|
|
|
A B C
D E F
G H I J
K L M
N O P Q R
S T U V
W X Y Z
A
|
|
Sant’Agata, vergni u martri
|
Hija
qaddisa vergni u martri ta’ l-ewwel zminijiet tal-Knisja b’kult
mill-eq dem, tant li isimha nsibuh imnizzel fil-Kanone Ruman tal-Quddiesa
flimkien ma’ qaddisin martri ohra li huma nisa. It-tradizzjoni tghid li
Agata hadet il-martirju f’Catania, fi Sqallija, aktarx
fil-persekuzzjoni ta’ Decju. Sant’Agata ghandha rabta qawwija ma’ Malta,
tant li hija wahda mill-patruni sekondarji ta’ l-Arcidjocesi. Dan mhux tant
minhabba l-qrubija ta’ Malta lejn Sqallija daqskemm ghad-devozzjoni li
l-qaddisa gawdiet sa minn dejjem fost il-poplu Malti, li wkoll hass
l-ghajnuna taghha fi zminijiet imwieghra. Maghrufa huma l-katakombi mohtara
lilha fir-Rabat ta’ Malta, fejn hemm id-dar-omm tas-Socjetà Missjunarja ta’
San Pawl bil-kullegg li hu wkoll imsemmi ghall-qaddisa.
|
|
Sant’Andrija
Dung-Lac u Shabu, Martri,
|
|
Huma
l-Martri Vjetnamizi. Bejn is-snin 1745-1862 fil-Vjetnam, jew kif kienet
tissejjah f’dawk iz-zminijiet l-Indocina, qamet persekuzzjoni harxa u
kiefra kontra l-Insara. Minn dawk li mietu martri f’dik
il-persekuzzjoni, il-Papa Gwann-Pawl II, fid-19 ta’ Gunju 1988
ikkanonizza 117: 96 Vjetnamiz, 11 missjunarju Spanjol, 10 missjunarji
Francizi. Fost il-Martri Vjetnamizi jissemma bhala l-ewlieni Andrija
Dung-Lac li kien qassis djocesan. Barra dan, qassisin Vjetnamizi ohra
fil-grupp kien hemm sebgha ohra li erbgha minnhom kienu Terzjarji
Dumnikani. Fil-grupp kien hemm ukoll seminarista, tliet patrijiet
Dumnikani, suldat, u tliet katekisti. Fost l-Ispanjoli fil-grupp insibu
sitt Isqfijiet Dumnikani u tliet patrijiet Dumnikani. Fost il-Francizi
nsibu Isqof u disa’ qassisin membri tal-Missjonijiet Esteri ta’ Parigi.
|
|
Sant’Alfonz M. de’ Liguori, Isqof u Duttur tal-Knisja
|
|
T wieled
qrib Napli fil-1 ta’ Settembru 1696. Studja l-ligi u lahaq avukat, izda
malajr qataghha li jhalli d-dinja, ghalhekk dahal mal-Patrijiet Oratorjani
ta’ San Filippu Neri u ordna sacerdot fl-1726. Fl-1732 waqqaf
il-Kongregazzjoni tal-Patrijiet Redentoristi. Sant’Alfonz ipprietka u
mexxa bosta missjonijiet popolari, kiteb hafna l-aktar dwar it-Teologija
Morali, li taghha sar awtorità. Laqa’ b’ubbidjenza l-episkopat ta’
Sant’Agata dei Goti u wera kemm kien tabilhaqq isqof qaddis, missier
il-foqra u l-imwarrbin. Assista b’mod mirakoluz lill-Papa Klement XIV meta
fit-22 ta’ Settembru 1774 il-Papa kien fuq is-sodda tal-mewt. Fl-1775
irrezenja minn isqof u mar Nocera dei Pagani biex jghix mal-patrijiet
tieghu. Miet ta’ 91 sena fl-1 ta’ Awwissu 1789. Fl-1839 Girgor XVI
gharfu b’qaddis u fl-1871 Piju IX hatru Duttur tal-Knisja, filwaqt li
fl-1950 Piju XII hatru Patrun tal-Moralisti. |
|
|
|
San Alwigi Gonzaga
|

Alwigi Gonzaga twieled fl-1568 qrib Mantova, belt tal-Lombardia,
fl-Italja ta’ fuq; huwa twieled fil-familja tal-princpijiet ta’
Castiglione. Ha trobbija qaddisa minghand ommu, li rawmet fih xejra
tal-ghageb ghall-hajja religjuza. Meta kiber cahad ghall-jedd ereditarju tieghu ta’ princep u
hallieh lil huh, filwaqt li hu dahal Gizwita f’Ruma. Hemm miet
fl-1591, qabel ma lahaq ordna sacerdot, milqut b’marda kiefra li hadha
mill-morda stess li kien idur bihom fl-isptarijiet. San Alwigi huwa
xempju ta’ hajja safja u l-Knisja tipproponieh liz-zghazagh
ghall-ezempji ta’ hajtu. F’Malta l-Gizwiti ghandhom il-kullegg famuz
ta’ Birkirkara mohtar ghal dan il-qaddis.
|
|
Sant’Anjese,
vergni u martri
|
|
Nafu li Anjeze kienet daqsxejn ta’ tfajla ta’ tnax jew tlettax-il sena
meta madwar is-sena 350 hadet il-martirju f’Ruma. Ghalkemm ftit ghandna
taghrif fuqha, nafu li hi popolari u ghandha certa importanza ghax hi
wahda minn dawk il-qaddisin imsemmija fil-Kanone Ruman tal-quddiesa.
Aktarx li l-popolarità taghha gejja mill-qawwa u l-kuragg li write meta
bla biza’ xejn offriet hajjitha biex izzomm is-safa taghha. Ghalhekk
Sant’Anjeze hija l-patruna tax-xebbiet Insara. Il-Papa San Damasu,
Sant’Ambrog u xi ghorrief ohra tal-Knisja jfahhruha fil-kitbiet taghhom.
Il-fdal tal-Qaddisa jinsab meqjum fil-bazilka taghha f’Via Nomentana,
Ruma.
|
|
Sant’Anselmu, Isqof u Duttur tal-Knisja |
|

Twieled f’Aosta, fil-Piemonte, l-Italja ta’ fuq, fl-1033. Dahal
Benedittin fil-monsateru ta’ Le Bec, fi Franza, ghallem it-teologija u
habrek biex jimxi ’l quddiem fit-triq tal-perfezzjoni. Mar l-Ingilterra
u hemm intghazel bhala Isqof ta’ Canterbury. Kien ippersegwitat
mir-renjanti u ghal darbtejn kellu jmur fl-ezilju lejn l-Italja. Anselmu
kien l-akbar teologu ta’ zmienu u ha sehem fil-Koncilju ta’ Bari (1095),
filwaqt li mexxa dak ta’ Westminster (1102).
Halla bosta kitbiet
importanti. Miet fil-21 ta’ April 1109. Il-Papa Klement XI hatru Duttur
tal-Knisja fl-1720.
|
|
Sant’Anton,
abbati
|
|
Huwa missier
il-monasticizmu Nisrani tal-lvant u twieled l-Egittu qrib is-sena 250.
M al-mewt tal-genituri, meta kellu 20 sena, qassam gidu
lill-foqra u nqata’ mid-dinja u qatta’ l-bqija ta’ hajtu fid-dezert jghix
fi spirtu ta’ talb u penitenza. Óafna kienu dawk li thajru u saru dixxipli
tieghu u ffurmaw komunità ta’ eremiti. Ghalkemm ghex imbieghed mid-dinja,
huwa hadem u thabat ghall-Knisja u waqaf ma’ l-Insara fi zmien
il-persekuzzjoni ta’ Djokezjanu, filwaqt li ghen lil Sant’Atanasju
fil-hidma tieghu kontra t-taghlim Zbaljat ta’ l-Arjani. Kien dan ta’
l-ahhar li kiteb l-ewwel u l-aqwa hajja tieghu. Sant’Anton miet meta kellu
xi 105 snin fis-sena 356. Billi l-ikonografija ggibu b’hazira mieghu, li
tirraprezenta x-xitan, Sant’Antnon biz-zmien sar patrun ta’ l-annimali u
f’jum il-festa tieghu hemm id-drawwa li dawn jitbierku. Cerimonja bhal
din, fost l-ohrajn issir kull sena fir-Rabat ta’ Malta, fil-Knisja ta’ San
Mark tal-patrijiet Agostinjani, fejn hemm imwaqqfa l-konfraternità ta’
Sant’Anton.
|
|
|
|
B
|
|
San Benedittu, Abbati, Patrun Ewlieni ta’ l-Ewropa
|
|
Twieled
Norcia, fl-Umbria (fl-Italja tan-nofs), ghall-habta tas-sena 480.
Studja
Ruma, imbaghad qabad hajja ta’ eremit fl-inhawi ta’ Subiaco. Hemmhekk
gabar mieghu ghadd ta’ dixxipli, li mbaghad flimkien maghhom mar Cassino
fejn waqqaf wiehed mill-aktar monasteri Benedittini maghrufin. Hemm ukoll
kiteb Regola ghall-hajja monastika li malajr tferrxet mdwar l-Ewropa
kollha. Ghalhekk San Benedittu hu meqjus bhala l-missier tal-monasticizmu
tal-punent u restawratur tal-hajja spiritwali fl-Ewropa.
Dan gieghel
lill-Papa Pawlu VI jahtar lil dal-qaddis Patrun ta’ l-Ewropa. Huwa miet
fil-21 ta’ Marzu 547. Ghalkemm f’Malta ma ghandniex komunitajiet ta’
Benedittini rgiel, imma ghandna x-xorti li ngawdu mis-servizz ta’ zewg
komunitajiet ta’ Benedittini nisa: dawk tal-monasteru ta’ San Pietru
fl-Imdina, u dawk ta’ Santa Skolastika fil-Birgu. Niftakru wkoll li San
Benedittu huwa dak il-qaddis li ghalih ghazel ismu l-Papa prezenti
Benedittu XVI. |
|
|
|
San
Barnaba, Appostlu
|
|

San Barnaba ma
kienx wiehed mit-Tnax, imma l-Knisja minn dejjem qisitu
Appostlu, ghax hekk isejjahlu l-ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli (ara
Atti 14: 14). Flimkien ma’ l-Appostli ha sehem fil-Koncilju ta’
Gerusalemm. Huwa kien Lhudi mwieled f’Cipru. Ismu proprju kien Guzeppi,
imma mbaghad inghata l-laqam ta’ Barnaba, kelma li tfisser “bin
il-farag”. Fl-Atti nsibu wkoll li Barnaba kellu ghalqa, bieghha u halla
l-flus li qala’ f’idejn l-Appostli, u li kien hu li ressaq lil San Pawl
quddiemhom wara li dan ikkonverta. Kien sieheb Pawlu fil-vjaggi
missjunarji, imma mbaghad infirdu. San Barnaba ha mieghu lil kuginuh
Gwanni-Mark, li aktarx hu l-Evangelista Marku, u t-tnejn marru Cipru,
fejn Barnaba hadem ghal snin twal. Miet imhaggar madwar is-sena 60
f’Salamis, gzira li taghmel ma’ Cipru.
|
|
San
Bartilmew Appostlu
|
|
Aktarx li
San Bartilmew hu l-istess wiehed li fir-rakkonti tal-Vangelu jissejjah
ukoll bl-isem ta’ Natanjel, ghalkemm fil-listi ta’ l-Appostli nsibuh bhala
Bartilmew
(ara Mt 10: 1-4; Mk 3: 13-19; Lq 6: 12-16). Natanjel kien dak li meta ra
lil Gesù, dakinhar li sejjahlu, stqarru minnufih bhala l-Iben ta’ Alla u
s-Sultan ta’ Israel (ara Gw 1: 43-51). Bartilmew kien ma’ Pietru, Tumas,
Gakbu u Gwanni f’wahda mid-dehriet ta’ Gesù wara li rxoxta (ara Gw 21:
1-14). Skond tradizzjonijiet differenti Bartilmew mar jipprietka l-Vangelu
fil-Lvant u wasal sa l-Indja, jinghad ukoll li mar fil-Likaonja u
l-Armenja fejn hemm ha l-martirju. Jinsab midfun f’Ruma, fil-knisja
tal-Patrijiet Minuri mohtara lilu, li tinsab fuq il-gzira Tiberina.
F’Malta dan l-Appostlu glorjuz ta’ Kristu huwa t-titular u l-patrun
tal-parrocca ta’ Hal Gharghur. |
|
|
|
San Bonaventura Isqof u Duttur
tal-Knisja
|
Twieled
Bagnoregio fil-Lazio, l-Italja tan-nofs, fl-1221. Meta kien ghadu tarbija
marad sewwa izda
jinghad li fieq b’mod mirakuluz bit-talb u l-intercessjoni ta’ San Frangisk.
Ghalhekk baqa’ devot lejh u meta sar zaghzugh dahal fl-Ordni tieghu. Studja
f’Parigi taht il-majjistru Frangiskan Alessandru ta’ Hales, imbaghad sar hu
stess majjistru fl-istess studju teologiku. Fl-1257 Bonaventura nhatar
Ministru General ta’ l-Ordni li, tul il-ftit ghexieren ta’ snin li kien ilu
mwaqqaf, kien kiber b’mod tal-ghageb. Huwa dam sbatax-il sena
General tal-Frangiskani. Il-gvern tieghu tant kien tajjeb, tant mexa
bil-ghaqal, u tant halla marka sabiha fuq it-tradizzjoni ta’ l-Ordni, li dan
il-qaddis huwa meqjus bhala
t-tieni fundatur tal-Frangiskani. Kiteb ghadd kbir ta’ trattati filosofici,
teologici u mistici.
Fost l-ohrajn kiteb ukoll wahda mill-aqwa hajjiet ta’ San Frangisk li ggib
l-isem ta’ “Legenda Maior” (= ir-Rakkont il-Kbir). Bhala Kardinal u Isqof
ta’ Albano, Bonaventura ha sehem fil-koncilju ta’ Lyon li, bil-hidma tieghu,
mexxa lil-Latini u lill-Griegi pass iehor lejn il-ghaqda. Miet
fil-belt ta’ Lyon fil-15 ta’ Lulju 1274. |
|
|
|
|
|
C
|
|
Santa
Cecilja, Vergni u Martri
|
Qaddisa ta’ l-ewwel zminijiet tal-Knisja b’kult qadim hafna, tant li hi
wahda mill-qaddisin martri li jissemmew fil-kanone Ruman tal-quddiesa.
Fir-rakkont tal-martirju Santa Cecilja hi mfahhra bhala ezempju mill-isbah
ta’ mara Nisranija li harset xbubitha u hadet il-martirju ghall-imhabba
ta’ Kristu. Ghalhekk il-qima lejha xterdet ma’ kullimkien fil-knisja sa
mill-qedem u fis-seklu 5 f’Ruma nbniet bazilka f’giehha. Hija l-qaddisa
patruna tal-muzika u l-muzicisti, dan ghaliex hajjitha kienet qisha innu
b’muzika angelika li ghogbot lil Alla. Imsemmi mad-dinja kollha huwa l-kor
ta’ l-akkademja li ggib isimha f’Ruma.
|
|
|
|
D
|
|
|
|
San Duminku ta’ Guzman
|
|
Kien iben Felic Guzman u l-Beata Gwanna ta’ Asa, u hu l-Beatu
Mannes. Twieled fl- 1170 f’Caleruega, belt ta’ Kastilja fi Spanja.
Meta kellu 26 sena sar kanonku tal-katidral ta’ Osma, fejn aktar ’il
quddiem lahaq pirjol tal-Kanonci Regolari ta’ Santu Wistin. Baqa’ msemmi
bil-kbir ghat-tahbit tieghu kontra l-erezija tal-Katari jew l-Albigizi u
ghall-predikazzjoni li biha kkumbatta l-izbalji taghhom. Fl-1207 waqqaf fi
Prouille l-ewwel monasteru tas-sorijiet, ilkoll ikkonvertiti mill-erezija.
F’Awwissu 1216, fil-belt ta’ Toloza, waqqaf l-Ordni glorjuz
tal-Predikaturi.
Kien il-Papa
Onorju III li approva l-Ordni l-gdid. Il-Qaddis miet f’Bologna, meta kellu
51 sena, fis-6 ta’ Awwissu 1221. Il-Papa Girgor IX ikkanonizzah fl-1234.
Il-fdal tieghu jinsab miqjum fil-bazilka ddedikata lilu fil-belt ta’
Bologna. B’xorti tajba ghal Malta, l-Ordni glorjuz tal-Pedikaturi ta’ San
Duminku ilu sekli shah prezenti bl-opra fejjieda tieghu fostna. Bizzejjed
insemmu li f’Malta d-Dumnikani jmexxu tliet parrocci, l-aqwa fosthom hi
dik Matrici Principali tal-Belt Valletta mwaqqfa bil-bolla appostolika ta’
San Piju V “Ex Debito Pastoralis” fit-2 ta’ Lulju 1571.
Din hi l-ewwel parrocca tal-Belt u aktar tard gholiet
ghad-dinjità ta’ Bazilka Minuri.
|
|
|
|
E
|
|
Sant’Efrem, Djaknu u Duttur tal-Knisja |

Twieled f’Nisibis fil-Mesopotamja (l-Iraq tallum) lejn is-sena 306. Ghad
li twieled fi hdan familja Nisranija, tghammed meta kellu tmintax-il
sena. Kien assistent ta’ l-Isqof San Gakobb u aktarx li flimkien mieghu
ha sehem fil-Koncilju ta’ Nicea (325). Fis-sena 363 mar jghix Edessa
fejn dahal f’monasteru u ordna djaknu. Qatt ma sar qassis minhabba l-umiltà.
Meta f’pajjizu kien waqa’ l-guh, Efrem kellu f’idejh it-tqassim tal-flus,
ta’ l-ikel u ta’ kull ghajnuna lil dawk fil-bzonn. Bhala kittieb, kien
poeta u teologu mill-kbarnett ta’ l-iskola Sirjana, tant li qala’ t-titlu
ta’ “Arpa ta’ l-Ispirtu s-Santu”. Kiteb kummentarji tal-Bibbja u ghadd
kbir ta’ innijiet liturgici. Kien jemmen fit-Tnissil bla tebgha ta’
Marija. Sant’Efrem aktarx miet fis-sena 373 u l-Papa Benedittu XV hatru
Duttur tal-Knisja fl-1920. |
|
Santa Elizabetta ta’ l-Ungerija
|
|
Elizabetta,
bint ir-re ta’ l-Ungerija, twieldet fis-sena 1207. Meta kienet ghadha
da qsxejn ta’ tfajla zzewget lir-re Lwigi IV ta’ Turinga. Waqt li baqghet
dejjem fidila lejn dmirijietha ta’ mizzewga, hadet hsieb iddur bil-foqra u
l-morda u qassmitilhom bejniethom il-gid taghha. Kienet sahansitra ddur
bil-lebbruzi hija nfisha. Meta zewgha miet fi Krucjata, Elizabetta sfat
imkeccija b’nuqqas ta’ haqq mill-palazz taghha flimkien mat-tliet uliedha.
Min-naha taghha, hi laqghet bil-ferha u b’fidi kbira l-faqar li gie fuqha,
waqt li baqghet taghti edukazzjoni mill-ahjar lil uliedha, iddur bil-morda
u titlob bla waqfien. Kienet ammiratrici kbira ta’ San Frangisk u habiba
mill-aqwa tal-partijiet tieghu. Mietet Terzjarja Frangiskana fil-ghomor
zghir ta’ 24 sena, fl-1231.
Santa
Elizabetta, flimkien ma’ San Ludovik IX, hija l-patruna ta’ l-Ordni
Frangiskan Sekular.
|
|
|
|
F
|
|
San Filippu u San Gakbu
|
|
L-Appostlu Filippu kien minn Betsajda tal-Galilija. Kien hu
li ha lil Natanael, aktarx l-Appostlu Bartilmew, li kien minn Kana
tal-Galilija, ghand Gesù.
Kien
hu wkoll li talab lil Gesù juri lill-Appostli l-Missier.
It-twegiba ta’ l-Imghallem kienet: “Min jara lili jara lill-Missier.” Hekk
ukoll meta kien hemm x i Griegi li riedu jaraw lil Gesù, l-ewwel ma marru
kien ghand Filippu (aktarx li ngibdu lejh minhabba l-isem Grieg).
Dan
l-Appostlu jinghad li mar jipprietka fil-Persja u ha l-martirju
f’Hierapolis fis-sena 80.
Flimkien mieghu l-Knisja tfakkar ukoll lill-Appostlu Gakbu ta’ Alfew,
imsejjah Gakbu z-Zghir. Dan kien hu l-Appostlu Guda Taddew u t-tnejn kienu
qraba ta’ Gesù, tant li San Pawl isejjah lil Gakbu “hu l-Mulej”. Kien
l-ewwel isqof ta’ Gerusalemm, u fil-Koncilju li kien sar f’dik il-belt
tkellem wara San Pietru. Kiteb wahda mill-Ittri “Kattolici” tat-Testment
il-Gdid u qala’ minghand San Pawl it-titlu ta’ “Kolonna tal-Knisja”. San
Gakbu ha l-martirju f’Gerusalemm fis-sena 62.
Il-fdalijiet ta’ San Filippu u San Gakbu jinsabu meqjuma fil-kripta
tal-Bazilka tat-Tnax-il Appostlu f’Ruma.
|
|
San Filippu Neri
|

Huwa
wiehed mill-aktar qaddisin li jigbdu simpatija.
Ghalkemm twieled
Firenze fl-1515, izda aktar hu marbut mal-Belt Eterna. Kien bniedem imheggeg
bl-imhabba ta’ Alla li wrieha fl-imhabba lejn ghajru. Ghalhekk waqqaf ghaqda
biex il-membri taghha jghinu u jiehdu hsieb il-morda foqra. Meta fl-1551 f’Ruma sar qassis inghata ghall-hidma fost it-tfal u z-zghazagh u beda
l-opra ta’ l-Oratorju ghat-tahrig fit-taghlim u fil-kant.
Ghal dan
il-ghan waqqaf il-kongregazzjoni ta’ l-Oratorjani. Fost hwejjeg ohra
fl-oratorju lit-tfal kien jghallimhom siltiet mill-Vangelu u
jimmuzikahomlhom biex ikantawhom. Minn dan tnisslet l-idea ta’ l-Oratorio
– generu muzikali li mbaghad zviluppawh kompozituri kbar bhal
Mendelssohn, Hendel, Bach u ohrajn.
|
|
San Frangisk ta' Assisi
|

San Frangisk
twieled
Assisi fl-1182. Wara zghozija mtajra, fil-ghomor ta’ 24 sena, hass is-sejha
ta’ Kristu jistiednu jimxi warajh u jmur isewwilu d-dar tieghu. Ghalhekk
inhall minn kull irbit tad-dinja biex jintrabat biss ma’ Alla, u minn dak
il-hin ’il quddiem beda jithabat biss biex jghix skond il-ligi tal-Vangelu
mqaddes, waqt li jsir jixbah f’kollox lil Gesù Kristu fqir u umli. Ohrajn
inghaqdu mieghu f’dil-ghamla ta’ hajja, u dan wasslu biex fl-1209 iwaqqaf
Ordni Religjuz gdid, li hu b’sens ta’ umiltà beda jsejjahlu l-Ordni
tal-Patrijiet Minuri. Frangisk kiteb ukoll Regola ghall-patrijiet tieghu, li
wettaqha bil-kitba l-Papa Onorju III fl-1223. Frangisk u l-patrijiet tieghu
marru kullimkien biex ixandru l-Vangelu, kemm fil-pajjizi Nsara kemm f’dawk
pagani u “infidili”. Sentejn qabel mewtu, fuq il-gholja tal-Verna, San
Frangisk ircieva minghand Kristu nnifsu l-Pjagi mqaddsa tal-Passjoni, li
ghamluh jixbah lil Kristu msallab fil-gisem ukoll. Il-Qaddis miet f’Santa
Marija ta’ l-Angli, barra mill-belt ta’ Assisi, fuq il-qiegha ta’ l-art,
fil-ghaxija tat-3 ta’ Ottubru 1226. Sentejn wara mewtu l-Papa Girgor IX
stqarru b’qaddis, u fis-sena 1230 gismu ngarr lejn il-Bazilka l-gdida
mibnija f’giehu fil-belt ta’ Assisi, fejn ghadu sallum jistrieh taht l-altar
maggur. San Frangisk huwa l-patrun ta’ l-Italja.
|
|
|
|
G
|
|
San Gakbu l-Kbir, Appostlu |
|

Bhal Xmun Pietru, Indrì, Filippu u Gwanni, li kien huh, kien sajjied minn
Betsajda tal-Galilija. Hu u huh Gwanni kienu wlied Zebedew, kif
insibuhom imsemmijin fil-Vangelu. Gesù sejjah ghal warajh lil ulied
Zebedew meta kienu ma’ missierhom fuq ix-xatt tal-ghadira ta’ Genesaret
isewwu x-xbiek. Flimkien
ma’ Pietru dawn kienu l-aktar dixxipli mahbubin u ta’ gewwa mal-Mulej,
ghaldaqstant insibhuhom f’bosta waqtiet qawwijin tal-hajja ta’ Kristu.
Kienu ma’ l-Imghallem fid-dar ta’ Pietru u Indrì meta dan fejjaq
il-kunjata ta’ Pietru, kienu fid-dar ta’ Gajru meta qajjem lil bintu
mill-mewt, kienu mieghu wkoll fit-Trasfigurazzjoni u fil-Getsemani. Gesù
ta lil ulied Zebedew il-laqam ta’ “Boanerges” (= Ulied ir-Raghad) ghax
riedu li Gesù jeqred lis-Samaritani bin-nar talli ma laqghuhx. Kienu
huma wkoll, flimkien ma’ ommhom, li talbu lill-Mulej jaghtihom l-aqwa
zewg postijiet fis-saltna tieghu. Gakbu kien l-ewwel wiehed fost
l-Appostli li miet bil-martirju ta’ qtugh ir-ras fil-belt qaddisa ta’
Gerusalemm fi zmien Erodi Agrippa I. Il-fdalijiet tieghu jinsabu
fil-Katidral ta’ Santiago de Compostela fi Spanja, u hu l-patrun
principali ta’ dak il-pajjiz.
|
|
San Girgor
il-Kbir, Papa u Duttur tal-Knisja
|
Twieled Ruma fis-sena 540 minn missier nobbli u Santa Silvja. Lahaq
prefett ta’ Ruma, izda fis-sena 574 bidel daru f’monasteru Benedittin
taht il-harsien ta’ Sant’Andrija. Il-Papa Pelagju II ordnah djak nu
u hatru Nunzju f’Kostantinopli fejn baqa’ sas-sena 585. Huwa ntghazel
Papa fis-sena 590 u mexxa l-Knisja b’gherf u qdusija mill-aqwa. Kien
jiehu hsieb il-foqra u jistedinhom jieklu mieghu. Baghat lill-Benedittin
Santu Wistin u erbghin patri lejn l-Ingilterra, fejn saru ghadd kbir ta’
konverzjonijiet. Kiteb il-hajja ta’ San Benedittu u kitbiet fuq
l-Iskrittura, il-fidi u l-morali. Filwaqt li ghallem li l-Isqof ta’ Ruma
huwa l-Kap tal-Knisja kollha, kien l-ewwel Papa li sejjah lilu nnifsu
“Qaddej tal-Qaddejja ta’ Alla”.
Barra milli Kien l-ewwel Papa Benedittin, kien predikatur gharef u
restawratur tal-belt ta’ Ruma. Miet ta’ 64 sena fit-12 ta’ Marzu 604.
F’Malta wahda mill-parrocci ta’ Tas-Sliema hija mohtara lil dan
il-Qaddis, u kull sena nhar l-Erbgha fl-ottava tal-Ghid issir
purcissjoni penitenzjali fiz-Zejtun imsejha ta’ San Girgor.
|
|
San Glormu,
Sacerdot u Duttur tal-Knisja
|
|
Twieled fid-Dalmazja qrib is-sena 341. F’zghozitu studja
l-Latin u l-Grieg. Ta’ ghoxrin se na tghammed f’Ruma minn idejn il-Papa
Liberju. Ghex ta’ eremit f’Aquileia u fis-Sirja, fejn studja l-Lhudi.
F’Antjokja ordna sacerdot. F’Kostantinopli studja l-Iskrittura
taht San Girgor Nazjanzenu. Il-Papa Damasu fis-sena 382 hatru segretarju
tieghu u talbu jaqleb il-Kotba Mqaddsa mill-ilsna originali ghal-Latin.
B’hekk inholqot il-verzjoni Latina tal-Bibbja msejha “vulgata”. Barra minn
dan ghandu hafna kitbiet ohra, uhud minnhom apologetici. Wara l-mewt ta’
San Damasu telaq lejn il-lvant u qatta’ 34 sena f’Betlehem, fejn miet
fit-30 ta’ Settembru 420 fil-ghomor ta’ 80 sena. Il-fdal tieghu llum
jinsab miqjum fil-Bazilka ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. San Glormu
huwa wiehed mill-akbar erba’ Dutturi tal-Knisja flimkien ma’ Santu Wistin,
Sant’Ambrog u San Girgor il-Kbir, u huwa l-qaddis patrun tal-bibblisti.
|
|
San Gorg Preca, sacerdot u
fundatur tas-Socjetà tad-Duttrina Nisranija
|
|
Twieled
fil-Belt Valletta nhar it-12 ta’ Frar 1880 u trabba l-Hamrun.
Wara l-istudji fil-Liceo
u l-Università ta’ Malta, kien ordnat sacerdot fit-22 ta’ Dicembru 1906.
Sa mill-bidu nett tal-ministeru tieghu nxtehet b’ruhu u gismu
ghall-evangelizzazzjoni u ghall-formazzjoni umana u religjuza tat-tfal,
taz-zghazagh u ta’ l-adulti. Ghal dan il-ghan fl-1907 waqqaf is-Socjetà
tad-Duttrina Nisranija, maghrufa l-izjed bl-isem ta’ M.U.S.E.U.M. (Magister
Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus
= Mghallem, mhux li d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju!) Kien
maghruf bhala bniedem ta’ gherf kbir u wera hegga pastorali kbira
fil-predikazzjoni, fil-kitba, fil-qrar u fid-direzzjoni spiritwali. Miet
f’Santa Venera fis-26 ta’ Lulju 1962. Dakinhar tal-beatifikazzjoni tieghu,
fid-9 ta’ Mejju 2001, il-Papa Gann-Pawl II sejjahlu “it-tieni Missier ta’
Malta fil-Fidi.”
|
|
San Gustinu,
Martri |
|

Gustinu twieled fi hdan familja pagana f’Nablus fil-Palestina,
madwar is-sena 100. Kien studjuz kbir tal-filosofija, izda meta sar jaf
bir-religjon Nisranija, tghammed u sar wiehed mill-aqwa difensuri
tad-duttrina Kattolika. Kiteb zewg apologiji jew difizi tar-religjon:
wahda lill-imperatur Antoninu u l-ohra lis-senat ta’ Ruma. Kiteb ukoll
apologija ohra bit-titlu “Dialogus cum Tryphone” li fiha ddefenda
r-religjon ta’ Kristu u ta wkoll taghrif siewi dwar il-hajja Nisranija fi
zmienu. Fis-sena 165 f’Ruma nghata l-martriju ta’ qtugh ir-ras flimkien
ma’ xi Nsara ohra.
Hu ezempju
haj ta’ lajk Nisrani u qaddis patrun tal-filosofi u l-apologisti.
|
|
San Guzepp, Gharus tal-Vergni Marija u Patrun tal-Knisja Universali
|
Ghad li
fir-rakkonti tal-Vangelu Guzeppi ta’ Nazaret ftit jissemma, dak il-fti t
jurina li dar-ragel kien bniedem gust, jigfieri kien marbut mar-rieda
ta’ Alla u kien wiehed minn dawk il-foqra fl-ispirtu li kienu qeghdin
jistennew b’herqa kbira li ssehh il-fidwa ta’ Israel. Ghalhekk, bhalma
ghamel ma’ Marija, il-Mulej xehet ghajnejh fuq ic-cokon tal-qaddej
tieghu u ghazlu biex fl-istorja tas-salvazzjoni jkun dak li jidher ghal
Gesù bhallikieku kien missieru li nisslu. U quddiem il-ligi hekk kien,
tant li lil Gesù kienu jsejhulu “bin il-mastrudaxxa”. Kemm Guzeppi mexa
id f’id mar-rieda ta’ Alla narawh car mill-ubbidjenza helwa u bla
tnikkir li dejjem mexa biha. Kien tabilhaqq gest f’waqtu dak tal-Beatu
Piju IX meta fit-8 ta’ Dicembru 1870 hatar lil San Guzepp Patrun
tal-Knisja Universali, ghax bhalma f’hajtu l-qaddis ha hsieb it-trobbija
fil-ghozza ta’ Gesù, hekk issa hu ghadu jiehu hsieb bil-harsien tieghu
il-Gisem Mistiku ta’ Kristu li hu l-Knisja.
|
|
San Guzepp ta’ Copertino, Patrun ta’ l-istudenti
fl-ezamijiet.
|
San
Guzepp ta’ Copertino huwa qaddis Frangiskan u l-Patrun ta’ l-istudenti u
l-Prote ttur
taghhom fl-ezamijiet. San Guzepp biex lahaq sacerdot fl-Ordni Frangiskan
Konventwal kellu jithabat hafna mhux biss biex jibqa’ mal-patrijiet izda
wkoll biex izomm f’mohhu s-suggetti tat-teologija li kellu jistudja.
Kien ibati hafna meta jersaq lejn l-ezamijiet u ma kien jiftakar xejn
minn dak li kien jistudja. Imma bil-ghajnuna ta’ Alla xorta ghadda minn
kollox u lahaq. Dan ma sehhx ghax Guzepp kien wiehed injorant jew ghax
kellu mohhu zurzieqa, imma tant kien ihobb lil Alla u tant kien dejjem
mohhu fih, li kien dejjem distratt u f’mohhu ma kellu xejn fih hlief
l-Ispirtu ta’ Alla l-imbierek. Meta l-istudent ikun ghamel dmiru u
studja kif kellu jaghmel, San Guzepp ta’ Copertino jghinu jzomm il-kalma
waqt l-ezami u jiftakar dak li jkun thejja ghalih. Ghalhekk, gheziez
studenti, taqtghux qalbkom, imma aghmlu dmirkom u itolbu l-ghajnuna ta’
San Guzepp ta’ Coperino... u taraw kif tmorru tajjeb fl-ezamijiet.
|
|
Santa Guzeppina Bakhita

Guzeppina
M. Bakhita twiedet Darfur, fis-Sudan, fl-1869 u mietet
Vicenza, fl-Italja ta’ fuq, fl-1947. “Bakhita” li bil-Gharbi tfisser
“Fortunata” huwa l-isem li tawha dawk li hatfuha tarbija minn dar ommha
u zammewha fil-jasar. Fil-belt ewlenija tas-Sudan xtraha l-Konslu Taljan
Callisto Legani li kien jittrattaha bil-hlewwa u d-dinjità. Dan hadha
mieghu lejn l-Italja u zammha bhala membru tal-familja tieghu, izda meta
minhabba n-negozju kellu jerga’ jitlaq mill-Italja, dan halla lil
Bakhita u lil bintu fil-hsieb tas-Sorijiet Kanossjani. Ghand dawn is-sorijiet
Bakhita talbet li titghammed u aktar tard li tissieheb
fil-kongregazzjoni taghhom. Ghal 50 sena shah, bhala religjuza, hija tat
xhieda ta’ hajja umli mimlija bl-ispirtu ta’ Alla fix-xoghol ta’ koka,
gwardarrobbiera, u purtinara. Mietet fit-8 ta’ Frar 1947 imdawra
bis-sorijiet li tant habbet.
|
|
San Gwann Battista de la Salle
|
Twieled
fl-1651 f’Reims fi Franza. Lahaq sacerdot u ntefa’ b’ruhu u gismu
ghall-appostolat jew ministeru ta’ l-edukazzjoni u t-taghlim. Fetah xi
skejjel li fihom kien jghallem lit-tfal il-foqra. Mieghu nghaqdu ohrajn u
malajr twaqqfet Kongregazzjoni Religjuza gdida li nghatat l-isem ta’ “Ahwa
ta’ l-Iskejjel Insara” (Fratres Scolarum Christianarum). Il-membru
ta’ dan l-Ordni ma jircevux l-ordnijiet sagri biex ihallu bla mittiefsa
l-karizma specjali taghhom, dik tat-taghlim fl-iskejjel. Il-Qaddis biex
iwaqqaf il-kongragazzjoni tieghu ghadda minn bosta tigrib. Huwa miet f’Rouen
fl-1719. Il-Freres ta’ de la Salle huma prezenti fostna b’zewg
kulleggi kbar (De La Salle u Stella Maris College) u skola ghaz-zghar
nett (St. Benild). Hemm rabta wkoll bejn il-familja
de la Salle u Malta, ghax hu San Gwann Battista kien kavalier ta’ San
Gwann u f’Malta kellu xi proprjetà, bhalma hu l-maghruf “Palazzo de la
Salle” fil-Belt Valleta.
|
|
San Gwann
Bosco
|
|
Huwa wiehed mill-aktar qaddisin simpatici u moderni, habib u
ghalliem sincier
tat-tfal u z-zghazagh. Twieled fl-1815 fi hdan familja fqira ta’ bdiewa
f’Castelnuovo d’Asti, fil-provincja ta’ Torino, fl-Italja ta’ fuq.
Fl-1841 sar qassis u minnufih hatar hajtu ghall-edukazzjoni tat-tfal u
z-zghazagh. B’dan il-ghan waqqaf kongregazzjoni ta’ qassisin taht
il-harsien ta’ San Frangisk de Sales, li malajr bdew jissejhu “Salesjani
ta’ Don Bosco”.
Din saret
wiehed mill-akbar ordnijiet religjuzi tal-Knisja mqaddsa li malajr
xtered mad-dinja.
Flimkien
ma’ Santa Marija Duminka Mazzarello waqqaf il-fergha tan-nisa, “Ulied
Marija Awziljatrici”. Kien devot kbir tal-Madonna Ghajnuna ta’ l-Insara.
Il-Qaddis miet fil-belt ta’ Torino fil-31 ta’ Jannar 1888, u l-Papa Piju
XI ikkanonizzah fl-1934.
F’Malta s-Salesjani
ta’ Don Bosco ghandhom f’idejhom zewg skejjel: St. Patrick ta’ Tas-Sliema
u Savio College ta’ Had-Dingli. Barra minn dan, huma jaghmlu xoghol
fejjiedi fost it-tfal u z-zghazagh fl-Oratorju ta’ Tas-Sliema.
|
|
San Gwann Fisher, isqof u San Tumas More
|
|
Gwann
Fisher twieled fl-1469. Huwa studja t-teologija f’Cambridge, sar sac erdot
imbaghad isqof ta’ Rochester. Kien bniedem ta’ penitenza li gharaf
jghakkes lilu nnifsu u bhala raghaj spiritwali kien sikwit izur il-fidili
tad-djocesi taghu. Halla wkoll xi kitbiet kontra l-ereziji u l-izbalji ta’
zmienu, li kien wiehed imhabbat u mqanqal ghall-Knisja minhabba l-qawmien
tal-protestantizmu.
Tumas More twieled l-1477 u ghamel l-istudji tieghu f’Oxford. Kien
mizzewweg u kellu iben u tlitt ibniet. Kien maghruf ghall-principji sodi
li kien ihaddan.
Ibbrilla
bhala avukat u Kancellier (= Prim Ministru) tas-saltna Ingliza.
Baqa’
msemmi ghall-kitba tieghu b’apologija ghar-religjon u ghall-ktieb
bit-titlu “Utopia” li jittratta fuq it-tmexxija tajba ta’ l-istat.
Fl-1535 Enriku VIII ta’ l-Ingilterra kkundanna liz-zewg qaddisin
ghall-mewt ghax it-tnejn li huma kienu waqfulu shih fil-kwistjoni
tad-divorzju tieghu minn martu. Lil San Gwann qatghulu rasu fit-22 ta’
Gunju, filwaqt li San Tumas daq l-istess xorti fit-Torri ta’ Londra fis-6
ta’ Lulju. Meta l-isqof Fisher kien fil-habs, il-Papa Pawlu III hatru
kardinal tal-Knisja. |
|
|
|
San Gwann M.Vianney
|

Jean Marie Vianney twieled hdejn Lyons fi Franza fl-1786. Gheleb hafna
diffikultajiet biex sar qassis, imma bil-ghajnuna ta’ Alla, u ghax hu
riedu, sar. L-isqof ta’ Belley baghtu bhala kappillan jew kurat
fir-rahal ta’ Ars, u hu mexxa u kabbar il-parrocca tieghu fil-hajja ta’
l-ispirtu b’mod tal-ghageb bil-predikazzjoni harkiena tieghu, bic-cahda
tieghu nnifsu, bit-talb u l-imhabba lejn kulhadd.
Kien ukoll
membru fit-Tielet Ordni Frangiskan. Kien imfittex hafna ghall-qrar, u
l-Insara kienu jmorru ghandu minn kullimkien biex jitolbuh il-pariri
qaddisa tieghu. Miet fl-1859. Huwa l-qaddis patrun u protettur
tal-kappillani.
|
|
San Gwann ta’ Alla |

Twieled f’Monte Moro Nuevo, fil-Portugall, fl-1495. Sa ma kellu erbghin
sena kien raghaj, suldat, merkant u ghassies. Dar lejn Alla wara li
sema’ prietka ta’ San Gwann ta’ Avila u nghata ghall-qadi tal-morda.
Fl-1540 fetah sptar fi Granada, fi Spanja. Inghaqdu mieghu rgiel ohrajn
u b’hekk twaqqaf l-Ordni ta’ l-Ospedalieri. Il-qdusija tieghu dehret
bil-qawwa fl-imhabba li kellu lejn il-foqra u l-morda. Miet fit-8 ta’
Marzu 1550 meta kellu 55 sena. Il-Papa Alessandru VIII gharfu b’qaddis
fl-1690 u Ljun XIII, fl-1886, hatru patrun tal-morda u l-isptarijiet.
|
|
San Gwann
ta’ Damasku Sacerdot u Duttur tal-Knisja

Twieled
Damasku, fis-Sirja, qrib is-sena 690, minn familja Nisranija. Missieru, li
kien jismu Gwanni wkoll, fi zmien il-kalifat ta’ l-Ummajjadi, kien
ministru tal-finanzi.
Ibnu beda
l-karriera billi lahaq ministru floku, imma ma damx ma halla kollox u sar
raheb fil-monasteru ta’ San Saba qrib Gerusalemm. Fil-kitbiet tieghu nsibu
taghlim siewi dwar l-Assunzjoni ta’ Marija. Kiteb ukoll kontra
l-Ikonoklasti li riedu jeqirdu l-ikoni mill-kult Nisrani. San Gwann
iddefenda l-qima lejn l-ikoni u lejn ir-relikwi tal-qaddisin. Kiteb xi
innijiet liturgici li ghadhom jintuzaw sallum fil-liturgija Bizantina. Hu
fuq kollox maghruf bhala d-Duttur ta’ l-Inkarnazzjoni filwaqt li kiteb
pagni tabilhaqq sbieh fuq l-Ewkaristija. Miet fl-4 ta’ Dicembru 749 u
l-Papa Ljun XIII iddikjarah Duttur tal-Knisja fl-1890.
|
|
San
Gwann tas-Salib, Sacerdot u Duttur tal-Knisja |

Hu wiehed mill-akbar mistici tal-Kristjanezmu u ghamel isem ukoll bhala
poeta fil-letteratura Spanjola. Twieled fi Spanja, f’Fontiberos,
fl-1542. Dahal fl-Ordni Karmelitan u sar sacerdot. Kien l-ewwel wiehed
fost ir-religjuzi ta’ dak l-Ordni li theggeg minn Santa Tereza ta’ Gesù
u ndahal ghall-hidma tar-riforma ta’ l-Ordni. Flimkien ma’ Santa Tereza
habrek u thabat kemm felah ghal dan il-ghan. Miet fl-1591 f’Oviedo,
imfahhar ghal qdusitu u ghal gherfu kif jixhdu l-kitbiet spritwali
profondi li kiteb. Wara l-kanonizzazzjoni kien mahtur ukoll Duttur
tal-Knisja. F’Malta l-Parrocca ta’ Ta’ Xbiex, immexxija mill-Karmelitani
Skalzi, hija ddedikata ghalih.
|
|
|
|
I
|
|
Sant' Ilarju, Isqof u
Duttur tal-Knisja
|
|

Hu wiehed minn Missirijiet il-Knisja. Twieled fi Poitiers fi Franza
fil-bidu tas-seklu 4.
Qrib is-sena 350 intghazel bhala isqof tal-belt fejn
twieled.
Sant’Ilarju kien
wiehed mill-protagonisti fil-glieda kontra l-erezija Arjana li kienet
tichad in-natura umana ta’ Kristu. Minhabba f’hekk il-qaddis kellu
jghaddi minn bosta tbatijiet fosthom l-ezilju. Kiteb opri mimlijin
bil-gherf u t-taghlim, moghnijin bit-tifsir ta’ l-Iskrittura, li jixhtu
dawl fejjiedi fuq it-teologija Trinitarja u l-Kristologija. Miet
fis-sena 367.
Mill-kitbiet ta’
Sant’Ilarju:
“Ahna l-foqra nitolbu dak li jonqosna, infittxu b’hegga shiha fil-kitba
tal-profeti u l-appostli tieghek... izda mbaghad int, Mulej, trid tkun
biex naqilghu dak li nitolbu u nsibu dak li nfittxu.”
|
|
Sant’Iljun il-Kbir, Papa u Duttur tal-Knisja
|
|
Kif jghid ismu stess Sant’Iljun kien wiehed mill-akbar Papiet fl-istorja
tal-Kn isja.
Aktarx li twieled Ruma minn genituri mit-Toscana.
Qeda bhala
djaknu tal-Papiet San Celestinu I u San Sistu III, u wara dan ta’
l-ahhar sar Papa fid-29 ta’ Settembru 440. Bhala mexxej tal-Knisja hadha
kontra l-ereziji tal-Manikej, il-Pelagjani, il-Prixxilljani u
n-Nestorjani. Ghad-difiza tal-fidi minn dawn l-erezijiet kiteb 96
prietka. Fis-sena 451 sejjah il-Koncilju ta’ Kalcidonja li kkundanna
l-erezija Ewtikjana u ddefenda z-zewg naturi fil-persuna wahda tal-Verb
divin. Fis-sena 452 Sant’Iljun sehhlu jwaqqaf lil Attila milli jattakka
lil Ruma, filwaqt li fl-455 ma halliehx lil Genseriku jahraq il-belt.
Miet f’Ruma fl-10 ta’ Novembru 461.
|
|
Sant'Irinew, isqof u martri
|
|

Irinew kien dixxiplu ta’ San Polikarpu, isqof ta’ Zmirna, li kien
dixxiplu ta’ San Gwann l-Evangelista. Twieled fl-Asja z-zghira fis-sena
125. Mar missjunarju fi Franza u meta l-isqof ta’ Lyons miet fis-sena
177, Irinew lahaq isqof minfloku. Talab lill-Papa Sant’Elewterju jkun
hanin ma’ l-eretici Montanisti, u mal-Papa San Vitor I qabez
ghall-Insara ta’ l-Asja z-zghira li kienu jiccelebraw l-Ghid il-Kbir
f’data differenti minn dik li fiha kienet ticcelebrah Ruma. Kiteb hafna
l-aktarnett kontra l-ereziji. Jinghad li ha l-martirju flimkien ma’ xi
Nsara ohra. Miet qrib is-sena 202.
|
|
|
|
K
|
|
San Karlu Borromeo
|
Twieled Arona fuq il-Lago Maggiore, fil-Lombardia
(l-Italja ta’ fuq) nhar it-2 ta’ Ottubru 1538 .
Studja l-ligi u wara li kiseb il-lawrja fid-dritt civili u
ekklesjastiku, zijuh, il-Papa Piju IV, hatru kardinal u ghamlu
isqof ta’ Milan. Dan l-isqof qaddis wera li kien tabilhaqq ir-raghaj
tal-merhla afdata f’idejh. Kien il-hin kollu jdur mad-djocesi u jaghmel
zjajjar pastorali, laqqa’ sinodi, xandar ghadd kibir ta’ digrieti
ghall-gid spiritwali tal-poplu u hadem b’herqa kbira biex isahhah
il-hajja Nisranija. Fuq kollox minn zmien ghal zmien kien ihobb jinqata’
ghalih f’xi eremitagg, bhal dak ta’ Camaldoli fit-Toscana,
u jinghata ghat-talb. Ha sehem attiv fil-Koncilju ta’ Trento li ntemm
fl-1563. Miet fit-3 ta’ Novembru 1584. San Karlu huwa mudell tar-rghajja
ta’ l-erwieh u reformatur kbir tad-dixxiplina tal-Knisja skond l-ispirtu
tal-Koncilju ta’ Trento.
|
|
San
Kazimiru, Princep tal-Polonja |
|

Twieled fl-1460 fi Krakovja, li dak iz-zmien kienet il-belt ewlenija
tal-Polonja, u kien iben is-sultan Kazimiru IV. Missieru riedu jattakka
lill-Ungerija biex jahtaf it-tron ta’ dak il-pajjiz, izda hu ma riedx.
Ghadda l-hajja qasira tieghu fit-talb u l-penitenzi, zamm is-safa u kien
twajjeb mal-foqra. Kien devot kbir ta’ l-Ewkaristija u tal-Madonna. Miet
milqut bit-tizi ta’ 24 sena fi Grodno, fl-4 ta’ Marzu 1484. Kien il-Papa
Ljun X li fl-1521 gharfu b’qaddis. Huwa l-patrun tal-Polonja u
l-Litwanja. |
|
Santa Klara, Vergni
|

Klara twieldet fil-belt ta’ Assisi fis-sena 1194 fi hdan familja nobbli.
Daqsxejn ta’ tfajla, xtaqet tkun kollha kemm hi ta’ Kristu, u waqt li
bdiet miexja fuq il-pariri ta’ San Frangisk, halliet id-dinja biex
itterraq wara l-ideal tal-Vangelu. Kien San Frangisk innifsu li libbisha
libsa tax-xkora u lesthielha post fejn tghammar qrib il-knisja ta’ San
Damjan, fejn ma damitx ma marret ohtha wkoll, Santa Anjeze. Hekk twieled
it-Tieni Ordni Frangiskan, li ghall-ewwel kien jissejjah l-Ordni
tan-Nisa Fqar ta’ San Damjan, imbaghad beda jissejjah, kif ghadu sallum,
l-Ordni ta’ Santa Klara. Il-qaddisa ghexet il-bqija ta’ hajjitha bhala
religjuza f’San Damjan. Kienet tghix f’faqar perfett u
fil-kontemplazzjoni, waqt li kienet iddur bi shabha s-sorijiet b’imhabba
ta’ omm. Mietet fl-1253 u ghaddha mal-qaddisin il-Papa Alessandru IV
fl-1255. Gisem il-qaddisa jistrieh fil-Bazilka taghha fil-belt ta’
Assisi. Il-Papa Piju XII fl-1958 hatar lil Santa Klara patruna
tax-xandir bit-televizjoni. Malta tgawdi l-prezenza ta’ monasteru
tal-Klarissi li jinsabu fi Triq Regjonali, San Giljan.
|
|
San Kornelju, Papa u San Ciprijanu, Isqof
|
|
Wara l-martirju
tal-Papa San Fabjan fil-persekuzzjoni ta’ Decju, fis-sena 250, is-sede
ta’ Ruma baqghet vaganti ghal aktar minn sena. F’Marzu 251 intgha zel
San Kornelju. Bhala missier hanin huwa hafer lil dawk l-Insara li
minhabba l-biza’ u d-dghufija, kienu cahdu l-Fidi, izda mhux kulhadd
qabel ma’ din il-mahfra. Kornelju, meghjun minn Ciprijanu, hadha kontra
Novazjanu li kien kap ta’ dawk li nqatghu mill-ubbidjenza lejh minhabba
dan il-kaz. L-imperatur Gallo eziljah u l-qaddis miet f’Civitavecchia
fis-sena 253. Jinsab midfun f’Ruma fic-cimiterju ta’ Kallistu.
Ciprijanu twieled Kartagni qrib is-sena 210 fi hdan familja pagana, izda
hu tghammed u sar qassis. Fis-sena 249 lahaq isqof ta’ belt twelidu. Fi
zmien ta’ taqlib mexxa l-Knisja tajjeb hafna bl-ghemil u bil-kitbiet
tieghu. Meta faqqghet il-persekuzzjoni ta’ Valerjanu eziljawh u fl-14
ta’ Settembru 258 tawh il-martirju.
|
|
|
|
L
|
|
Santa Lucija, vergni u martri
|
Mietet
martri f’Siracusa fi Sqallija fis-sena 304 u ta’ dik il-belt hija
l-Patruna Principali. Ismiha tnizzel fil-Kanone Ruman tal-Quddiesa
flimkien ma’ dak ta’ martri ohrajn ta’ l-ewwel zminijiet tal-Knisja. Dan
ifisser li Santa Lucija kienet maghrufa u miqjuma hafna sa minn zmien
bikri fil-Knisja. Bosta qaddisin dutturi u ghorrief ohrajn fahhruha,
fosthom insibu l-Papiet San Damasu u San Girgor, Sant’Ambrog,
Sant’Aldelmu, San Tumas ta’ Aquino u Dante Alighieri. Isimha, li jfisser
dawl, huwa marbut ukoll mal-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, li bih deher
fid-dinja d-Dawl Etern ta’ Alla li gie jsalvana. Fil-pajjizi ta’ fuq ta’
l-Ewropa hi l-festa ta’ Santa Lucija li tiftah l-istagun tal-Milied.
Hija l-protettrici kontra l-mard tal-ghajnejn u l-patruna tat-tobba
oftalmologi. Il-fdal taghha jinsab miqjum fil-knisja mohtara lilha
f’Venezja. Fil-Belt Valletta ghandna knisja u triq imsemmijin ghal Santa
Lucija.
|
|
San Luqa,
Evangelista |
|

Hu wiehed
mill-erba’ Evangelisti. Kien tabib Grieg minn Antjokja li ssieheb ma’ San
Pawl fil-vjaggi tieghu; kien ukoll ma’ Pawlu
meta gie Malta. Barra mill-Vangelu kiteb il-Ktieb ta’ l-Atti ta’
l-Appostli, li nistghu nghidu li hu l-ewwel storja tal-Knisja li qatt
inkitbet. Barra minn dan, fil-Vangelu jaghtina bosta taghrif siewi fuq
it-twelid u t-tfulija ta’ Gesù. Ma nafux x’sar minn Luqa wara l-martirju
ta’ San Pawl, imma hemm min jahseb li miet fil-Grecja meta kellu xi 84
sena u li baqa’ ghazeb hajtu kollha. San Glormu jghid li San Luqa hatar
hajtu kollha ghall-Vangelu. Il-fdal tieghu minn Kostantinopli ttiehed lejn
Padova fejn jinsab midfun fil-Bazilka ta’ Santa Gustina. Huwa l-qaddis
patrun tat-tobba u l-pitturi. L-isptar centrali ta’ Malta fl-Imsida hu
msemmi ghalih.
|
|
|
|
M
|
|
San Massimiljan M. Kolbe
|
Twieled Zdunska
Wola fil-Polonja fl-1894. Meta kien ghadu zaghzugh dahal mal-Frangiskani
Konventwali u ha l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija. Temm l-istudji
tal-filosofija u t-teologija f’Ruma, fejn waqqaf il-Milizzja ta’ Marija
Immakulata meta kien ghadu student fil-kullegg internazzjonali ta’
l-Ordni f’Ruma. Malli ordna sacerdot rega’ lejn
il-Polonja fejn intefa’ b’hegga li ma bhalha fil-hidma pastorali. Hajtu
tinghazel ghaliha ghall-imhabba herqana li kellu lejn l-Immakulata u
ghall-appostolat Marjan. Meta mar fil-missjoni tal-Gappun, San
Massimiljan haddem kemm felah il-kelma u l-istampa ghat-tixrid tal-Fidi
Nisranija. Meta mbaghad rega’ lejn il-Polonja, huwa kompla l-hidma
Marjana fi Niepokalanòw, il-Belt ta’ l-Immakulata, li waqqafha hu stess.
Fi zmien it-tieni gwerra dinjija kien arrestat u mehud fil-kamp ta’
Oswiecim (= Auschwitz). Hemm, b’ghemil gholi ta’ mhabba, offra hajtu bi
bdil ma’ dik ta’ wiehed mill-prigunieri shabu, missier ta’ familja.
San
Massimiljan temm hajtu fil-bunker tal-mewt lejlet l-Assunta, fl-14 ta’
Awwissu 1941. Fl-1971 il-Papa Pawlu VI kiteb lil Kolbe mal-Beati,
filwaqt li fl-10 ta’ Ottubru 1982 il-Papa Gann-Pawl II kitbu mal-qaddisin
martri, ghad li bhala beatu kien meqjus b’konfessur, u ghazlu bhala
“patrun ta’ daz-zmenijiet imqallba.”
San
Massimiljan huwa l-ewwel vittma ta’ l-ahhar gwerra li nghatat il-gieh
ta’ l-altari u ngharfet bhala Martri ta’ l-Imhabba mill-Knisja
Universali. Huwa wkoll il-Patrun tac-centru CAK, li minnu johrog dan
il-fuljett.
|
|
|
|
San Mark, Evangelista
Mark hu aktarx dak l-istess
Gwanni-Mark li kien joqghod Gerusalemm u li f’daru kien jilqa’
lill-Appostli u lill-ewwel Insara. Kien jigi kugin ta’ l-Appostlu San
Barnaba min-naha ta’ l-omm u bhalu ssieheb ma’ l-Appostlu San Pawl fl-ewwel
vjagg missjunarju tieghu u mar ukoll Ruma mieghu, fejn kiteb il-Vangelu
li jgib ismu. Flimkien ma’ Barnaba, ipprietka l-Vangelu f’Cipru. Kien
ukoll dixxiplu ta’ San Pietru u bena l-Vangelu tieghu fuq
il-predikjazzjoni ta’ dan l-Appostlu. Jinghad, ghalkemm minghajr
certezza, li San Mark waqqaf il-Knisja ta’ Lixandra, u miet martri fi
zmien l-imperatur Trajanu. Fis-sena 829 il-fdal tieghu ttiehed minn
Lixandra ghal Venezja, fejn jinsab midfun fil-bazilka katidrali mohtara
lilu.
Huwa l-Patrun Principali ta’ dik il-Belt ta’
l-Adrijariku.
|
|
Beata Marija
Adeodata Pisani, vergni
|
|
Twieldet
Napli
fid-29 ta’ Dicembru 1806. Missierha kien moghti ghax-xorb u l-genituri
taghha kellhom jinfirdu meta l-beata kienet tarbija, u hi trabbiet minn
omm missierha, izda din mietet meta l-beata kellha ghaxar snin. Ta’
dsatax-il sena hi u ommha gew joqoghdu r-Rabat ta’ Malta. Ta’ 22 sena
dahlet soru Benedittina fil-monasteru ta’ San Pietru ta’ l-Imdina. Fl-1851
intghazlet bhala Badessa u fi zmienha mexxiet riforma fil-hajja
komunitarja b’harsien aktar bir-reqqa tar-regola. Dak li setghet
tiddisponi minnu qassmitu lill-foqra li kienu jhabbtu l-bieb
tal-monasteru. Il-beata baqghet imsemmija ghall-ispirtu ta’ talb u
sagrificcju.
Mietet fil-25 ta’ Frar 1855 fil-ghomor ta’ 49 sena.
|
|
|
|
Santa Marija
Maddalena |
|

Marija ta’ Magdala kienet wahda mid-dixxipli l-aktar imheggin tal-Mulej.
Il-Vangelu jghid li minnha Gesù kecca seba’ xjaten, li kienet taht
is-salib fil-mewt tieghu flimkien ma’ Ommu, ma’ Gwanni u ma’ xi nisa
twajba ohra, li lilha deher l-ewwel fl-ewwel jum tal-gimgha filghodu
kmieni wara li qam mill-mewt u li baghatha xxandar il-bxara t-tajba
lill-Appostli. Ghalhekk Missirijiet il-Knisja jsejhulha “l-Appostla ta’
l-Appostli”. Hemm min ihawwad din il-qaddisa ma’ Marija oht Marta u
Lazzru, imma jidher car li dawn kienu tnejn min-nies differenti. Lanqas ma
nistghu nkunu certi li Marija Maddalena kienet dik li dilket riglejn Gesù
bl-ungwent fid-dar ta’ Xmun il-lebbruz.
|
|
San Mattew, Appostlu u Evangelista
|
San
Mattew kien pubblikan, jigbor it-taxxi ghall-imperu Ruman, u
ghaldaqstant kien kollaboratur tar-Rumani. Ismu proprju kien Levi. Mill-Vangelu
li kiteb hu st ess
wara s-sena 60 nafu li kien Kristu nnifsu li sejjahlu meta hu kien
qieghed mal-mejda tat-taxxi. Minnufih Mattew halla kollox u mar warajh (ara
Mt 9: 9-10).
Bhal San
Gwann, ghalhekk, San Mattew huwa Appostlu u Evangelista. Bil-Vangelu li
kiteb – wiehed mis-sinottici – Mattew irid jipprova li Gesù huwa
l-Messija. Il-Vangelu ta’ San Mattew jibda bl-arblu tar-razza ta’ Gesù u
t-twelid tieghu, filwaqt li fit-tieni kapitlu huwa jaghti taghrif fuq
iz-zjara tal-magi, il-harba lejn l-Egittu u l-qerda ta’ l-innocenti.
It-tradizzjoni tghid li mar jipprietka fil-Persja, imma tradizzjoni ohra
ssemmi l-Etjopja. Jinghad ukoll li miet martri. Il-fdalijiet tieghu
jinsabu meqjuma fil-kaditral ta’ Salerno. Huwa l-qaddis patrun ta’ dawk
li jigbru t-taxxi.
|
|
San Mattija, Appostlu
|
|

Fl-Atti ta’ l-Appostli nsibu kif il-Hdax ghazlu lil Mattija biex jiehu
post Guda l-Iskarjota fil-kullegg Appostoliku. Dan sehh f’Gerusalemm
b’ordni ta’ San Pietru qabel l-inzul ta’ l-Ispirtu s-Santu (Atti 1:
12-28). San Glormu jghid li Mattija kien wiehed mit-72 dixxiplu li
l-Mulej kien baghat tnejn tnejn ixandru l-Vangelu. San Klement ta’
Lixandra jghid li Mattija kien imheggeg ghall-ahhar fix-xandir
tal-kelma, filwaqt li tefa’ l-enfasi fuq it-trazzin tal-gisem. Hemm min
jghid li miet f’Gerusalemm, izda l-Griegi jzommu ma’ l-opinjoni li miet
f’Kolkis fl-Asja z-Zghira, fuq ix-xatt tal-Bahar l-Iswed. Il-fdal tieghu
llum jinsab fl-Abbazija Benedittina ta’ Trier fil-Germanja, li hi
mohtara lilu.
|
|
Santa
Monika |
|

Twieldet fl-Afrika ta’ fuq fejn illum hemm l-Algerija
fis-sena 332 minn familja Nisranija. Zewgha Patrizju kien pagan u
bniedem li jaghdab malajr, b’danakollu Monika sehhilha tikkonvertih.
Fost it-tliet ulied li kellhom insibu lil
Santu Wistin. Wara l-mewt ta’ zewgha, Monika thabtet kemm felhet biex
binha Wistin, li kien sar eretiku Manikew u beda jghix hajja li ma
taqbel xejn ma’ l-ispirtu Nisrani, jithajjar jindem u jbiddel hajtu. Dan
sehh wara hafna giri, biki, talb u penitenzi ta’ Monika, kif ukoll
bil-hidma ta’ Sant’Ambrog, Isqof ta’ Milan. Kien dan li ghammed lil
Wistin u lil ibnu Adeodatu fil-Ghid tas-sena 387. F’dik l-istess sena
Monika mietet f’Ostia, qrib Ruma, mnejn kienet qed thejji ruhha biex
terga’ lejn art tweilidha. Gisimha jinsab miqjum f’Ruma fil-knisja ta’
Santu Wistin tal-patrijiet Agostinjani.
Hija l-patruna
u l-harriesa ta’ l-ommijiet Insara.
|
|
|
|
N
|
|
San Nicola, isqof
|
|

Huwa wiehed
mill-aktar qaddisin popolari fil-lvant, imma anki fil-punent, ghax
dan
mhu hadd hlief “Santa Klaus”.
Mela huwa
qaddis marbut mal-ferh li jnissel l-ispirtu tal-Milied. Huwa wkoll qaddis
ekumeniku ghax hu wiehed minn dawk li jiccelebrawh hutna l-Ortodossi u
anki l-Protestanti. Aktarx li twieled f’Patara (illum fit-Turkija) u sar
isqof ta’ Mira. Miet madwar is-sena 350. Fl-1087 il-fdalijiet tieghu
ttiehdu f’Bari, fl-Italja ta’ isfel, fejn hu meqjum fil-bazilka tieghu li
hi f’idejn il-Patrijiet Dumnikani u fejn hemm centru ekumeniku famuz.
Huwa
l-patrun tar-Russja, tal-Grecja, ta’ Lorraine, ta’ Bari u tal-Pulglie, u
ta’ Sqallija. F’Malta l-knisja arcipretali tas-Siggiewi hija ddedikata
lilu. |
|
|
|
P
|
|
San Patrizju
|
|

Twieled fil-Britannja qrib is-sena 390. Ta’ sittax-il sena
nqabad ilsir u ttiehed lejn l-Irlanda, fejn tawh ix-xoghol li jirgha
l-imriehel.
Meta kiseb
il-helsien dahal fil-kleru ta’ Franza u mar missjunarju fl-Ingilterra.
Imbaghad fis-sena 432 intghazel isqof ta’ l-Irlanda. Xandar il-Vangelu
b’hegga kbira fost il-poplu u ressaq hafna ghall-fidi. Bena skejjel,
knejjes u monasteri, u fl-444 waqqaf is-Sede ta’ Armagh. Miet f’Down
fis-17 ta’ Marzu 461. Minhabba l-hidma kbira tieghu fost il-poplu
Irlandiz, sthaqqlu jissejjah “l-Appostlu ta’ l-Irlanda.” Huwa l-qaddis
patrun ewlieni ta’ dak il-pajjiz.
Mill-kitbiet
ta’ San Patrizju:
Kull ma jigrili, kemm ta’ gid u kemm ta’ deni, kollox nilqa’ bil-qalb, u
tieghu rrodd hajr ’l Alla, li ghallimi nafda dejjem fih, ghaliex hu
jismaghni.
|
|
San Pawl Miki u shabu, martri
|
|
Dawn huma
l-martri ta’ Nagasaki li xandarhom bhala qaddisin il-Beatu Piju IX fit-8
ta’
Gunju 1862. B’kollox kienu 26, il-bixxa l-kbira minnhom
Frangiskani. San Pawl Miki, San Gakbu Kisai u San Gwann Goto kienu Gizwiti
Gappunizi. San Pietru Battista, San Frangisk ta’ San Mikiel, San Martin de
Aguirra u San Frangisk Blanco kienu missjunarji Spanjoli, San Filippu de
las Casas kien kjerku Messikan, San Gonsalvu Garcia kien Indjan. Dawn
ilkoll kienu Frangiskani Alkantarini. Maghhom kien hemm ukoll sbatax ohra,
ilkoll membri ta’ l-Ordni Frangiskan Sekular (Terz Ordni). Fost dan
il-grupp ta’ martri nsibu lil San Alwigi Ibarki, Sant’Anton Deynan u San
Tumas Kosaki, tfal ta’ tnax-tlettax-il sena. Dawn ilkoll kienu msallbin u
minfudin b’lanza fil-5 ta’ Frar 1597.
|
|
San Pietru
Claver

Twieled fi
hdan familja fqira f’Verdu, qrib Barcellona,
fi Spanja fl-1581. Ta’ ghoxrin sena dahal Gezwita u fl-1610 ntbaghat
missjunarju f’parti mill-Amerika Latina li llum insibuha bhala l-Kolombja.
Hemm ordna sacerdot fl-1615. F’hajtu hadem kemm felah ma’ l-ilsiera suwed
li kienu jaslu f’dak il-pajjiz mill-Kongo, tant li qala’ l-laqam ta’
“l-ilsir tas-suwed ghal dejjem.” Dawn barra milli kien idur bihom u jaqbez
ghalihom meta kien jarahom jinhaqru, minnhom ghammed madwar 300,000.
Pietru Claver
miet fit-8 ta’ Settembru 1654 fil-ghomor ta’ 73 sena.
Il-Papa Ljun
XIII xandru b’qaddis, flimkien ma’ qaddisin ohra, fit-8 ta’ Dicembru 1888.
Huwa l-qaddis patrun tal-missjonijiet qalb is-suwed u flimkien ma’ San
Alwigi Bertran, Dumnikan, huwa l-qaddis patrun tal-Kolombja.
|

San Pietru
Damiani, Isqof u Duttur tal-Knisja
Twieled Ravenna, l-Italja tan-nofs, fl-1007 u studja Parma u Faenza.
Dahal mal-Benedittini Kamaldolizi ta’ San Romwaldu Abbati,
f’Fontavellana, fejn lahaq Abbati. Imma fl-1057 il-Papa Stiefnu hatru
Kardinal u Isqof ta’ Ostia. Hadem bhala Legat tal-Papa fi Franza,
fil-Germanja u fil-Lombardia. Kiteb opri tat-teologija u l-axxetika u
poeziji bil-Latin. Miet fil-belt ta’ Faenza, fil-21 ta’ Frar 1072,
fil-ghomor ta’ 65 sena. Il-Papa Ljun XII hatru Duttur tal-Knisja
fl-1828, u l-fdalijiet tieghu jinsabu meqjuma fil-Kattidtral ta’ Faenza.
|
|
Papa Piju V |

Michele Ghisleri
twieled hdejn Alessandria, l-Italja ta’ fuq, fl-1504.
F’zghozitu
dahal fl-Ordni Duminikan u sar ghalliem tat-teologija. Aktar tard sar
Isqof u Kardinal u fl-1566 kien maghzul Papa bl-isem ta’ Piju V. B’qawwa
kbira habrek biex isehh it-tigdid tal-Knisja li kien beda fil-Koncilju
ta’ Trentu.
Hadem hafna ghat-tixrid tal-Fidi u ghat-tigdid liturgiku. Huwa miet
fl-1 ta’ Mejju 1572. San Piju V huwa benefattur kbir ta’ Malta u ahna
l-Maltin ghandna nqisuh bhala missier li haseb fina. Kien bis-sahha
tieghu li l-Kavalieri ta’ San San Gwann ma telqux minn Malta wara l-assedju
ta’ l-1565, kien hu li tahom ghajnuna kbira fil-bini tal-Belt Valletta
u hatar l-ewwel parrocca tal-Belt il-gdida kollha – dik ta’ Sidtna
Marija tal-Portu Salvu u San Duminku – filwaqt li hallieha taht
il-kura pastorali tal-Patrijiet Predikaturi. Il-bust tieghu dari kien
izejjen id-dahla tal-Belt Valletta u m’hemmx li jerga’ jinstablu post
xieraq f’dik il-Belt fejn haqqu jkollu monument!
|
|
San Piju ta' Petralcina
|

Twieled fi Pietralcina,
qrib Benevento, l-Italja t’isfel, fl-1887. Dahal fl-Ordni tal-Minuri
Kapuccini u ordna sacerdot. Qeda bi qdusija kbira l-ministeru
pastorali l-izjed fil-kunvent ta’ san Giovanni Rotondo fil-Puglie;
kien direttur spiritwali ta’ hafna fidili, ressaq hafna midinbin lejn
Alla, u ta ghajnuna kbira lill-morda u lill-fqar. Qeda lill-poplu ta’
Alla bit-talb u bl-umiltà. Sar jixbah f’kollox lil Kristu msallab
(jinghad li kellu f’idejh id-don tal-pjagi tal-passjoni). Miet fit-23
ta’ Settembru 1968.
Mill-kitbiet ta’ San Piju:
Kull ruh, mahluqa ghall-glorja ta’ dejjem, tista’ bir-ragun kollu
tissejjah gebla maghzula ghall-bini tad-dar ta’ dejjem. |
|
|
|
S
|
|
San Silvestru I, Papa
|
|
Kien qassis Ruman u sar Papa wara San Melkijade fil-31 ta’ Dicembru 314.
Ftit wara li lahaq Papa tlaqqa’ s-Sinodu ta’ Arles kontra d-Donatisti,
filwaqt li fis-sena 325 tlaqqal-Koncilju
ta’ Nicea, li hu l-ewwel wiehed wara dak ta’ Gerusalemm li kienu
laqqghuh l-Appostli. Fil-Koncilju ta’ Nicea hadu sehem 220 Isqof u
kienet ikkundannata l-erezija ta’ Arju. Kien fi zmien San Silvestru li
l-Bazilka tal-Lateran inghatat f’idejn il-Knisja u hemm il-Papa waqqaf
il-Katidral li hu Ras u Omm il-knejjes kollha tad-dinja. Kien hu wkoll
li bena f’Ruma l-Bazilki ta’ San Pietru, ta’ San Pawl, ta’ San Lawrenz,
u dik tat-Tnax-il Appostlu. Bosta knejjes importanti ohra telghu
bit-thabrik tieghu kemm f’Ruma kif ukoll fl-Art Imqaddsa. Papa Silvestru
miet fil-31 ta’ Dicembru 335 u difnuh fic-cimiterju ta’ Prixxilla, izda
fis-sena 761 il-fdalijiet tieghu ttiehdu fil-knisja mohtara lilu f’Ruma
fejn ghadu meqjum sallum. Il-knisja ta’ San Silvestro in Capite
hija l-parrocca tal-Kattolici Inglizi f’Ruma.
|
|
|
|
T
|
|
Santa Tereza ta’ Gesù, Vergni u Duttur tal-Knisja
|
Twieldet Avila, belt Spanjola, fit-28 ta’ Marzu 1515. Ta’ ghoxrin sena
dahlet fil-mona steru
ta’ l-Inkarnazzjoni tal-Karmelitani, li kien jinsab barra s-swar ta’
Avila. Fl-1562, meghjuna mill-Frangiskan San Pietru ta’ Alcantara u d-Dumnikan
San Ludovik Bertran, Tereza tat bidu lir-Riforma ta’ l-Ordni Karmelitan,
li mbaghad fl-1568, bil-ghajnuna ta’ San Gwann tas-Salib, din twessghet
ghall-fergha tal-patrijiet ukoll. B’hekk beda l-Ordni tal-Karmelitani
Skalzi. Santa Tereza m’hijiex biss FundatriCi ta’ dan l-Ordni, imma hi
wkoll wahda mill-akbar mistiCi tal-Knisja. Hija kitbet ghadd kbir ta’
kitbiet li kisbu importanza mill-aktar kbira fit-teologija mistika. Fi
zmien ir-riforma Protestanta Tereza talbet, ghamlet penitenzi kbar u
hadmet b’rizq il-ghaqda tal-Knisja Wahda ta’ Kristu. Il-Qaddisa mietet
ta’ 68 sena f’Alba de Tormes, fl-4 ta’ Ottubru 1582. Kien il-Papa Girgor
XIV li ghaddha mal-Qaddisin fl-4 ta’ Marzu 1622, filwaqt li fl-1970, il-Papa
Pawlu VI hatarha, flimkien ma’ Santa Katerina ta’ Siena, Duttur
tal-Knisja. Malta tgawdi l-prezenza kemm tal-Patrijiet kif ukoll
tas-Sorijiet Terezjani.
|
|
|
|
SAN TURIBJU TA’ MONGROVEJO |
|

Turibju twieled fi Spanja qrib il-belt ta’ Leon fl-1538 u
studja l-ligi f’Salamanca,
fejn lahaq professur. Fl-1580, meta kien ghadu lajk, sar Arcisqof ta’
Lima, fil-Perù, fejn hadem bla mistrieh ghal 26 sena. Fit-tmexxija
tad-djocesi tieghu wera hegga appostolika mill-aqwa: laqqa’ sikwit
sinodi u koncilji li bihom ta r-ruh lill-hajja religjuza fl-art
tal-Perù. Iddefenda b’qawwa kbira l-jeddijiet tal-Knisja, haseb bla heda
fil-merhla afdata f’idejh u kien sikwit izur id-djocesi tieghu.
Habrek hafna
wkoll fid-difiza u l-harsien tan-nies tal-post.
Kien dan
l-Isqof li amministra l-Grizma lill-vergni Dumnikana Santa Roza ta’
Lima. Fl-istess djocesi tieghu fi zmienu kienu jghixu San Martin de
Porres u l-Frangiskan San Frangisk Solano. Miet fl-1606 fil-ghomor ta’
68 sena. Kien il-Papa Dumnikan Benedittu XIII li fl-1726 stqarru
b’qaddis tal-Knisja
|
|
|
|
V
|
San Vincenz de Paul |
|

Twieled fir-rahal ta’ Pouy fi Franza tan-nofsinhar fl-1581.
Meta sar qassis intbaghat bhala kappillan ta’ parrocca f’Parigi. Qatta’
hajtu jiehu hsieb l-ilsiera tax-xwieni, jipprietka l-missjonijiet,
jikkonverti lill-midinbin u jmixxi orfanatrofji. Fl-1625 waqqaf
il-Kongregazzjoni tal-Missjoni ghall-formazzjoni tal-kleru u l-ghajnuna
tal-foqra u flimkien ma’ Santa Ludovika de Marillac waqqaf ukoll
il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità biex jiehdu hsieb il-morda,
ix-xjuh, l-iltiema u n-nies fil-bzonn.
San Frangisk de Sales hatru Superjur tas-Sorijiet tal-Vizitazzjoni. Miet
f’Pargi fis-27 ta’ Settembru 1660. Il-Papa Klement XII ghaddu mal-qaddisin
fl-1737 u fl-1885 il-Papa Ljun XIII hatru Patrun tal-opri tal-karità.
|
|
|
|
W
|
|
Santu Wistin Isqof u
Duttur tal-Knisja
|

Twieled Tagaste, fl-Afrika ta’ fuq (illum parti
mill-Algerija) fis-sena 354. Ghadda zghozija mqallba kemm f’dak li hu
taghlim – kien ta’ twemmin Manikew – u kemm fl-imgiba ta’ hajtu –
inghaqad ma’
mara u kellu iben barra mir-rabta taz-zwieg. Izda qalbu
qatt ma kienet bi kwietha sakemm, bis-sahha tat-talb u d-dmugh ta’
ommu, Santa Monika, fil-belt ta’ Milan ikkonverta wara
li sema’ l-predikazzjoni ta’ l-isqof Sant’Ambrog. Kien dan l-istess
isqof qaddis li ghammdu fis-sena 387. Wara l-konverzjoni nergghu
nsibuh fl-Afrika, fejn qabad hajja axxetika u aktar ’il quddiem sar
isqof ta’ Ippona. Ghal 34 sena kien ir-raghaj ezemplari tal-merhla
tieghu. Ipprietka u kiteb hafna mhux biss biex jghallem lid-dixxipli
tieghu, izda wkoll biex jehodha b’qawwa kontra l-erezijiet ta’ zmienu.
Fost l-ohrajn kiteb Regola li ghadha mharsa sallum minn ghadd kbir ta’
ordnijiet religjuzi.
Mill-kitbiet ta’ Santu Wistin:
Int ghamiltna ghalik, Mulej, u qalbna ma ssibx kwiet jekk ma
tistriehx fik. |
|
|
|
 |
| |
Copyright © CAK Malta 2008 |
|