|
Il-Knisja Ortodossa tar-Rumanija (Il)
Ir-rebha tar-Russja fuq l-Ottomani wasslet biex il-Moldavja u
l-Vallakkja jiddikjaraw l-indipendenza taghhom u waqqfu flimkien
is-saltna tar-Rumanija. Sadanittant, fl-1864 il-Knisja fir-Rumanija
ddikjarat ruhha bhala awtocefala u dan il-pass gharfu l-Patrijarkat
Ekumeniku fl-1885. Meta r-regjun tat-Transilvanja nghaqad
mar-Rumanija wara l-Ewwel Gwerra Dinjija u b’hekk gdied ukoll
l-ghadd ta’ l-Insara, il-Knisja Ortodossa tar-Rumanija tgholliet
ghad-dinjità ta’ Patrijarkat fl-1925. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija
r-Rumanija kellha ccedi xi territorji lill-Unjoni Sovjetika u dawn
waqghu taht il-gurisdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Moska. Ir-regim
komunista li hakem fuq ir-Rumanija ma ghamilx hafna hsara
lill-Knisja Ortodossa tar-Rumanija u din, min-naha taghha hadmet
mill-qrib mas-setgha politika. Dan wassal biex wara l-waqgha ta’
Ceaucescu (l-ahhar mexxej Komunista tar-Rumanija) fl-1989, il-Knisja
kienet ikkritikata bil-qawwi ghall-imgiba taghha. Minkejja dan, 87%
tar-Rumeni huma ortodossi. Il-patrijarkat Rumen Ortodoss jinsab
fil-kapitali Bukarest u minn hemm imexxi lil ghoxrin miljun fidil.
Hemm ukoll ortodossi Rumeni fl-Awstralja, l-Ingilterra, il-Kanada u
l-Istati Uniti.
Il-Knisja Kattolika Rumena ta’ rit Bizantin ghandha l-gheruq taghha
fiz-zmien meta l-Awstrijaci kienu jahkmu fuq it-Transilvanja (1687)
u dawn wieghdu ghajnuniet ekonomici lil dawk li kienu nghaqdu
mal-Knisja Kattolika u wieghdu ubbidjenza lill-Papa. Fl-1698
il-metropolita (arcisqof) tar-regjun sar Kattoliku u mieghu
t-territorju li kien imexxi. Imma qam hafna tilwim bejn il-Kattolici
ta’ rit Bizantin u dawk il-missjunarji li riedu bilfors jimponu
r-rit Latin. Dan, min-naha tieghu, wassal biex bosta Kattolici saru
jew regghu haddnu t-tradizzjoni Ortodossa. Kien il-Papa Piju IX li
waqqaf metropolija (forma ta’ arcidjocesi) ghall-Kattolici ta’ rit
Bizantin fl-1853.
Matul
ir-regim Komunista ta’ Ceaucescu l-Knisja Kattolika kienet soppressa
u ddikjarata illegali; il-proprjetà taghha kienet ikkonfiskata u
mghotija lill-Knisja Ortodossa tar-Rumanija, u b’hekk ghaddiet minn
kalvarju shih ta’ persekuzzjoni. Wara l-waqgha tal-Komunizmu l-Papa
Gwanni Pawlu II rega’ waqaf gerarkija Kattolika fl-1990.
Joseph Ellul OP |