Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Jiena d-dawl tad-dinja, jghid il-Mulej; min jimxi warajja jkollu d-dawl tal-hajja.
 
 

 
L-Ekumenizmu Tfisira u ghan (I)

     L-ghaqda tal-Knisja hi misteru li ghandu l-gheruq tieghu fil-misteru tat-Trinità Qaddisa. Sa mill-bidu l-Knisja wahda ta’ Kristu turi ruhha b’diversitajiet kbar li gejjin fl-istess waqt, mill-varjetà tad-doni ta’ Alla u mill-ghadd kbir ta’ dawk li jircevuhom. Fl-ghaqda tal-Knisja jingabru ghadd ta’ gnus u kulturi differenti. Hemm tliet elementi li jaghmlu din l-ghaqda tidher:

a. l-istqarrija ta’ fidi wahda gejja mill-Appostli;
b. ic-celebrazzjoni komuni tal-kult divin, l-aktar tas-sagramenti;
c. is-successjoni appostolika permezz tas-sagrament ta’ l-Ordni, li zzomm l-ghaqda bejn l-ahwa fil-familja ta’ Alla. (Katekizmu tal-Knisja Kattolika, 815)

    Huma dawn l-elementi li jaghmlu lill-Knisja wahda, kattolika u ekumenika.

Tifsira

    Il-kelma ekumenizmu gejja mill-grieg oikumne, li tfisser “post mghammar bin-nies” (b’kuntrast mal-kelma eremos, li tfisser “dezert wahxi u bla nies”). Izda fiha hemm ukoll l-idea ta’ process fejn id-dinja qed issir mghammra; jigifieri qieghda l-hin kollu ssir post fejn jghixu l-bnedmin.

    Illum il-kelma ekumenizmu turi l-isforz qawwi u dejjem ghaddej ghall-ghaqda fostna l-Insara li, ghalkemm jemmnu fi Kristu u fil-Knisja, jinsabu mifrudin minn xulxin. Illum nithaddtu wkoll dwar moviment ekumeniku. Dwar dan, id-dokument tal-Koncilju Vatikan II dwar l-Ekumenizmu, Unitatis Redintegratio ghandu dan x’jghidilna:

    B’moviment ekumeniku nifhmu dawk il-hidmiet u ghemejjel godda li, skond id-diversi bzonnijiet tal-Knisja, u skond il-htigijiet taz-zmien, huma mqanqlin u ordinati biex iheggu l-ghaqda ta’ l-Insara. (UR, 4)

    Ghaldaqstant il-ghan tal-moviment ekumeniku huwa t-tigdid tal-ghaqda (ghalhekk Unitatis Redintegratio) fost l-Insara li ghalissa huma mifrudin minn xulxin.

P. Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn