| |
Il-Knisja Ortodossa tal-Georga (II)
Fil-bidu tas-seklu 19 il-mexxejja tal-Georga talbu l-harsien
tal-Kzar tar-Russja u dan gab mieghu mhux biss taqlib politiku imma
wkoll religjuz. Fl-1811, wara l-mewt ta’ l-ahhar Katholikos
Georgan il-Knisja tal-Georga tilfet l-awtocefalija (tmexxija
indipendenti) taghha u waqghet taht il-gurisdizzjoni tas-Sinodu
Qaddis tal-Knisja Ortodossa Russa. L-eparkiji (forom ta’
djocesijiet) tnaqqsu u l-ilsien liturgiku sar dak Slav minflok dak
Georgan. Fl-1918, bejn ir-rivoluzzjoni librali u dik tal-Bolxeviki
Russi l-Knisja Ortodossa tal-Georga kisbet mill-gdid id-drittijiet u
l-indipendenza taghha, imma kien biss fl-1943 li dan il-pass kien
maghruf ufficjalment mill-Knisja Ortodossa Russa ghalkemm din ta’
l-ahhar dejjem baqghet taghmel pressjoni fuqha minhabba l-politika
tar-regim komunista Sovjetiku ta’ dawk iz-zminijiet. Ir-riformi ta’
Mikhail Gorbachev (l-ahhar mexxej ta’ l-Unjoni Sovjetika) taw bidu
ghat-twaqqif tal-Georga bhala stat indipendenti u l-eks ministru ta’
l-affarijiet barranin Sovjetiku, Edvard Sevardnadze nhatar l-ewwel
president fl-1992 u talab li jitghammed.
Il-lum il-Georga tghodd madwar tliet miljun fidil Ortodoss. Bhalissa
ma jidhirx li hemm prezenza qawwija Kattolika, ghad li tul is-sekli
kien hemm bosta missjunarji li hadmu f’dawk l-inhawi fosthom
Dumnikani, Teatini u Kapuccini. Bejn l-1329 u l-1507 u bejn l-1626 u
l-1801 kien hemm ukoll djocesi Kattolika Latina fi Tbilisi. Dawn
il-missjunarji, izda, tkeccew meta l-Georga waqghet f’idejn
ir-Russja. Fl-1848 il-kzar Nikola I ta permess biex titwaqqaf
djocesi Latina f’Tiraspol. Qabel il-hakma Sovjetika l-Kattolici
kienu jghoddu madwar 40,000 ruh. Dawn ghaddew minn persekuzzjoni u
tferrxu fi zmien il-komunizmu. Illum jidher li l-Knisja Kattolika
regghet qieghda tnissel l-gheruq u hemm komunitajiet Kattolici ta’
rit Bizantin-Georgan f’Istanbul (it-Turkija).
Joseph Ellul OP |
|