Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Hienja dawk li, b’qalb imhejjija mill-ahjar, izommu fihom il-kelma ta’ Alla u jaghmlu l-frott billi jibqghu shah fil-fehma. Hallelujah!
 
 


Il-Knisja Ortodossa tar-Rumanija (I)

     Il-fidi Nisranija dahlet fil-provincja Rumana tad-Dacja (ftit jew wisq ir-Rumanija tallum) permezz ta’ dawk ir-Rumani li bdew jghammru fiha wara li din inhakmet mill-imperatur Trajanu ghall-habta tas-sena 105-106 w.K. Dawn thalltu man-nies tal-post u integraw ruhhom tant li saru gens wiehed. Dan baqa’ jzomm id-drawwiet Latini, fosthom l-ilsien li, ghad li ghadda minn evoluzzjoni minhabba l-kuntatti mal-gnus Slavi, zamm l-gheruq tieghu. Taht l-imperatur Kostantinu l-Kristjanzmu kompla jinfirex, u wara l-invazjoni qerrieda ta’ l-Unni (376-453), rega’ ha sahhtu taht l-imperatur Gustinjanu (m. 565) li waqqaf l-arciveskovat ta’ Justiniana Prima.

     Bejn is-sekli sebgha u tmienja r-regjun waqa’ taht lil-hakma tal-Bulgari u dawn adottaw ir-rit Bizantin. Mis-seklu ghaxra sas-seklu tlettax kienu bosta dawk il-gnus li bdew jghixu fid-Dacja l-antika, fosthom l-Ungerizi li dahlu jghammru fit-Transilvanja. Fl-inhawi l-ohra nsibu diversi tribujiet Slavi, Kumani u Mongoli. Mis-seklu tlettax il-principati tal-Moldavja u tal-Vallakkja bdew jissahhu tant li taw identità nazzjonali lil dik li llum tissejjah ir-Rumanija. Min-naha tieghu l-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli organizza l-Knisja u din hadet mill-gdid il-hajja. Delegazzjoni mir-Rumanija hadet sehem fil-Koncilju ta’ Firenze (1438) li fih kien hemm l-ahhar tentattiv ta’ ghaqda bejn il-Knisja Kattolika u l-knejjes Ortodossi.

     Bejn tmiem is-seklu hmistax u l-bidu tas-seklu sittax il-principati Rumeni kellhom jaghtu gharfien lill-hakma ta’ l-imperu Ottoman u kienu mgieghla jhallsu tribut qawwi. Il-qaghda saret aktar imwieghra meta r-Rumanija nqasmet skond id-diversi regjuni u dawn waqghu taht il-hakma tal-Polonja, tar-Russja, ta’ l-Ottomani u ta’ l-Awstrija. Din ta’ l-ahhar irnexxielha terga’ tibda tghaqqad mill-gdid il-pajjiz wara t-trattat ta’ Karlovitz (1699) bih l-imperu Ottoman kellu jcedi t-territorju tieghu hlief il-Moldavja u l-Vallakkja.

     Minkejja dan it-taqlib kollu, ir-Rumanija f’dawn iz-zminijiet ghaddiet minn zvilupp kulturali kbir. Il-kultura Ewropea beda jkollha influss kbir tant li r-Rumanija adottat l-alfabett Latin minflok dak Cirilliku (Slav). L-ilsien Rumen beda jintuza fil-liturgija u fl-1688 tfaccat l-ewwel traduzzjoni tal-Bibbja bir-Rumen.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn