani hu Dun Enrico Callus li kien kappillan bejn l-1436 u l-1474. Mill-1960 il-parrocca kisbet il-gieh ta’ Knisja Arcipretali.
 


Knisja ta’ Gesù Nazzarenu - SLIEMA

 

Il-knisja ta’ Gesù Nazzarenu bnieha l-Markiz Ermolao Zimmermann Barbaro di San Giorgio. L-ewwel gebla tqieghdet fit-18 ta’ April 1893 u kienet ikkonsagrata fit-2 ta’ Lulju 1895. Fis-6 ta’ Marzu 1909 il-knisja thalliet f’idejn il-Patrijiet Dumnikani. Fl-1925 beda x-xoghol ta’ tkabbir, li izda kellu jieqaf minhabba nuqqas ta’ mezzi. Ix-xoghol imbaghad tkompla u l-knisja tbierket fl-eqqel tal-gwerra, nhar is-27 ta’ Dicembru 1941; sena wara saritilha xi hsara bil-gwerra, fost l-ohrajn inqered il-kwadru titulari li kien xoghol ta’ Attilio Palombi. Il-kwadru attwali, kopja ta’ dak ta’ Monticelli, huwa xoghol ta’ Oscar Testa. Hemm ukoll statwa titulari li hadimha Censu Apap. Fis-26 ta’ Awwissu 1973 b’cirkulari ta’ l-Arcisqof Gonzi, is-santwarju ta’ Gesù Nazzarenu nghata l-gieh ta’ parrocca. Il-parrocca ta’ Tignè hadet it-territorju taghha mill-Matrici ta’ Stella Maris. L-ewwel kappillan kien P. Gabrijel Ciantar O.P. li qeda sa l-1981.
 


K
nisja Parrokkjali Ta' San Girgor - SLIEMA

 

Matul is-snin ghoxrin tas-seklu li ghadda bdiet tinbena x-xaqliba ta’ Tas-Sliema li thares lejn San Giljan. Meta din l-art, maghrufa bhala “tal-Kortin”, sfat popolata sewwa, inhasset il-htiega li tinbena knisja gdida biex taqdi l-htigiet spiritwali tan-nies ta’ l-inhawi. Il-perit Godwin Galizia ghamel il-pjanti fuq stil Romanesk. L-ewwel gebla tqieghdet mill-isqof Mawru Caruana fil-20 ta’ Awwissu 1923. Il-bini tlesta fl-1940, fil-qierah tal-gwerra, u l-knisja l-gdida, iddedikata lil San Girgor il-Kbir, gholiet ghad-dinjità ta’ Parrocca b’digriet ta’ Mons. Caruana li hareg fit-23 ta’ Novembru 1940. L-ewwel kappillan kien Dun Karm Farrugia. L-isqof Caruana jinsab midfun f’din il-knisja.
 


Knisja Parrokkjali ta’ Sidtna Marija tal-Karmnu fil-Balluta, SLIEMA

 

Fl-inhawi ta’ bejn Tas-Sliema u San Giljan, fil-bajja tal-Balluta, sa mis-sena 1859 kien hemm knisja, mibnija fi stil Longobard fuq pjanta tal-perit Guzè Bonavita, iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din kienet hallset ghaliha l-konfraternita tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Fl-1877 il-knisja nbniet mill-gdid fi stil Gotiku fuq pjanta ta’ l-inginier G. Privitera, u nghatat lill-patrijiet tal-Karmnu, li fl-1900 regghu kabbruha. Fl-1958 imbaghad rega’ nbeda l-bini tal-knisja kif nafuha llum u fl-1974 saret parrocca. L-ewwel kappillan kien P. Damjan Cachia O.Carm., li baqa’ jaqdi sa l-1982. Sbieh huma t-twieqi artistici ta’ l-istained glass li jsebbhu lil din il-knisja. Il-konsagrazzjoni tal-knisja saret minn Mons. Guzeppi Mercieca nhar it-12 ta’ Dicembru 1988.


Knisja Parrokkjali u Matrici tal-Vergni Marija Kewkba tal-Bahar – SLIEMA

 

F’nofs is-seklu dsatax Tas-Sliema beda jsir post ta’ villeggatura ghan-nies tal-Belt Valletta. Fil-bidu kienet tintuza l-knisja tal-Madonna tal-Grazzja ghall-qadi spiritwali tan-nies tal-post, izda malajr in-nies kibret u bdiet tinhass il-htiega li tinbena knisja akbar. Din tlestiet fl-1854 fuq pjanta tal-perit Emmanuel Bonavia, li kien benefattur tal-knisja li kienet iddedikata lill-Vergni Marja Kewkba tal-Bahar. Aktar tard il-knisja tkabbret u fl-1878 inqatghet minn Birkirkara u saret parrocca ghaliha. L-ewwel kappillan kien Dun Frangisk Vincenz Manchè li baqa’ msemmi ghall-hidma tieghu b’rizq il-parrocca l-gdida. Il-kwadru titulari tal-pittur Marc’Antonio (1583), li qabel kien jinsab fil-parrocca tal-Portu Salvu tal-Belt, juri lil Sdtna Marija tal-Portu Salvu b’San Duminku u San Tumas ta’ Aquino. Jidhru wkoll il-kavalier Vincenzo Carafa gharkobbtejh u xi xwieni fil-port.
 

 
 T


Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata - TARXIEN
 

Il-knisja ta’ Hal Tarxien mohtara lit-Thabbira tal-Mulej saret parrocca fl-1592. Hija nbniet fil-post fejn qabel kien hemm tliet knejjes zghar li kellhom bhala titulari lil San Pawl, San Luqa u San Nikola. Aktarx li kien Vittorio Cassar, bin Glormu, li hazzez il-pjanta, izda aktar tard Lorenzo Gafà biddel ftit l-istruttura taghha biex jenfasizza aktar l-istil barokk. Il-parrocca, maqtugha mill-matrici ta’ Bir Miftuh, waqqafha l-Isqof Tumas Gargallo u l-ewwel kappillan kien Dun Bastjan Cuscusù. Il-kwadru titulari li naraw illum hu xoghol ta’ Pietro Gagliardi. L-istawa titulari ta’ Marija Annunzjata, li xhin thares lejha tnissillek il-paci f’qalbek, hi xoghol fl-injam taz-Zejtuni Xandru Farrugia u tlestiet fl-1829.
 

 
 V


Knisja Parrokkjali Matrici Principali u Insinji Bazilka ta’ Santa Marija
tal-Portusalvu u San Duminku –
VALLETTA
 

Id-Dumnikani, kif bdiet tinbena l-Belt Valletta, qasmu l-Port il-Kbir u mill-Birgu resqu lejn “Xebb ir-Ras” biex jassistu spiritwalment lill-bennejja u lin-nies li bdew imorru joqoghdu fil-belt il-gdida. Hekk kif tqieghdet l-ewwel gebla, P. Damjan Taliana u P. Frangisk Fiteni, it-tnejn Dumnikani, marru Ruma biex jaqilghu l-grazzja minghand il-Papa li l-knisja li kienu qed jibnu ssir il-Parrocca tal-Belt kollha. Dik il-habta d-djocesi ta’ Malta kienet “sede vacante”. Il-Papa San Piju V, Dumnikan kbir iehor, laqa’ lil shabu l-patrijiet u fit-2 ta’ Lulju 1571 b’“motu proprio” gholla l-knisja tal-Portusalvu ghall-grad ta’ Parrocca tal-Belt Valletta. Fil-25 ta’ Marzu 1816 il-Papa Benedittin Piju VII hareg “breve” li bih gholla lil dil-Parrocca tal-Patrijiet Predikaturi ghad-dinjità ta’ Bazilka Minuri. B’hekk din saret l-ewwel Bazilka f’Malta. Sena wara, fis-16 ta’ Jannar 1817, il-patrijiet, bil-hidma tal-Isqof Mattei, qalghu minghand Piju VII l-privilegg uniku li jilbsu l-muzzetta kanonikali u r-rukkett b’gharfien tal-hidma taghhom fost il-poplu tal-Belt waqt l-imxija tal-pesta. Kbar huma t-tezori li thaddan fiha din il-knisja, imma hawn bizzejjed insemmu l-istatwa tal-Patrijarka San Duminku ta’ Guzman. Mnejn giet u min ghamel l-istatwa ma nafux izda dan il-kapolavur jissemma l-ewwel darba fil-kotba tal-amministrazzjoni tal-kunvent fis-16 ta’ Awwissu 1687.

 


Knisja Kolleggata Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu - VALLETTA
 

Il-knisja ta’ San Pawl inbniet fl-1577 fuq disinn ta’ Glormu Cassar. Sakemm tlesta l-bini tal-knisja, il-kappillan mahtur mill-Isqof kien jamministra s-sagramenti mill-knisja tal-Karmelitani tal-Belt. Il-knisja regghet inbniet bejn l-1639 u l-1679, filwaqt li l-kappelluni regghu saru mill-gdid fl-1835. Fl-1733 bil-Breve tal-Papa Klement XII il-Knisja gholiet ghad-dinjità ta’ kolleggata. Kbar wisq huma t-tezori artistici mharsin f’din il-knisja, izda l-eghzez wiehed fosthom hija r-relikwa tad-driegh ta’ San Pawl, li nghatat lill-Kolleggata fl-1823 minn Vincenzo Aloisio Bonavia. Hemm ukoll il-kolonna ta’ qtugh ir-ras ta’ San Pawl li fl-1817 il-Papa Piju VII irregalaha lill-Kapitlu. Famuza, sabiha u ghaziza ferm hija l-istatwa titulari minquxa minn Melchiorre Gafà, li hallas ghaliha n-nobbli Paolo Testaferrata. L-ewwel kappillan li jissemma fl-1571 kien Dun Teramo Balzan.
 


Il-Katidral ta' Santa Marija - VICTORIA, Ghawdex
 

L-eqdem dokumenti juru li l-knisja tac-Cittadella fir-Rabat ta’ Ghawdex, iddedikata lil Santa Marija, mhux biss kienet parrocca, imma kienet ukoll tissejjah “Matrici” u l-kappillan taghha “Arcipriet”. De Soldanis jikteb: “Dan it-tempju kien ikkonsagrat lil Sidtna fis-sena 60 tal-fidwa taghna. Fih bdew jaduraw lill-veru Alla.” Din l-istqarrija, naturalment, ghad li turi l-qedem tat-titular, hija esagerazzjoni anakronistika ghax il-festa ta’ l-Assunta ma dahlitx fil-punent qabel is-seba’ seklu. Il-Matrici ta’ l-Assunta gholiet ghall-grad ta’ Kolleggata fl-20 ta’ Ottubru 1663 bil-bolla Superna Dispositione tal-Papa Alessandru VII. Meta mbaghad fit-23 ta’ Ottubru 1864 Ghawdex sar djocesi ghalih bil-bolla Singulari Amore tal-Papa Piju IX, il-Knisja Kolleggata ta’ Santa Marija gholiet ghall-gieh ta’ Katidral. L-ewwel Arcipriet tal-Katidral kien il-Kan. Dun Mikiel Zammit.
 

 
 X


Knisja Arcipretali, Kolleggata u Bazilka ta’ Marija Bambina –XAGHRA


Il-parrocca tax-Xaghra twaqqfet fis-sena 1688 u l-ewwel knisja parrokkjali kienet dik ta’ Sant’Anton Abbati. It-tieni knisja (1692) kellha bhala titular lill-Madonna tal-Grazzja, izda dan malajr inbidel f’dak tat-Twelid tal-Madonna u ghadu hekk sallum. Fid-9 ta’ Marzu 1899, fi zmien il-kappillan Dun Guzepp Diacono, it-tielet knisja ta’ Marija Bambina, li naraw illum, saret Kolleggata. Fl-1967, fi zmien l-Isqof Mons. Nikol Cauchi, il-Kolleggata tax-Xaghra gholiet ghad-dinjità ta’ Bazilka. Ma jistax ikun li hawn insemmu l-opri sbieh li jinsabu migburin f’dan il-monument prezzjuz ta’ arti sagra. Nghidu biss li l-knisja hi miksija bl-ifjen irham interzjat li nhadem fi Pietrasanta. Waqt mill-aktar ghaziz ghall-komunità parrokkjali kien dak tat-2 ta’ Settembru 1973 li fih Mons. Cauchi meghjun mill-Isqfijiet Vito Roberti u Emanuel Galea qieghed kuruna tad-deheb fuq ras Marija Bambina.
 


Knisja Arcipretali Ta’ San Gwann Battista - XEWKIJA
 

Ix-Xewkija kienet l-ewwel rahal Ghawdxi li nqata’ bhala parrocca ghalih fis-27 ta’ Novembru 1678 fi zmien l-Isqof ta’ Malta Mikiel Glormu Molina. L-ewwel kappillan kien Dun Grezzju Farrugia mill-Belt Valletta. Bit-thabrik ta’ dan il-kappillan il-knisja l-qadima, iddedikata lil San Gwann Battista, hadet ghamla ahjar bil-bini gdid. Izda ghaddew is-sekli u fix-Xewkija bdiet tinhass sewwa l-htiega ta’ knisja gdida. Fl-4 ta’ Mejju 1952 sar it-tqeghid ta’ l-ewwel gebla ta’ progett gdid li hazzez il-pjata tieghu l-perit Guzè D’Amato. Il-bini tlesta bit-thabrik ta’ l-Arcipriet Dun Karm Mercieca u r-rotunda maestuza tbierket minn Mons Nikol Cauchi fil-15 ta’ Gunju 1973.

 
 Z


Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Grazzja - ZABBAR
 

Il-qima f’Malta lejn il-Madonna tal-Grazzja, “Mater Divinae Gratiae”, hija antika hafna u s-Santwarju taghha f’Haz-Zabbar kien u ghadu centru ta’ pellegrinaggi. Il-knisja ta’ Haz-Zabbar saret parrocca fl-10 ta’ Jannar 1616. Is-Santwarju li naraw illum, mibni fuq pjanta ta’ Tumas Dingli, inbeda fl-1641 u tlesta fl-1696. Fl-1738 inbidlet il-faccata u telghet dik tallum fuq disinn ta’ Ganni Bonavia. Il-kwadru titulari sabih, xoghol tal-Malti Alessio Erardi, tlesta fl-1715 u kien inkurunat minn Mons Mikiel Gonzi fl-1951. Fl-2001 Mons Guzeppi Mercieca zejjen il-kwadru bi stellarju tad-deheb. Il-parrocca hi maghrufa wkoll, fost l-ohrajn, ghall-istatwa titulari artistika, xoghol Mariano Gerada, ghall-Muzew tas-Santwarju, ghall-pellegrinagg tar-roti u l-muturi li jsir kull sena, u ghac-celebrazzjoni ta’ Hadd in-Nies fl-ewwel Hadd tar-randan.
 


Knisja Arcipretali ta’ Santa Marija - ZEBBUG, Ghawdex

 

Il-knisja taz-Zebbug saret Parrocca b’digriet ta’ l-Isqof Davide Cocco Palmieri, li hareg fit-28 ta’ April 1688. L-ewwel Kappillan kien Dun Frangisk Vella li dam imexxiha sa ma miet ta’ 81 sena fis-27 ta’ Ottubru 1743. Il-knisja l-kbira bdiet tnbena hdejn iz-zghira, li mbaghad saret parti minnha, fl-1692. Il-pjanta hazzizha l-Ghawdxi Mikiel Agius. L-Isqof Fra Pawl Alpheran de Bussan ikkonsagraha fit-30 ta’ Settembru 1736. Fl-1936 il-knisja tkabbret fuq pjanta tal-perit Manwel Borg u bis-sahha tal-generozità ta’ Mons. Dun Frangisk Saliba, li kien iben iz-Zebbug izda kien jaqdi ta’ Kappillan fit-Tunisija. L-istatwa artistika titulari ta’ Marija Assunta waslet fil-parroCCa fl-1863 fi zmien il-Kappillan Dun Gwann Camilleri. Fit-12 ta’ Marzu 1963 il-Parrocca taz-Zebbug gholiet ghad-dinjità ta’ Knisja Aricpretali.
 


Knisja Arcipretali ta’ Santa Katerina - ZEJTUN
 

            Il-Knisja taz-Zejtun hi wahda mill-parrocci li kienu digà jezistu fl-1436, u sa ma nbniet il-knisja li naraw illum, dik antika ta’ Santa Katerina, maghrufa wkoll bhala ta’ San Girgor, kienet tintuza bhala knisja parrokkjali. Dik tallum inbniet bejn l-1692 u l-1720 u hi wahda mill-isbah opri ta’ Lorenzo Gafà. Il-knisja kienet ikkonsagrata fl-10 ta’ Mejju 1774. L-ewwel Kappillan kien Dun Pawl Branchel (1436-1492), filwaqt li l-ewwel Arcipriet kien Dun Anton Psaila 1880-1897. Jidher li fiz-Zejtun kien hemm digà statwa tal-qaddisa ekumenika Santa Katerina ta’ Lixandra fis-seklu 17.
 


Il-Knisja Arcipretali ta' Santa Katerina, vergni u martri - ZURRIEQ

 

Dik taz-Zurrieq hi wahda mill-ghaxar parrocci li kienu digà jezistu fl-1436. Il-knisja li hemm illum inbniet bejn l-1634 u l-1659 fuq disinn ta’ Matteolo Saliba u kien l-Isqof Alpheran de Bussan li kkonsagraha fl-1731 u hatarha f’gieh Santa Katerina ta’ Lixandra. Il-knisja barra milli hi monument fiha nfisha, thaddan fiha tezori mill-aqwa. Izda l-aktar li tghaxxaq l-ghajn hi l-istatwa titulari tal-Qaddisa tal-Filosfi, li hi xoghol Marjanu Gerada. Din iddahhlet ghall-ewwel darba fil-Knisja Parrokkjali taz-Zurrieq b’pucissjoni solenni fl-24 ta’ Novembru 1818. F’dawn l-ahhar snin, mindu l-mibki Papa Gwann-Pawl II mar izur il-monasteru u s-santwarju taghha fuq is-Sinaj, l-importanza ta’ Santa Katerina, bhala qaddisa ekumenika, kibret fil-Knisja. Fl-istess Knisja Parrokkjali ssir ukoll kull sena festa sekondarja kbira f’gieh il-Madonna tal-Karmnu.

 

Copyright © CAK Malta 2008