Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Mhux bil-hobz biss jghix il-bniedem, izda b’kull kelma li tohrog minn fomm Alla. Hallelujah!
 
 


Il-Knisja Ortodossa tal-Grecja   

     Meta nithaddtu dwar l-Ortodossi Griegi nkunu qieghdin nirreferu ghal dawk l-Insara li llum huma cittadini tal-Grecja wara li l-pajjiz kiseb l-indipendenza tieghu mill-hakma Torka fl-1821. Meta l-Grecja tan-Nofsinhar inhelset u saret saltna zghira taht it-tmexxija ta’ Otto tal-Bavarja (1832), inholqot sitwazzjoni kkumplikata. Dan ghaliex l-Insara tal-post kienu cittadini ta’ pajjiz indipendenti, imma ghal dak li ghandu x’jaqsam mat-tmexxija tal-Knisja, kienu ghadhom taht il-gurisdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Kostantinopli, li kien jaqa’ politikament taht il-Gvern Ottoman. Minhabba f’hekk il-Knisja Ortodossa tal-Grecja ddikjarat ruhha bhala l-Knisja Ortodossa tal-Grecja, u ghaldaqstant awtocefala (indipendenti) fl-1833. B’hekk l-oghla awtorità sar is-Sinodu permanenti li fuqu kien hemm ir-re; izda kien biss fl-1850 li l-patrijarkat ta’ Kostantinopli taht Antimos IV gharafha ufficjalment bil-kundizzjoni li t-tmexxija taqa’ f’idejn l-Arcisqof ta’ Ateni u mhux taht ir-re. Imbaghad fl-1928 l-istess patrijarkat gharaf ukoll il-gurisdizzjoni tal-Knisja Ortodossa tal-Grecja fuq l-artijiet l-ohra li l-istat Grieg kiseb wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.

     Minn meta fl-1968 waqghet il-monarkija u l-Grecja bdiet titmexxa minn regim militari (imsejjah “ir-regim tal-kurunelli”) u dan ta’ l-ahhar ceda postu ghal stat demokratiku repubblikan fl-1975, il-qaghda ta’ din il-Knisja ghaddiet minn tibdiliet kbar. Il-Kostituzzjoni ta’ l-1975 hija wahda sekulari, il-Kristjanezmu Ortodoss ma ghadux meqjus bhala r-religjon ta’ l-istat, u lanqas il-president tar-repubblika ma ghandu jkun bilfors Nisrani Ortodoss. It-tmexxija tal-Knisja tinsab f’idejn sinodu permanenti maghmul biss minn isqfijiet taht it-tmexxija ta’ l-Arcisqof ta’ Ateni. Minkejja dan, izda, il-Knisja Ortodossa tal-Grecja baqghet izzomm certi privileggi. Tant hu hekk li bil-ligi, l-ebda religjon ohra ma tista’ tikser l-ordni pubbliku billi torganizza xi manifestazzjoni u lanqas ma tista’ ssir xi hidma li twassal ghall-konverzjoni. Bhalissa l-Knisja Ortodossa tal-Grecja tghodd madwar disa’ miljun ruh.

     Il-moviment Grieg ghall-ghaqda mal-Knisja Kattolika ghadda minn persekuzzjonijiet kbar fi zmien l-Ottomani Torok. L-ewwel passi saru biss fl-1856 meta l-qassis missjunarju ta’ rit Latin Gwanni Marangos wasal Kostantinopli. Huwa ta bidu ghal komunità ta’ Nsara li accettaw it-tmexxija tal-Papa. Dan il-moviment kompla jikber meta fl-1895 waslu hemm ukoll il-missjunarji Francizi membri tal-Kongregazzjoni ta’ l-Assunzjonisti. Dawn irnexxielhom iwaqqfu seminarju u zewg parrocci zghar. Fl-1911 il-Papa Piju X waqqaf dak li jissejjah Esarkat Appostoliku (forma ta’ djocesi) ghall-kattolici ta’ rit Bizantin taht it-tmexxija ta’ l-Isqof Isaija Papadopoulos.

     Fl-1923 kien iffirmat it-Trattat ta’ Lausanne li bih il-bicca l-kbira tal-Griegi (ukoll dawk Kattolici) li kienu jghixu fit-Turkija ntbaghtu l-Grecja u l-bicca l-kbira tat-Torok li kienu jghixu fil-Grecja ntbaghtu lejn it-Turkija. Minhabba f’hekk is-Santa Sede ttrasferiet l-Esarkat Appostoliku minn Kostantinopli ghal Ateni. Dan il-pass gab mieghu hafna tensjoni bejn il-Kattolici u l-Ortodossi fil-Grecja li ghadha tinhass sallum. Bhalissa jinghad li fil-Grecja hemm ftit aktar minn elfejn kattolku Grieg ta’ rit Bizantin, hafna minnhom jghixu fl-inhawi madwar Ateni.

 Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn