Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Missier Sidna Gesù Kristu jdawlilna l-ghajnejn ta’ qalbna, biex naghrfu x’inhi t-tama tas-sejha taghna.
 
 


                  Il-Liturgija Bizantina: Il-Bini tal-Knisja

      Fil-hidma mqaddsa l-gisem ukoll hu msejjah ghat-tifhir, u hu msejjah ukoll il-gmiel, li fil-lvant hu wahda mill-kelmiet l-aktar gheziez biex ifissru l-armonijia divina, u x-xbieha ta’ l-umanità trasfigurata, jidher f’kollox: fis-sura tal-bini, fil-hsejjes, fl-ilwien, fid-dawl, fil-fwejjah. (Mill-Ittra Apostolika Orientale Lumen tal-Papa Gwanni Pawlu II, nru. 11)

         L-Insara tal-Lvant iqisu l-bini tal-knisja bhala x-xbieha tas-sema fl-art. In-naha t’isfel tan-navi hija xbieha tad-dinja li tidher, filwaqt li l-koppla minn gewwa, u aktar minn hekk, is-santwarju, huma xbihat tas-Sema, fejn Alla bhala Trinità huwa meqjum mill-qtajja’ kollha ta’ l-angli, l-arkangli u l-qaddisin. Hemm Kristu joffri lilu nnifsu lill-Missier f’sagrificcju ta’ mhabba u ghotja li ma jintemm qatt. Il-bini stess tal-knisja huwa meqjus bhala sagrament. Il-mod kif inhi mfassla l-knisja minn gewwa jixhed il-karattru tal-liturgija Bizantina. Ta’ min jghid li l-knisja ta’ rit Bizantin hija mfassla f’ghamla ta’ salib Grieg (ghamla kwadra) u mhux bhall dawk ta’ rit Ruman li jkunu ta’ ghamla tawwalija. Din is-simetrija hija importanti biex turi li l-bini tal-knisja hija x-xbieha ta’ “Gerusalemm il-gdida niezla mis-sema minghand Alla” (Apokalissi 21:2).

         Id-dahla tal-knisja tissejjah narthex u twassal ghan-navata principali. Minn hawn wiehed jghaddi ghal gol-knisja proprja permezz ta’ tliet bibien li jikkorrispondu ghat-tliet bibien ta’ dik li tissejjah l-ikonostasi. Fit-tarf tal-knisja u fil-korsiji tal-gnub hemm gallarija li tissejjah gyneceum. Dari dan kien il-post fejn joqoghdu n-nisa waqt ic-celebrazzjoni tal-liturgija.

         Quddiem il-post riservat ghas-santwarju wiehed isib zewg kandilabri kbar li jissejhu keropegia li fihom in-nies iqieghdu x-xemghat mixghula li jkunu xtraw fil-bieb tal-knisja. }dejhom insibu wkoll wahda jew zewg proskynetaria, dawn ikunu f’ghamla ta’ skrivanija li fuqhom titqieghed ikona tal-qaddis patrun tal-knisja jew tal-misteru li jkunu qed jiccelebraw dakinhar.

         Imbaghad hemm targa msejha soleas li twassal ghas-santwarju. Bejniethom hemm l-ikonostasi li tikkonsisti fi tliet bibien mimlijin ikoni, ghalhekk dan l-isem. Fuq il-lemin tal-bieb ewlieni generalment insibu ikona ta’ Kristu flimkien ma’ San Gwann Battista u fuq ix-xellug nsibu ohra tal-Madonna flimkien mal-qaddis patrun tal-knisja. Fuqhom kollha jkun hemm ikona tawwalija ta’ l-Ahhar Cena. Fuqha mbaghad ikun hemm xbieha ta’ Kristu Msallab li tahtu jkun hemm il-Madonna u San Gwann l-Evangelista. Il-bieb tan-nofs (maghmul minn zewg nofs bibien) ikollu mpitter fuqu l-grajja tat-thabbira ta’ l-anglu (li hu l-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni) jinghalaq b’purtiera twila. Fil-bibien tal-gnub insibu ikoni ta’ l-arkangli Gabrijel u Mikiel.

         Is-santwarju hu maghmul minn tliet elementi. Dawn huma il-skeuphylakion, il-post fejn jitqieghed l-ilbies tal-qassis celebrant u tad-djaknu u li jservi ta’ sagristija; il-prothesis, fejn issir it-thejjija tal-hobzu l-inbid, kif ukoll fejn ic-celebranti jahslu idejhom; u fin-nofs hemm l-altar maggur li fuqu hemm koppla mizmuma b’erba’ kolonni.

         Wara l-altar maggur hemm il-kattedra fejn joqghod bilqieghda l-isqof u li tissejjah synthronos. Huwa jkun imdawwar bil-kleru koncelebrant kif ukoll b’zewg korijiet li ghandhom mexxejja differenti u li jissejhu Protopsaltes u Lampadarios. Quddiemhom ikun hemm legiju li jissejjah analogion.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn