![]() |
|||
|
|||
|
Kif titwassal It-Tradizzjoni Mqaddsa tghaddi l-Kelma ta’ Alla, afdata lill-Appostli minn Kristu l-Mulej u mill-Ispirtu s-Santu u twassalha shiha u bla mittiefsa lis-successuri taghhom. Dawn, imdawlin mill-Ispirtu tal-verità, ixandruha, iharsuha u jfissruha bil-fedeltà kollha. Dan ifisser li thallew f’idejn il-Knisja t-trasmissjoni u l-interpretazzjoni tar-rivelazzjoni. Mela t-Tradizzjoni Mqaddsa hi dik li gejja mill-Appostli. L-ewwel generazzjoni tal-Insara ma kellhiex it-Testment il-Gdid miktub imma mxew fuq it-taghlim u l-prietki tal-Appostli. It-Testment il-Gdid huwa xhieda tal-process tat-Tradizzjoni hajja u diretta mill-Appostli. Kristu ried jafda f’idejn l-Appostli l-Bxara t-Tajba biex bil-predikazzjoni u bil-kitba jghadduha lill-bnedmin kollha ta’ kull zmien. Dan it-taghlim hu mnebbah minn Alla. "Min jisma’ lilkom, ikun jisma’ lili" (Lq 10: 16). Din tissejjah Tradizzjoni Appostolika. It-Tradizzjoni Ekklezjali. Din hija gabra ta’ tradizzjonijiet teologici, dixxiplinari, liturgici u devozzjonali li nibtu tul iz-zminijiet fil-knejjes lokali. Dawn huma t-taghlim u l-kitbiet li saru matul zminijiet u postijiet differenti. Hafna punti minn din it-Tradizzjoni Ekklezjali nzammu, uhud inbidlu u ohrajn twarrbu mill-Magisteru tal-Knisja. Id-dmir tat-tifsir b’mod awtentiku, miktub jew trasmess bil-kelma thalla biss f’idejn il-Magisteru tal-Knisja. L-Insara huma fid-dmir li jilqghu bil-hlewwa kollha t-taghlim u d-direttivi li r-rghajja taghhom jaghtuhom b’hafna manjieri. L-Isqfijiet li huma f’xirka mas-successur ta’ San Pietru, l-Isqof ta’ Ruma jiffurmaw il-Magisteru tal-Knisja. Dan il-Magisteru tal-Knisja Kattolika, bl-ghajnuna tal-Ispirtu s-Santu, huwa d-depozitu wahdieni tal-fidi, u ahna rridu nemmnu li huwa rrivelat minn Alla. Il-Magisteru tal-Knisja jhaddem ghalkollox l-awtorità li ghandu minn Kristu specjalment meta jiddefinixxi xi dommi ghax dawn jorbtu l-poplu Nisrani b’rabta ta’ fidi li ma jistax jerga’ lura minnha. Dawn huma veritajiet li jinsabu fir-rivelazzjoni. Bl-ghajununa tal-Ispirtu s-Santu, fil-hajja tal-Knisja jista’ jikber l-gharfien tar-realtajiet kif ukoll tal-kliem tal-wirt tal-fidi (DV 61). P. Alfred Calleja OFMConv. |
|||
|
|
|||
| ___________________________________________________________________________ | |||
|
Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek |
|||
![]() |
|||
| Iktbilna hawn | |||
|
|