Fi tjubitek zommni haj, Mulej, u nhares l-ordnijiet ta' fommok.
 
 


IL-KNISJA ORTODOSSA TAL-GEORGA   

Il-Georga tinsab lejn t-tramuntana ta’ l-Armenja u lejn il-lvant tal-bahar l-Iswed. Fir-raba’ seklu wara Kristu dan ir-regjun kien maqsum bejn zewg imperi: in-naha tal-punent, maghrufa bhala Colchis, kienet digà kolonja Rumana fl-ewwel seklu qabel Kristu u meqjusa bhala post ta’ fruntiera ghall-Imperu Bizantin, filwaqt li n-naha tal-Lvant, imsejha Iberia, kienet taht it-tmexxija ta’ sultan li kien jiddependi mill-Imperu Persjan. Ghalhekk il-fidi Nisranija nisslet l-gheruq fil-punent permezz ta’ l-Imperu Bizantin, filwaqt li fil-lvant jinghad li din dahlet permezz ta’ tfajla Nisranija mill-Kappadocja (illum fil-lvant tat-Turkija) li kienet inqabdet priguniera. L-ewwel hjiel ta’ gerarkija tal-Knisja nsibuh fis-seklu hamsa. Ghall-habta tas-seklu 7, imbaghad, il-Knisja fil-Georga bdiet tiehu l-karatteristici partikulari taghha. Il-gerarkija kienet bdiet titmexxa minn Katholikos li s-setgha tieghu kienet mifruxa matul it-territorju politiku tar-regjun. Is-sede tieghu l-ewwel kienet fil-belt ta’ Mzketa u mbaghad imxiet ghal Tblisi, illum il-belt kapitali tal-Georga.

     Minhabba li dan ir-regjun imiss ma’ l-Armenja kien hemm zmien meta, bhall-gara taghha, il-Knisja tal-post kienet thaddan duttrina kuntrarja ghal dik mghallma mill-Koncilju ta’ Kalcedonja dwar in-natura divina u dik umana ta’ Kristu. Imma lejn tmiem is-seklu 7, minhabba tilwim politiku bejn iz-zewg girien, il-Knisja tal-Georga bdiet thaddan id-duttrina ta’ dan il-Koncilju. B’hekk hija nqatghet ukoll mill-knejjes l-ohra tal-Lvant Nofsani (hekk imsejha Orjentali). F’dan iz-zmien ukoll din il-Knisja adottat ir-rit Bizantin imma zammet il-karatteristici ta’ l-ilsien u l-kultura tal-post. B’hekk beda zmien ta’ zvilupp fil-qasam tal-letteratura religjuza li fih insibu xoghlijiet teologici, tifsir tal-Kotba Mqaddsa, kotba apokrifi u axxetici, kif ukoll tad-Dritt Kanoniku.

     Wara s-seklu 7, imbaghad, kien hemm zmien ta’ instabbiltà minhabba l-invazjonijiet kemm min-naha tal-Bizantini kif ukoll min-naha tal-Gharab Musulmani. Dawn ta’ l-ahhar irnexxielhom ukoll ghal xi zmien jahkmu l-belt ta’ Tbilisi. Ir-regjun rega’ nghaqad fl-1008 u fiz-zewg sekli ta’ wara l-Knisja regghet bdiet torganizza ruhha. Imma bejn is-seklu 13 u s-seklu 16 il-Georga regghet ghaddiet minn krizi ohra wara l-invazjoni tal-Mongoli u tat-Tartari, l-ewwel taht Gengis Khan u mbaghad taht Tamerlane.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn