Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Jiena d-dawl tad-dinja, jghid il-Mulej; min jimxi warajja jkollu d-dawl tal-hajja.
 
 

 
L-Ekumenizmu Tfisira u ghan II.

Ghalfejn l-ekumenizmu

    Id-dokument imsemmi jqassam il-komunitajiet Insara f’zewg oqsma ewlenin. Hemm dawk li jissejhu knejjes, u dawn huma l-Knisja Kattolika Rumana u l-Knejjes Ortodossi li t-tnejn skond it-Tradizzjoni twaqqfu mill-Appostli. Hemm imbaghad dawk li jissejhu komunitajiet ekklezjali, u dawn huma l-Anglikani u l-komunitajiet Protestanti.

    L-ghaqda bejn l-Insara gejja mir-rieda ta’ Kristu li, qabel ma ta hajtu ghalina fuq is-salib, talab lill-Missier biex dawk kollha li jemmnu fih ikunu lkoll haga wahda. “Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ha jkunu lkoll haga wahda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bghattni.” Dan ifisser li l-ekumenizmu mhuwiex ghan fih innifsu, izda huwa mezz biex il-Knisja taghti xhieda tal-missjoni feddejja ta’ Kristu fid-dinja. L-imsemmi dokument konciljari jghidilna li din il-missjoni Gesù wrieha meta waqqaf Knisja wahda (UR, 1); meta tana l-Ewkaristija bhala s-Sagrament tal-Ghaqda (UR, 2), meta tana l-Ispirtu s-Santu li huwa l-ghajn tal-ghaqda (UR, 2), u meta tana l-ministeru ta’ l-Appostli maghqudin flimkien b’Pietru bhala l-ewlieni fost l-Appostli (UR, 2).

    Huwa minnu li l-firdiet fost l-Insara huma skandlu quddiem id-dinja u jmorru kontra r-rieda ta’ l-istess Kristu. Min-naha l-ohra nistghu nsejhulha wkoll felix culpa (htija hienja). Dan ghaliex hija ghenet fl-izvilupp ta’ tradizzjonijiet Insara differenti kif ukoll tat-teologija nfisha. Hareg ukoll fil-berah l-ghana spiritwali tad-diversi komunitajiet Insara, l-aktar f’dak li ghandu x’jaqsam mal-liturgija u ma’ l-ispiritwalità. Ma’ dan ta’ min izid ukoll il-fatt li bdiet aktar tinhass il-htiega ta’ konverzjoni lejn Alla (ara UR, 7).

It-taghlim tal-Knisja Kattolika dwar l-Ekumenizmu

    Il-hsieb tal-Knisja Kattolika dwar l-ekumenizmu jista’ jingharaf mill-istess digriet tal-Koncilju. F’dan id-dokument il-Knisja tghallimna li, biex tikber l-ghaqda fost l-Insara jehtieg jithaddmu certi principji. Dawn huma:

a. irid isir tigdid fil-Knisja Kattolika (UR, 6);

b. trid issehh il-konverzjoni tal-qlub;

c. irid jithaddem djalogu fi spirtu ta’ rieda tajba biex ikun hemm gharfien ta’ xulxin bhala ahwa (UR, 9);

d. trid tinghata formazzjoni ekumenika lill-Insara, l-aktar lis-sacerdoti (UR, 10) kif ukoll studju flimkien tal-veritajiet divini (UR, 11) u tal-Kotba Mqaddsa (UR, 21);

e. irid isir talb u jkunu ccelebrati servizzi liturgici bejn l-Insara mifrudin (UR, 8). Ezempju ta’ dan hija l-Gimgha ta’ Talb ghall-Ghaqda bejn l-Insara li ta’ kull sena niccelebrawha bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar (il-festa tal-konverzjoni ta’ San Pawl);

f. trid issir hidma socjali flimkien (UR, 12).

P. Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn