|
Il-Knisja Ortodossa tas-Serbja
Fi zmien ir-Rumani r-regjun li llum qed jissejjah l-eks
Jugoslavja kien meqjus bhala l-fruntiera li taqsam l-Imperu
Ruman f’dak tal-Lvant u f’dak tal-Punent. Minhabba f’hekk dejjem
kien hemm tensjoni bejn il-Knisja Rumana u dik Ortodossa dwar min
ghandu gurisdizzjoni fuq dan it-territorju. Il-Kroazja u s-Slovenja
tradizzjonalment kienu leali lejn Ruma, filwaqt li s-Serbja u
l-Macedonja kienu leali lejn Kostantinopli.
Is-Serbi jissemmew l-ewwel darba f’dokumenti li jmorru lura lejn
is-seklu disgha meta l-inhawi tad-Dalmazja u t-tribujiet Slavi kienu
mahkuma mill-mexxej Serb Vlastimir u kisbu l-indipendenza taghhom
mill-Imperu Bizantin. L-influwenza tas-Serbi ssuktat tikber bejn
is-seklu ghaxra u s-seklu erbatax meta kellhom taht idejhom
l-Albanija, l-Epiru u l-Macedonja u b’hekk is-Serbja saret imperu.
Kien f’dan iz-zmien li l-Kristjanezmu ta’ rit Bizantin kien adottat
ufficcjalment. Fl-1346 il-Knisja Ortodossa tas-Serbja saret
patrijarkat u kellha s-sedi taghha f’Pec li nghata gharfien
ufficcjali mill-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli fl-1375.
Ftit wara l-imperu beda jiddghajjef, l-aktar wara li l-Ottomani hadu
taht idejhom ir-regjun tal-Kosovo, u lejn nofs is-seklu sittax
spicca sahansitra provincja Torka u s-sultan Muhammad II (ir-rebbieh
ta’ Kostantinopli) nehha l-patrijarkat. Minhabba f’hekk bosta kienu
dawk is-Serbi li sabu kenn fl-Ungerija. Haga simili grat lis-Serbi
tad-Dalmazja li kienu taht il-hakma ta’ l-Awstrijaci.
Fil-bidu tas-seklu dsatax is-Serbi rvellaw kontra l-Imperu Ottoman
wara sekli ta’ hakma bla hniena. Minhabba f’hekk l-Ottomani, li
kienu digŕ bdew jiddghajfu sew u jitilfu bosta territorji, taw
awtonomija limitata lill-mexxejja Serbi. Fl-1832 Milentije Pavlovic
sar arcisqof ta’ Belgrad u fl-1878, meta s-Serbja saret pajjiz
indipendenti, il-Knisja Ortodossa Serba regghet kisbet
l-awtocefalija (indipendenza) taghha minn Kostantinopli. Dan kollu
wassal ghall-qawmien gdid religjuz u kulturali fi hdan din
il-Knisja.
Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, meta twaqqaf l-istat tal-Jugoslavja,
il-Knisja Ortodossa tas-Serbja regghet saret patrijarkat u kellha
wkoll taht idejha l-komunitajiet Insara tal-Bosnja-Herzegovina,
il-Montenegro u d-Dalmazja. Matul it-Tieni Gwarra Dinjija
l-Ortodossi Serbi li kienu jghixu fil-Kroazja batew hafna taht
il-Faxxisti li kienu jahkmu dak ir-regjun. Meta wara l-gwerra
l-partiggani Komunisti taht Tito hadu s-setgha politika f’idejhom
il-qaghda tjiebet, ghalkemm kien hemm kazi ta’ persekuzzjoni
fil-mohbi.
Il-mewt ta’ Tito u l-qasma tal-Jugoslavja gabu maghhom gwerra civili
mdemma bejn il-Kroati, is-Serbi u l-Bosnijaci (li fil-maggoranza
assoluta taghhom huma Musulmani). Il-Knisja Ortodossa Serba dehret
li kienet tappogga l-movimenti nazzjonali u etnici tal-politici u
l-mexxejja militari tas-Serbja, imma qatt ma kellha rapporti tajbin
mal-president ta’ dak iz-zmien Slobodan Milosevic. Il-Knisja Serba
kkundannat lill-istess president meta dan annulla l-elezzjonijiet
politici ta’ l-1996.
Illum il-Knisja Ortodossa tas-Serbja tghodd madwar tmien
miljun ruh, minbarra dawk li huma mifruxin fit-territorji l-ohra ta’
l-eks Jugoslavja. Hemm ukoll Ortodossi Serbi fl-Isvezja,
l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti.
Joseph Ellul OP |