| |
IL-KNEJJES TA' RIT BIZANTIN
Meta
nithaddtu dwar il-Melkiti (mis-Sirjak malka li tfisser
sultan, mexxej) inkunu qeghdin nirreferu ghal dawk l-Insara li
jinsabu fil-patrijarkati ta’ Lixandra, Antjokja (is-Sirja) u
Gerusalemm. Huma jhaddnu d-duttrina li harget mill-Koncilju ta’
Kalcedonja (451) u ghalhekk kienu accettaw id-direttivi ta’
l-imperatur Bizantin dwar it-thaddin taghha. L-isem ta’ Melkiti
kien moghti lilhom b’sinjal ta’ disprezz minn dawk li ma accettawx
it-taghlim ta’ dan l-istess koncilju u li kienu jqisuhom bhala
qaddejja ta’ l-imperatur. Sal-bidu tas-seklu 13 dawn il-knejjes
kienu jhaddnu r-riti tradizzjonali taghhom. Wara, izda, bhala sinjal
tar-rabta taghhom ma’ Kostantinopli, huma haddnu r-rit Bizantin,
filwaqt li l-ilsien liturgiku taghhom baqa’ l-Gharbi. Sakemm
l-imperu Bizantin baqa’ jahkem fuq l-Egittu l-Melkiti kienu jgawdu
post ta’ prestigju, ghalkemm kellhom oppozizzjoni mill-Insara
tal-post li ma kinux accettaw il-koncilju ta’ Kalcedonja. Meta
mbaghad il-pajjiz inhakem mill-Gharab Musulmani fis-642 bdew jghaddu
minn sensiela ta’ persekuzzjonijiet li damet ghaddejja ghal sekli
shah. Il-patrijarka tal-Melkiti fl-Egittu kellu jfittex il-kenn
f’Kostantinopli meta l-Egittu nhakem mill-Ottomani Torok fl-1517 u
dam hemm ghal tliet sekli shah. Fil-bidu tas-seklu 20 huma bdew
jikbru fil-ghadd l-aktar minhabba l-hidma missjunarja li bdew
jaghmlu fl-Afrika b’mod specjali fl-Uganda, fil-Kenja u
fit-Tanzanija.
Is-Sirja
hi maghrufa ghall-kontribut li tat ghall-hajja monastika u
ghal-liturgija. Tista’ tiftahar ukoll li tat lill-Knisja wiehed
mill-akbar dutturi taghha: San Gwann Damaxxenu, li miet fis-sena
749. Tul il-hakma ta’ l-Ottomani Torok fuq is-Sirja sehh process
twil fejn kemm it-tmexxija kif ukoll id-drawwiet Griegi hallew il-post
ghal dawk Gharab. L-ahhar patrijarka Grieg ta’ Antijokja tnehha
fl-1898.
Minn
dak iz-zmien ’l hawn il-bicca l-kbira tal-fidili huma ta’ lsien
Gharbi.
Il-patrijarkat ta’ Gerusalemm kien l-uniku li ma garrabx fih firdiet
minhabba d-dikjarazzjonijiet tal-Koncilju ta’ Kalcedonja dwar
iz-zewg naturi ta’ Kristu, dik ta’ Alla u dik ta’ bniedem.
Il-hakma
Gharbija-Musulmana ghamlet minn kollox biex tnehhi kull rabta li
kien hemm ma’ Kostantinopli. Minhabba li Gerusalemm kienet u ghadha
meqjusa bhala belt qaddisa wkoll ghall-Musulmani, kien hemm hidma
kbira biex din il-belt issir wahda Musulmana. Bosta binjiet Insara
jew inqerdu jew inkella nbidlu f’moskej. Fl-1009 is-sultan ta’ l-Egittu
al-Hâkim bin ‘Amr Allâh garraf il-bazilki Nsara kollha u sahansitra
qered kwazi ghal kollox il-qabar ta’ Kristu. L-ewwel krucjata (1099)
wkoll kellha impatt negattiv fuq il-Melkiti ta’ Gerusalemm, tant li
l-patrijarka kien eziljat ghal xi zmien u rega’ ha postu meta l-Musulmani
taht Saladin regghu hadu l-belt f’idejhom fl-1187. Il-Patrijarkat ta’
Gerusalemm ghandu wkoll it-tmexxija tal-Knisja Ortodossa tal-Gholja
tas-Sinaj, li m’hi xejn ghajr il-monasteru maghruf ta’ Santa
Katerina.
Interessanti huwa l-fatt li, filwaqt li l-monaci juzaw l-ilsien
Grieg fil-liturgija, il-kleru fil-parrocci juza l-ilsien Gharbi.
Il-moviment
tal-Melkiti ghall-ghaqda mal-Knisja Kattolika jsib il-bidu tieghu
lejn tmiem is-seklu 16 fil-hidma tal-Patrijarkat ta’ Antjokja. Dan
il-process issokta fiz-zewg sekli ta’ wara bil-hidma tal-missjunarji
Kattolici f’dawn l-inhawi u dan wassal biex il-metropolita ta’ Tir u
Sidon (il-lum fil-Libanu) Ewtimju Sejfi ghamel paci ma’ Ruma u
nhatar Amministratur Appostoliku tal-Melkiti Kattolici. Fl-1838
il-patrijarki Melkiti Kattolici nghataw gurisdizzjoni fuq
il-patrijarkati l-ohra ta’ Gerusalemm u ta’ Lixandra. Ta’ min isemmi
s-sehem li hadu l-mexxejja tal-Melkiti kattolici fil-Koncilju
Vatikan II fil-qasam ta’ l-ekklezjologija, il-liturgija u l-ekumenizmu.
Dwar dan ta’ l-ahhar insibu hjiel fid-Digriet dwar l-Ekumenizmu (Unitatis
Redintegratio), id-Digriet dwar il-Knejjes tal-Lvant (Orientalium
Ecclesiarum), kif ukoll fid-Digriet dwar ir-Religjonijiet mhux
Insara (Nostra Aetate). Bhalissa huwa meqjus li hawn madwar
miljun Melkita Kattoliku.
Joseph Ellul OP |
|