Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Il-Verb ha l-gisem u ghammar fostna. U ’l dawk li laqghuh tahom is-setgha li jkunu wlied Alla. Hallelujah!
 
 


IL-KNISJA KATTOLIKA RUMANA U L-KNISJA ORTODOSSA II  

     Il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa jhaddnu l-istess fidi, jamministraw l-istess sagramenti u t-tnejn ghandhom gerarkija li tmur lura sa zmien l-Appostli. Id-differenzi jinsabu fl-istrutturi taghhom, kif ukoll fil-mod kif jitmexxew. Fil-Punent aktar nitkellmu dwar il-Knisja “mxerrda mad-dinja kollha.” Hija Knisja l-ewwel u qabel kollox universali, u ghalhekk kattolika. Il-Kattolici Rumani jemmnu li l-Knisja hi universali wkoll meta tkun migbura f’komunitajiet zghar, bhalma huma l-parrocci. L-Ortodossi, min-naha l-ohra, jemmnu li l-ewwel tezisti l-komunità Nisranija lokali, imbaghad warajha hemm l-ghaqda tal-komunitajiet kollha bejniethom. Nistghu nghidu li dan il-hsieb ghandu l-gheruq tieghu fl-istruttura tal-Grecja tal-qedem fejn kellek bliet li kienu stati indipendenti minn xulxin u mbaghad dawn kienu jkunu marbutin f’federazzjoni. Dan ifisser li wkoll fit-tmexxija ta’ dawn iz-zewg Knejjes hemm differenzi fundamentali. Ghall-Kattolici Rumani l-Papa, bhala Isqof ta’ Ruma u successur ta’ San Pietru, ghandu s-setgha u d-dmir li jmexxi ’l quddiem l-ghaqda tal-Knisja bhala r-raghaj u l-ghassies taghha. Huwa wkoll l-imghallem ewlieni tal-fidi vera li ghaddewlna l-Appostli. Huwa jwettaq din il-missjoni f’ghaqda shiha ma’ l-isqfijiet kollha li jhaddnu l-fidi kattolika. Ta’ min jghid li l-Papa Gwanni Pawlu II, fl-enciklika tieghu Ut Unum Sint, ghamel talba mqanqla lill-komunitajiet kollha Nsara, ukoll dawk li m’humiex maghqudin mal-Knisja Kattolika Rumana, biex jghinuh jifhem u jwettaq ahjar il-missjoni tieghu bhala Isqof ta’ Ruma li fih tidher il-fidi tal-Knisja u l-ghaqda taghha ma’ Kristu (n. 95). Ghall-Ortodossi l-Patrijarka ta’ Kostantinopli huwa l-ewwel fost hutu l-patrijarki l-ohra. Ghalhekk il-Knisja Ortodossa ma tqisx lilha nfisha bhala Knisja wahda izda bhala komunjoni ta’ knejjes ahwa maghqudin flimkien permezz ta’ l-istess fidi u l-istess sagramenti.

     Dawn id-differenzi ma jfissrux firda f’dak li hu essenzjali ghall-fidi u ghall-ghaqda fil-Knisja li waqqaf Gesù Kristu izda jfissru l-ghana tad-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu li jmexxi lill-Knisja fil-hidma taghha ghas-salvazzjoni tad-dinja. Mhux ta’ b’xejn li l-Papa Gwanni Pawlu II kien sikwit jishaq fuq il-htiega li l-Knisja tiehu n-nifs biz-zewg pulmuni taghha: dak ta-Lvant u dak tal-Punent! L-istess Papa temm l-Ittra Appostolika tieghu Orientale Lumen b’dan il-hsieb:

     “Malajr, kemm jista’ jkun malajr, Kristu id-Dawl tal-Lvant, jaghtina li naraw li fis-sewwa, minkejja tant sekli mbeghdin minn xulxin, konna qrib hafna ta’ xulxin, ghax flimkien, forsi minghajr ma konna nafu, konna mexjin lejn is-Salvatur wahdieni taghna, jigifieri lejn xulxin” (n. 28).

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn