Katekezi

Jum il-Mulej  Kalendarju
Infahhrek, Missier, Sid is-sema u l-art, ghax int gharraft liz-zghar il-misteri tas-sema. Hallelujah!
 
 


                 
IL-LITURGIJA BIZANTINA:
MARIJA         

    Wahda mill-karatteristici ewlenin tal-Knejjes tal-Lvant hija li ma jifirdux il-liturgija mit-teologija (bhala diskors dwar Alla) u mill-ekklezjologija (il-hajja tal-Knisja). Il-liturgija hija l-akbar u l-isbah espressjoni tal-fidi li tistqarr il-komunità Nisranija. Hija l-mod kif twiegeb ghall-kelma ta’ Alla li ssalva permezz tat-tifhir u tar-radd ta’ hajr. Dan huwa wkoll l-ghan tat-teologija. Ghalhekk il-Knejjes tal-Lvant jistqarru li t-teologija hija minnha nfisha liturgika u ekklezjologika ghaliex hija twegiba ghas-sejha ta’ salvazzjoni li jaghmel Alla matul iz-zminijiet.

     Il-qima li t-Tradizzjoni Ortodossa taghti lil Marija rridu nqeghduha fil-kwadru tad-duttrina taghha dwar il-Knisja bhala Omm. Missirijiet il-Knisja fil-Lvant kienu jaghrfu t-titlu ta’ Theotokos (dik li tat it-twelid lil Alla), li nghata lil Marija fil-Koncilju ta’ Efesu (431) fid-dawl tal-pjan tas-salvazzjoni ta’ Alla ghall-bnedmin kollha. Il-konsagrazzjoni totali ta’ Marija lil Alla kif ukoll il-hidma taghha huma meqjusa bhala haga wahda mal-missjoni tal-Knisja li titlob u tqaddes.

     Ghalkemm min-nisel ta’ Adam, hija kienet imharsa minn kull tebgha permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu kif ukoll permezz tal-missjoni li accettat minghand Alla. It-teologu Ortodoss Nikola Kabasilas (+ c. 1390) jistqarr li l-inkarnazzjoni ma kinitx biss hidma ta’ Alla imma wkoll hidma tar-rieda u l-fidi ta’ Marija. Alla l-ewwel ghallimha u fehemha u mbaghad hadha bhala ommu.

     L-Ortodossi ma jaccettawx id-domma tal-kuncepiment immakulat ta’ Marija ghax fil-fehma taghhom din tfisser li ghaliha l-helsien mid-dnub sehh qabel is-salib. Madankollu jemmnu fis-safa dejjiema taghha.

     Fit-tradizzjoni ortodossa l-qima lejn Marija qatt ma hi mifruda mid-duttrina dwar Kristu. Fl-ikonografija Marija qatt ma hi murija wahedha, imma dejjem flimkien ma’ Kristu. Il-festi l-kbar fi hdan din it-tradizzjoni huma festi Marjani u fl-istess waqt festi ta’ Kristu. Fost dawn ta’ min isemmi t-Thabbira ta’ l-Anglu, maghrufa bhala l-festa tal-gheruq, ghax permezz taghha beda z-zmien il-gdid tas-salvazzjoni. Il-bniedem iwassal fit-Tempju l-offerti safja tal-hobz u l-inbid li Alla jbiddel fil-gisem u d-demm tieghu, l-ikel divin. Lill-bnedmin twasslet l-offerta l-aktar safja, il-Vergni Marija, u Alla jaghmel minnha l-post li fih jitwieled u l-omm tal-hajjin kollha, Eva fil-milja taghha. Hemm imbaghad il-festa msejha tad-Dormizzjoni (ir-raqda), li tikkorrispondi mal-festa Kattolika tat-tlugh fis-sema. Din tghaqqad flimkien il-mewt, id-difna u t-tlugh taghha fis-sema fuq il-passi ta’ binha.

            Gesù Kristu huwa t-Triq u l-Bieb; huwa Alla-Bniedem; huwa l-Wahdieni. Marija hija l-Ewwel; dik li turi t-Triq u twassal lill-poplu li huwa feda lejn Gerusalemm il-Gdida. Ghalhekk hija thares ukoll lil dan il-poplu fil-pellegrinagg tieghu minn din il-hajja ghall-hajja ta’ dejjem

  Joseph Ellul OP

 
 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn