Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Missier Sidna Gesù Kristu jdawlilna l-ghajnejn ta’ qalbna, biex naghrfu x’inhi t-tama tas-sejha taghna. Hallelujah!
 
 


                 
IL-LITURGIJA BIZANTINA: IC-CELEBRAZZJONI
 

         Fl-esperjenza liturgika, Kristu l-Mulej hu d-dawl li jdawwal il-mixi u juri b’mod l-aktar car in-natura ta’ l-univers, l-istess bhall-Iskrittura. Il-grajjiet ta’ l-imghoddi jsibu fi Kristu t-tifsir shih taghhom u l-holqien juri ruhu dak li hu tassew: kompless shih li biss fil-Liturgija jsib il-perfezzjoni u l-ghan tieghu. (Mill-Ittra Appostolika Orientale Lumen tal-Papa Gwanni Pawlu II, nru. 11)

         Ic-celebrazzjoni tal-liturgija hija mqassma fi tliet partijiet: il-protesi, il-liturgija tal-katekumeni, u l-liturgija tal-fidili.

         Il-protesi tibda bit-talb tac-celebrant u tad-djaknu quddiem l-ikonostasi. Wara huma jghaddu ghall-kamra tal-prothesis biex ihejju l-ghotjiet tal-hob\ bil-hmira u li jissejjah prosphora, u ta’ l-inbid. In-nofs tal-hob\a jkollu fuqu sigill imsejjah sphragis li hu maghmul minn ghamla ta’ salib flimkien mal-kliem IX XC NI KA (Gesù Kristu jirbah) li jitnehha b’sikkina f’ghamla ta’ lanza u jitqieghed fuq patena msejha diskos. L-inbid u l-ilma jithalltu f’rit li jissejjah melismos. L-ghotjiet jitghattew b’velu li jitqieghed fuq ghatu f’ghamla ta’ salib u li jissejjah asterisk filwaqt li c-celebrant jincensahom u jghid it-talba ta’ tmiem il -prothesis.

         Imbaghad tibda l-Liturgija tal-Katekumeni li tinqasam fi tliet partijiet. Dik tal-ftuh tissejjah enarxis, li hi maghmula minn talba ta’ tifhir li tissejjah doxologia, tliet antifoni bi tliet talbiet u tliet litaniji bejniethom; l-ewwel litanija tkun dik tal paci, filwaqt li t-tnejn l-ohra jkunu kemmxejn qosra. Imbaghad issir id-Dahla \-\ghira li fiha ssir purcissjoni qasira bil-ktieb tal-Vangelu filwaqt li tkun qieghda titkanta t-tielet antifona u maghha ssir talba li tinghad fis-skiet u mbaghad jitkanta t-Trisagion (Alla Qaddis, Alla Qawwi, Alla Immortali). Wara dan issir il-Liturgija tal-Kelma; il-qari jsir minn fuq l-ambone, u t-talbiet ta’ intercessjoni, litanija u talba ghall-katekumeni. Meta l-maghmudija kienet tinghata lill-kbar biss, il-katekumeni kienu johorgu ’l barra malli tintemm din it-talba. Ir-raguni hi li min ghadu ma tghammidx ma setax jiehu sehem fic-celebrazzjoni ewkaristika ghax ma jkunx ghadu membru shih tal-Knisja.

         It-tielet parti tal-Liturgija hija dik imsejha l-Liturgija tal-Fidili li ghandhom jiccelebrawha dawk li emmnu u jkunu tghammdu. Hija l-parti l-aktar importanti ghax fiha jsehh is-sagrificcju Ewkaristiku. Fost ir-riti ewlenin tal-bidu nsibu f’din il-parti hemm it-Talba tal-Fidili, il-purcissjoni bl-ghotjiet, jew id-Dahla l-Kbira li fiha jitkanta l-innu lill-kerubini (Kerubikon), l-ghoti tal-paci u l-istqarrija tal-fidi (kredu). Imbaghad tinghad it-Talba Ewkaristika li tissejjah Anaphora. Hawnhekk jehtieg in\ommu quddiem ghajnejna \ewg hwejjeg importanti. L-ewwel, li r-rit tal-konsagrazzjoni jsehh ’il gewwa mill-ikonostasi bil-purtieri imgerrija u ghalhekk dawk pre\enti ma jaraw xejn minn dan ir-rit. Ir-raguni hi li, fil-liturgija tal-Lvant dak li qieghed isehh huwa misteru mill-aktar qaddis li ma jaqax taht is-sensi taghna. It-tieni, il-konsagrazzjoni nfisha, jigifieri meta l-hob\ u l-inbid jinbidlu fil-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, ma ssehhx malli jinghad il-kliem ta’ Gesù fl-Ahhar Cena (“Dan huwa Gismi...”, “Dan huwa l-Kalci ta’ Demmi...), imma malli jissejjah l-Ispirtu s-Santu biex iqaddes l-ghotjiet (epiklesis). Fil-liturgiji tal-Lvant din is-sejha ssir wara l-kliem ta’ Gesù, filwaqt li fir-rit Ruman dan isir bil-maqlub. Imbaghad tinghad il-“Missierna”, l-elevazzjoni u l-qsim tal-hob\a ewkaristika li maghha jinghad il-kliem “}wejjeg qaddisa lil poplu qaddis”, it-tqarbin bi\-\ewg speci u t-talba ta’ radd il-hajr, u l-barka ta’ l-ahhar.

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn